|
11.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ ATALANTA/5/2009
tal-10 ta’ Ġunju 2009
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/2/2009 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2009 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)
(2009/446/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha dwar il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/2/2009 tal-21 ta’ April 2009 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (2) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2009 tal-21 ta’ April 2009 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (3), u l-addendum magħha (4),
Billi:
|
(1) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE laqqa’ l-Konferenzi dwar il-Ħolqien u l-Forniment ta’ Forzi fis-17 ta’ Novembru 2008, fis-16 ta’ Diċembru 2008 u fid-19 ta’ Marzu 2009. |
|
(2) |
Fuq rakkomandazzjonijiet tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea dwar kontribut mill-Kroazja, il-kontribut mill-Kroazja għandu jiġi aċċettat. |
|
(3) |
Konformement mal-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/2/2009 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 1
Kontributi ta’ Stati Terzi
Wara l-Konferenzi dwar il-Ħolqien u l-Forniment ta’ Forzi, il-kontributi tan-Norveġja u l-Kroazja għandhom jiġu aċċettati għall-operazzjoni militari tal-UE bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (‘Atalanta’).”.
Artikolu 2
L-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/3/2009 għandu jiġi mmodifikat kif ġej:
“ANNESS
LISTA TA’ STATI TERZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2 (1)
|
— |
In-Norveġja |
|
— |
il-Kroazja”. |
Magħmula fil-Lussemburgu, 10 ta’ Ġunju 2009
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
I. ŠRÁMEK
(1) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.