10.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/12


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10068 — Brookfield/Mansa/Polenergia)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 427/07)

1.

Fit-3 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield”, il-Kanada),

—

Mansa Investments Sp. z o.o. (“Mansa”), ikkontrollata indirettament minn Dominika Kulczyk (it-tnejn mill-Polonja),

—

Polenergia S.A. (“Polenergia”), ikkontrollata indirettament minn Dominika Kulczyk (it-tnejn mill-Polonja).

Brookfield u Mansa jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Polenergia kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Brookfield: ġestjoni ta’ assi globali li tiffoka fuq il-proprjetà, l-enerġija rinnovabbli, l-infrastruttura u l-ekwità privata,

—

Mansa: kumpanija azzjonarja għal Dominika Kulczyk (persuna fiżika) li tikkontrolla lil Polenergia S.A.,

—

Polenergia: il-produzzjoni u l-bejgħ tal-enerġija u attivitajiet relatati f’għadd ta’ pajjiżi Ewropej inklużi l-Polonja u l-Ġermanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10068 — Brookfield/Mansa/Polenergia

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.