|
12.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/18 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9275 — Intermediate Capital Group/Grupo Konectanet/Konecta Activos Inmobiliarios)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 55/09)
1.
Fil-5 ta' Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Intermediate Capital Group, plc. (“ICG”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Grupo Konectanet (Spanja) u Konecta Activos Inmobiliarios (Spanja) (flimkien, “Konecta Group”). |
ICG takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll tal-Konecta Group kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
IGC hija ditta ta’ investiment attiva fl-istrutturar u l-forniment ta’ finanzi intermedji, ingranaġġ ta’ kreditu u ekwità minoritarja, ġestjoni ta’ assi minn investituri ta’ terzi persuni u l-karta tal-bilanċ tagħha b’portafolli ta’ investiment fl-Ewropa, l-Asja tal-Paċifiku u l-Istati Uniti ta-Amerika. |
|
— |
Konecta Group huwa attiv mad-dinja kollha fil-forniment ta’ servizzi ta’ esternalizzazzjoni tal-proċess tan-negozju u servizzi taċ-ċentru ta’ kuntatt għal kumpaniji tat-telekomunikazzjonijiet, l-utilitajiet, il-banek, l-assikurazzjoni, l-amministrazzjoni pubblika jew kumpaniji tat-trasport. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9275 — Intermediate Capital Group/Grupo Konectanet/Konecta Activos Inmobiliarios
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).