<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.0600545301.case.xml"><NO.CASE>C-212/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0212</NO.CELEX><NO.SEQ>0019.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-5455</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-5469</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20110616">16.6.2011</DATE> — KAWŻA C-212/10</LEFT><RIGHT>LOGSTOR ROR POLSKA</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20110616">16 ta’ Ġunju 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-212/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach (il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20100315">15 ta’ Marzu 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20100503">3 ta’ Mejju 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Logstor ROR Polska sp. z o.o</HT>.</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Dyrektor Izby Skarbowej w Katowicach</HT>,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot (Relatur), President tal-Awla, K. Schiemann, C. Toader, A. Prechal u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-5456"?><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20110407">7 ta’ April 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Logstor ROR Polska Sp. z o.o., minn T. Konik, u K. Gil, doradcy podatkowi,</P></ITEM><ITEM><P>għad-Dyrektor Izby Skarbowej w Katowicach, minn G. Pasterczyk, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar kif ukoll minn A. Kramarczyk u A. Kraińska, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Afonso u K. Herrmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-5457"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-<DATE ISO="19690717">17 ta’ Lulju 1969</DATE>, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1. p. 11, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, tal-<DATE ISO="19850610">10 ta’ Ġunju 1985</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 122), iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva 69/335<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Logstor ROR Polska sp. z o.o. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Logstor ROR Polska<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), stabbilita f’Zabrze (il-Polonja), u d-Dyrektor Izby Skarbowej w Katowicach (Direttur tal-Awtorità tat-Taxxa ta’ Katowice), dwar il-ħlas ta’ taxxa, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>taxxa fuq it-tranżazzjonijiet tad-dritt ċivili<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, mitluba minħabba emenda fil-memorandum u l-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ Lögstör ROR Polska minħabba self li kien ingħata lilha minn membru tagħha.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>B’mod konformi mal-ewwel premessa tagħha, id-Direttiva 69/335 kellha bħala għan li tippromwovi l-moviment ħieles tal-kapital, meqjus bħala libertà fundamentali essenzjali għall-ħolqien ta’ suq intern. Għal dan il-għan, kif jirriżulta mis-sitt sat-tmien premessi, din id-Direttiva kienet tfittex li tarmonizza t-taxxa li għaliha huma<?PAGE NO="I-5458"?> suġġetti l-kontribuzzjonijiet ta’ kapital lil kumpanniji fl-Unjoni Ewropea billi tiġi stabbilita taxxa waħda fuq il-ġbir tal-kapital li tista’ tiġi applikata darba waħda biss fis-suq komuni u billi jitneħħew it-taxxi indiretti kollha l-oħra li għandhom l-istess karatteristiċi bħal din it-taxxa unika.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, l-Artikoli 1 sa 9 tal-imsemmija direttiva kienu jipprovdu għall-impożizzjoni ta’ taxxa armonizzata fuq il-kontribuzzjonijiet ta’ kapital mogħtija lil kumpanniji b’kapital azzjonarju, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>dazju kapitali [dazju fuq il-kapital]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 69/335:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-operazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għad-dazju kapitali:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>żieda fil-kapital ta’ kumpannija kapitali bil-kontribuzzjoni ta’ assi ta’ kull tip;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>żieda fl-assi ta’ kumpannija kapitali bil-kontribuzzjoni ta’ assi ta’ kull tip, inkonsiderazzjoni, mhux ta’ l-ishma fil-kapital jew l-assi tal-kumpannija, imma tad-drittijiet ta’ l-istess tip bħal dawk tal-membri, bħalma huma drittijiet tal-vot, sehem fil-profitti jew sehem f’dak li jibqa’ wara l-likwidazzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-5459"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(2) ta’ din l-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Is-segwenti transazzjonijiet jistgħu, sakemm kienu ġew intaxxati bir-rata ta’ 1 % sal-<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, jissoktaw ikunu bla ħsara [suġġetti] għad-dazju kapitali:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>self ikkuntrattat minn kumpannija kapitali, jekk il-kreditur huwa ntitolat għal sehem mill-profitti tal-kumpannija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>self ikkuntrattat minn kumpannija kapitali ma’ membru jew konġunt jew wild ta’ membru, jew self ikkuntrattat ma’ pajjiż terz, jekk ikun garantit minn membru, fuq il-kondizzjoni li dan is-self ikollu l-istess funzjoni bħal żieda fil-kapital tal-kumpannija;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(1) u (2), tad-Direttiva 69/335:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jeżentaw mid-dazju kapitali transazzjonijiet, barra dawk li għalihom saret referenza fl-Artikolu 9, li huma sal-<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, eżenti jew intaxxati b’[…] rata ta’ 0,50 % jew inqas.</P><P>L-eżenzjoni għandha tkun suġġetta għall-kondizzjonijiet li kienu applikabbli, f’dik id-data, għall-għoti ta’ l-eżenzjoni jew, skond kif inhu l-każ, għal imposizzjoni ta’ rata ta’ 0,50 % jew inqas.</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-5460"?><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jew jeżentaw mid-dazju kapitali kull transazzjoni barra dawk li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1, jew iżżomm dazju fuqhom b’rata waħda li ma taqbiżx il-1 %.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>It-tieni u t-tielet premessi tad-Direttiva 85/303, li jistabbilixxu t-test tad-Direttiva 69/335 fis-seħħ fid-data ta’ meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, kienu jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Billi l-effetti komuni [ekonomiċi] tad-dazju kapitali huma ta’ ħsara għar-ragruppament u l-iżvilupp ta’ intrapriżi; billi dawn l-effetti huma partikolarment ta’ ħsara fis-sitwazzjoni ekonomika preżenti fejn hemm bżonn importanti li għandha tingħata prijorità lill-istimulazzjoni ta’ l-investiment;</P></CONSID><CONSID><P>Billi l-aħjar soluzzjoni sabiex jintlaħqu dawn l-oġġettivi tkun li jitneħħew dazju kapitali; billi, madankollu, it-telf ta’ dħul li sussegwentement jirriżulta minn din il-miżura m’huwiex aċċettabbli għal ċerti Stati Membri; billi l-Istati Membri għandhom għalhekk jingħataw l-opportunità li jkunu jistgħu jeżentaw minn jew bla ħsara [jissuġġettaw] għad-dazju kapitali kull jew parti mit-transazzjonijiet li jsiru fi ħdanha [jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu], ħalli jkun mifhum li rata waħda ta’ taxxa trid tiġi debitata f’wieħed u l-istess Stat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-Direttiva 69/335 ġiet abrogata mill-<DATE ISO="20090101">1 ta’ Jannar 2009</DATE> mill-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE, tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="046" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2008">ĠU L 46, p. 11</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5461"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja ssieħbet mal-Unjoni Ewropea fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni dwar id-dazju fuq il-kapital fis-seħħ fl-<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-liġi tad-<DATE ISO="19751219">19 ta’ Diċembru 1975</DATE> rigward it-taxxa tal-boll (Dz. U Nru 45, pożizzjoni 226), kienet tipprevedi li l-atti ta’ formazzjoni ta’ kumpanniji minn persuni fiżiċi u ġuridiċi kienu suġġetti għal taxxa tal-boll. Id-Digriet tal-Kunsill tal-Ministri tas-<DATE ISO="19830516">16 ta’ Mejju 1983</DATE> (Dz. U Nru 34, pożizzjoni 161), li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="19830701">1 ta’ Lulju 1983</DATE>, iddefinixxa l-iskop u r-rata ta’ din it-taxxa tal-boll. L-Artikolu 54(5) tiegħu jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Huwa wkoll meqjus bħala parti mill-kapital azzjonarju s-self mogħti minn wieħed mill-membri jew azzjonisti, jekk l-ammont totali tas-self mhux irrimborsat jaqbeż il-50 % tal-kapital azzjonarju fid-data tal-għoti tas-self.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rata tat-taxxa kienet ta’ 5 % tal-valur tas-self.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni dwar id-dazju fuq il-kapital fis-seħħ bejn l-<DATE ISO="20010101">1 ta’ Jannar 2001</DATE> u t-<DATE ISO="20040430">30 ta’ April 2004</DATE>.</P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Bejn l-<DATE ISO="20010101">1 ta’ Jannar 2001</DATE> u t-<DATE ISO="20040430">30 ta’ April 2004</DATE>, l-istess operazzjonijiet ġew suġġetti għat-taxxa fuq atti tad-dritt ċivili, b’rata li tonqos.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5462"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tal-Liġi tad-<DATE ISO="20000909">9 ta’ Settembru 2000</DATE>, dwar it-taxxa fuq l-atti tad-dritt ċivili (Dz. U Nru 86, pożizzjoni 959, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Liġi PCC tal-2000<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) kien jissuġġetta għat-taxxa fuq l-atti tad-dritt ċivili l-memorandum u l-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-kumpannija u l-emendi għalihom, meta dawn iwasslu għal bidla fil-bażi ta’ din it-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(3), tal-Liġi PCC tal-2000 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Fil-każ ta’ memoranda u statuti ta’ assoċjazzjoni, emenda għandha tfisser:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Il-pagamenti supplimentari, is-self lill-kumpanija mill-membri (azzjonisti) u l-konċessjoni, mingħajr ħlas, ta’ beni jew ta’ drittijiet patrimonjali minn membru (azzjonist) lill-kumpannija.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-punt 9 tal-Artikolu 7(1) tal-Liġi PCC tal-2000 kien jiddefinixxi, skont l-ammont ta’ self, rata tat-taxxa li tonqos, li tvarja minn 1 % għal 0.5 % tal-ammont tal-operazzjonijiet. F’dak iż-żmien, is-self inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien issuġġettat għar-rata ta’ 0.5 %.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni dwar id-dazju fuq il-kapital fis-seħħ bejn l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> u l-<DATE ISO="20061231">31 ta’ Diċembru 2006</DATE></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-liġi li temenda l-liġi dwar taxxa fuq l-atti tad-dritt ċivili, tad-<DATE ISO="20031219">19 ta’ Diċembru 2003</DATE> (Dz. U Nru 6, pożizzjoni 42), emendat il-Liġi PCC tal-2000 billi eżonerat minn din it-taxxa s-self mogħti lil kumpannija b’kapital azzjonarju minn membru jew azzjonist.<?PAGE NO="I-5463"?> Skont l-Artikolu 9(10)(h) tal-Liġi PCC tal-2000, fil-verżjoni li tirriżulta mit-test uniformi tagħha li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> (Dz. U Nru 41, pożizzjoni 399):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Is-segwenti huma eżentati mit-taxxa fuq l-atti tad-dritt ċivili:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>10)</NO.P><TXT>is-self mogħti […]</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>minn membru (jew azzjonist) lil kumpannija b’kapital azzjonarju;</TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni dwar id-dazju fuq il-kapital fis-seħħ bejn l-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> u l-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE>.</P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(10)(h), tal-Liġi PCC tal-2000, fil-verżjoni tagħha li daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, li kien jeżenta s-self mogħti lil kumpannija b’kapital azzjonarju minn wieħed mill-membri jew mill-azzjonisti tagħha, ġie abrogat mill-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> permezz tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(9)(c) tal-Liġi tal-<DATE ISO="20061115">15 ta’ Novembru 2006</DATE> li temenda, minn naħa waħda, il-liġi dwar it-taxxi tas-suċċessjoni u d-donazzjonijiet u, mill-oħra, il-liġi dwar it-taxxa fuq l-atti tad-dritt ċivili (Dz. U. Nru 222, pożizzjoni 1629, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Liġi PCC tal-2007<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Dawn l-operazzjonijiet ta’ self b’hekk ġew ikkunsidrati bħala emenda tal-memorandum u l-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-kumpannija skont l-Artikolu 1(3)(2) tal-Liġi PCC tal-2007, u ġew issuġġettati għat-taxxa b’rata uniformi ta’ 0.5 % skont l-Artikolu 7(1)(9) ta’ din il-Liġi.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5464"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni dwar id-dazju fuq il-kapital fis-seħħ mill-<DATE ISO="20090101">1 ta’ Jannar 2009</DATE></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-liġi tas-<DATE ISO="20081107">7 ta’ Novembru 2008</DATE> (Dz. U Nru 209, pożizzjoni 1319) ittrasponiet fil-liġi Pollakka d-Direttiva 2008/7 u eżentat mit-taxxa fuq l-atti tad-dritt ċivili, self mogħti lil kumpannija b’kapital azzjonarju minn wieħed mill-membri tagħha jew mill-azzjonisti tagħha, skont l-Artikolu 9(10)(i) ta’ din l-istess liġi.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20070709">9 ta’ Lulju 2007</DATE>, Logstor ROR Polska kkonkludiet mal-membru tagħha, jiġifieri Lögstor Holding A S, emenda għal kuntratt ta’ self iddatat <DATE ISO="20040915">15 ta’ Settembru 2004</DATE>, li permezz tagħha l-ammont tas-self mogħti inizjalment żdied b’EUR 2.6 miljun għal EUR 5.233 miljun. Fl-<DATE ISO="20070814">14 ta’ Awissu 2007</DATE>, Logstor ROR Polska kkonkludiet mal-istess membru, kuntratt ta’ self ieħor ta’ PLN 8 miljun.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont il-leġislazzjoni Pollakka fis-seħħ fid-data tal-imsemmijin operazzjonijiet ta’ self, dawn ġew issuġġettati għat-taxxa fuq l-atti tad-dritt ċivili.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Billi, skont id-Direttiva 69/335, hija kienet intitolata titlob eżenzjoni mit-taxxa fuq l-atti tad-dritt ċivili fir-rigward tal-operazzjonijiet inkwistjoni, Logstor ROR Polska talbet lill-awtoritajiet tat-taxxa biex jikkonstataw l-eżistenza ta’ pagament żejjed li jikkorrispondi għall-ammont totali tat-taxxa mħallsa minnha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5465"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Wara r-rifjut ta’ din it-talba u ċ-ċaħda tal-appell amministrattiv kontra dan ir-rifjut, Logstor ROR Polska fetħet kawża quddiem il-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach (qorti amministrattiva tal-voïvode ta’ Gliwicach).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>L-Artikolu 4(2) tad-[Direttiva 69/335] jippermetti lil Stat Membru li jintroduċi mill-ġdid, fl-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, dazju fuq il-kapital fuq self meħud minn kumpannija b’kaptial azzjonarju, jekk il-kreditur ikollu dritt għal sehem mill-qligħ tal-kumpannija, meta l-Istat Membru kien preċedentement irrinunzja għall-ġbir ta’ din it-taxxa fid-data tal-adeżjoni tiegħu [mal-Unjoni] (fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>)?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment, jekk l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 69/335, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali għandux jiġi interpretat li jipprekludi lil Stat Membru milli jintroduċi mill-ġdid, dazju fuq il-kapital fuq self meħud minn kumpannija b’kaptial azzjonarju, jekk il-kreditur ikollu dritt għal sehem mill-qligħ tal-kumpannija, meta l-Istat Membru kien preċedentement irrinunzja għall-ġbir ta’ din it-taxxa</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li l-Gvern Pollakk ikkontesta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-mod kif ġiet ippreżentata l-liġi nazzjonali mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5466"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Huwa jsostni fil-fatt li ma huwiex eżatt li jiġi affermat, bħalma tagħmel il-qorti tar-rinviju li r-Repubblika tal-Polonja kienet irrinunzjat għad-dritt li tirċievi dazju fuq il-kapital fuq l-operazzjonijiet ta’ self bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali fid-data tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni. Skont dan il-Gvern l-eżenzjoni tas-self mogħti lill-kumpanniji b’kapital azzjonarju mill-azzjonisti tagħhom, bejn l-<DATE ISO="20040501">1 Mejju 2004</DATE> u l-<DATE ISO="20061231">31 ta’ Diċembru 2006</DATE>, kellha l-għan li tiġi evitata t-tassazzjoni doppja tal-istess kapital, l-ewwel darba meta l-azzjonist jagħti s-self lill-kumpanija u t-tieni darba fil-mument meta l-parti tas-self li ma tiġix irrimborsata tiġi kkonvertita f’azzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Huwa fil-fatt isostni, minn naħa, li, għalkemm is-self mogħti lill-kumpanniji b’kapital azzjonarju minn wieħed mill-membri jew azzjonisti kien ġie eżentat mit-taxxa fuq l-atti tad-dritt ċivili bejn is-sena 2004 u s-sena 2006, dan ma kienx il-każ fir-rigward ta’ żidiet tal-kapital azzjonarju li jirriżultaw mill-konverżjoni ta’ dan is-self u, min-naħa l-oħra, li, għall-kuntrarju, il-liġi PCC tal-2007 abolixxiet it-tassazzjoni fuq iż-żidiet tal-kapital azzjonarju li jirriżultaw mis-self ta’ azzjonist jew ta’ membru li jkun diġà suġġett għat-taxxa fuq l-atti tad-dritt ċivili, u fl-istess waqt hija mill-ġdid issuġġettat għal din it-taxxa s-self mogħti lill-kumpanniji b’kapital azzjonarju mill-membri jew azzjonisti tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, biżżejjed jingħad li ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzj, skont is-sistema ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE li għandha tikkontesta jew tivverifika l-eżattezza tal-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali magħmula mill-qorti tar-rinviju (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE>, Gysen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-449/06" PAGE.ECR="I-553" YEAR="2008">C-449/06, Ġabra p. I-553</REF.DOC.ECR>, punt 17, u tal-<DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, Eckelkamp <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-11/07" PAGE.ECR="I-6845" YEAR="2008">C-11/07, Ġabra p. I-6845</REF.DOC.ECR>, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant hemm lok, għall-Qorti tal-Ġustizzja biex tirrispondi d-domanda magħmula lilha fuq il-bażi tal-konstatazzjoni tal-qorti tar-rinviju li r-Repubblika tal-Polonja kienet irrinunzjat, fid-data tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni, jiġifieri fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, għall-ġbir tat-taxxa inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5467"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 69/335, ċerti operazzjonijiet setgħu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>sakemm kienu ġew intaxxati bir-rata ta’ 1 % sal-<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, jissoktaw ikunu bla ħsara [suġġetti] għad-dazju kapitali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Din id-data, li hija d-data ta’ riferiment skont l-imsemmi Artikolu 4(2) tad-Direttiva 69/335, hija applikabbli wkoll għar-Repubblika tal-Polonja. Fil-fatt, fil-każ ta’ adeżjoni, ir-riferiment għal data prevista fid-dritt tal-Unjoni, fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni kuntrarja fl-Att ta’ Adeżjoni jew f’att ieħor tal-Unjoni, japplika wkoll għall-Istat li jaderixxi, anki jekk dik id-data tippreċedi dik tal-adeżjoni (sentenza tal-<DATE ISO="20070621">21 ta’ Ġunju 2007</DATE>, Optimus – Telecomunicações, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-366/05" PAGE.ECR="I-4985" YEAR="2007">C-366/05, Ġabra p. I-4985</REF.DOC.ECR>, punt 32). Fir-rigward tar-Repubblika tal-Polonja, ma hemm l-ebda dispożizzjoni differenti f’dan ir-rigward la fl-Att dwar il-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni mal-Unjoni Ewropea ta’ dan l-Istat u lanqas f’xi att ieħor fl-imsemmi dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Sa fejn l-operazzjonijiet ta’ self bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienu, fl-<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, suġġetti għal tassazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 69/335, ir-Repubblika tal-Polonja setgħet għalhekk, fid-data tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni tiddeċiedi li tkompli tissuġġetta lil dan it-tip ta’ operazzjonijiet għad-dazju fuq il-kapital.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Hija ma setgħetx, madankollu, wara li, kif jirriżulta mill-analiżi tad-dritt nazzjonali magħmula mill-qorti tar-rinviju, irrinunzjat għal din it-taxxa fid-data tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni jew minn dakinhar ’il quddiem, tiddeċiedi li terġa’ tintroduċiha f’data wara din id-data.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 69/335, li l-formulazzjoni tiegħu tirreferi għall-kunċett ta’ kontinwità, għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-għan li jiġi limitat, jew saħansitra eliminat, id-dazju fuq il-kapital stabbilit mit-tieni u t-tielet premessi tad-Direttiva 85/303. Fid-dawl ta’ dan il-għan, jirriżulta mill-imsemmija tielet premessa, li huwa biss minħabba l-problemi baġitarji li kienu jiffaċċjaw, fil-każ tal-eliminazzjoni tad-dazju fuq il-kapital, li l-Istati Membri li ma rrinunzjawx għall-ġbir tagħha setgħu jżommu din it-taxxa.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5468"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>It-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>[i]s-segwenti transazzjonijiet jistgħu, […] jissoktaw ikunu bla ħsara [suġġetti] għad-dazju kapitali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, li jinsabu fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 69/335, b’hekk għandhom jiġu interpretati fis-sens li jimplikaw li biex l-operazzjonijiet imsemmija hemmhekk ikunu jistgħu jiġu suġġetti għad-dazju fuq il-kapital mill-Istati Membri, kellhom mhux biss ikunu taxxabbli taħt din id-dispożizzjoni, skont id-dritt nazzjonali fis-seħħ fl-<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, iżda jridu jkunu baqgħu, sussegwentement, issuġġettati kontinwament għal tali tassazzjoni. Fil-każ kuntrarju l-Istat Membru ma jkunx jista’ jiġġustifika żamma tad-dazju fuq il-kapital minħabba telf fid-dħul.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Ir-riferiment għad-data tal-<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE> magħmul fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 69/335 b’hekk ma jistax jikkostitwixxi għall-Istati Membri li, f’dik id-data, kienu jissuġġettaw l-operazzjonijiet inkwistjoni għad-dazju fuq il-kapital, awtorizzazzjoni biex jerġgħu jintroduċi dan id-dazju wara li rrinunzjaw għalih, peress li dan imur kontra l-kliem ta’ din id-dispożizzjoni u l-għan ta’ limitazzjoni, jekk mhux tal-eliminazzjoni, tad-dazju fuq il-kapital intiż fid-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li Stat Membru li kien irrinunzja skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 69/335, wara l-<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, li jissuġġetta ċerti operazzjonijiet għal dazju fuq il-kapital ma jistax jerġa’ jistabilixxi tali tassazzjoni fuq dawn l-istess operazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Konsegwentement, jeħtieġ li r-risposta għad-domanda magħmula tkun li l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 69/335 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil Stat Membru milli jintroduċi mill-ġdid, dazju fuq il-kapital fuq self meħud minn kumpannija b’kapital azzjonarju, jekk il-kreditur ikollu dritt għal sehem mill-qligħ tal-kumpannija, meta dan l-Istat Membru kien preċedentement irrinunzja għall-ġbir ta’ din it-taxxa.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5469"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335, tas-<DATE ISO="19690717">17 ta’ Lulju 1969</DATE>, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KE, tal-<DATE ISO="19850610">10 ta’ Ġunju 1985</DATE>, jipprekludi lil Stat Membru milli jintroduċi mill-ġdid, dazju fuq il-kapital fuq self meħud minn kumpannija b’kapital azzjonarju, jekk il-kreditur ikollu dritt għal sehem mill-qligħ tal-kumpannija, meta dan l-Istat Membru kien preċedentement irrinunzja għall-ġbir ta’ din it-taxxa.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>