|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1451 |
27.5.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1451
tal-24 ta’ Mejju 2024
li jemenda l-Anness II u l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-addittivi tal-ikel: l-aċidu tartariku (L(+)-) (E 334), it-tartrati tas-sodju (E 335), it-tartrati tal-potassju (E 336), it-tartrat tal-potassju u s-sodju (E 337) u t-tartrat tal-kalċju (E 354)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati biex jintużaw fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel inklużi l-carriers approvati għall-użu fl-addittivi tal-ikel, fl-enżimi tal-ikel, fl-aromatizzanti tal-ikel, fin-nutrijenti, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel tista’ tiġi aġġornata fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni. |
|
(3) |
L-aċidu tartariku (L(+)-) (E 334), it-tartrati tas-sodju (E 335), it-tartrati tal-potassju (E 336), it-tartrat tal-potassju u s-sodju (E 337) u t-tartrat tal-kalċju (E 354) huma sustanzi awtorizzati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Bħalissa, dawk l-addittivi tal-ikel huma awtorizzati għall-użu fi quantum satis u inklużi fil-Grupp I, fl-Anness II, il-Parti C ta’ dak ir-Regolament, li jkopri l-addittivi tal-ikel, għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa, b’“doża aċċettabbli ta’ kuljum mhux speċifikata” jew li għalihom l-aktar valutazzjoni tar-riskju reċenti kkonkludiet li “ma hemmx bżonn ta’ doża numerika aċċettabbli ta’ kuljum”. Barra minn hekk, l-aċidu tartariku (L(+)-) (E 334), it-tartrati tas-sodju (E 335), it-tartrati tal-potassju (E 336), it-tartrat tal-potassju u s-sodju (E 337) u t-tartrat tal-kalċju (E 354) huma awtorizzati għall-użu f’kategoriji speċifiċi tal-ikel b’livell massimu numeriku jew fi quantum satis. |
|
(4) |
Fil-11 ta’ Marzu 2020, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ħarġet opinjoni xjentifika dwar l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-aċidu tartariku (L(+)-) (E 334), it-tartrati tas-sodju (E 335), it-tartrati tal-potassju (E 336), it-tartrat tal-potassju u s-sodju (E 337) u t-tartrat tal-kalċju (E 354) bħala addittivi tal-ikel (3). Ġiet stabbilita Doża Aċċettabbli ta’ Kuljum (ADI) għall-grupp “aċidu tartariku-tartrati” (E 334 - 337 u E 354) ta’ 240 mg/kg bw kuljum, espressa bħala aċidu tartariku. L-istimi tal-esponiment għall-gruppi differenti tal-popolazzjoni għall-aktar xenarju ta’ esponiment rilevanti ma qabżux l-ADI tal-grupp ta’ 240 mg/kg bw kuljum, espressa bħala aċidu tartariku. |
|
(5) |
Fid-19 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni nediet sejħa pubblika għal data teknika dwar l-addittivi tal-ikel permessi l-aċidu tartariku (L(+)-) (E 334), it-tartrati tas-sodju (E 335), it-tartrati tal-potassju (E 336), it-tartrat tal-potassju u s-sodju (E 337) u t-tartrat tal-kalċju (E 354), li titlob lill-operaturi tan-negozju tal-ikel jippreżentaw, fost affarijiet oħra, data dwar l-użi ta’ dawk l-addittivi tal-ikel f’konformità mal-Anness II, il-Parti E u l-Anness III, il-Partijiet 2, 3 u 4 u t-Taqsima A tal-Parti 5 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Is-sejħa speċifikat li fin-nuqqas tad-data għal kategorija tal-ikel li fiha l-użu intenzjonat ta’ dawk l-addittivi tal-ikel bħalissa huwa awtorizzat, il-Kummissjoni tqis li ma hemm l-ebda interess li l-addittivi tal-ikel jibqgħu awtorizzati f’dik il-kategorija tal-ikel u li b’konsegwenza ta’ dan, l-awtorizzazzjoni rispettiva tiġi rtirata. |
|
(6) |
L-operaturi tan-negozju pprovdew data dwar l-użi ta’ dawk l-addittivi tal-ikel f’konformità mal-Anness II, il-Parti E tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għal diversi kategoriji tal-ikel, iżda mhux kollha. |
|
(7) |
L-operaturi tan-negozju pprovdew data dwar l-użi ta’ dawk l-addittivi tal-ikel f’konformità mal-Anness III, il-Partijiet 2 u 4 u t-Taqsima A tal-Parti 5 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Madankollu, ma ġiet ipprovduta l-ebda data għall-użi f’konformità mal-Anness III, il-Parti 3. |
|
(8) |
Filwaqt li titqies l-evalwazzjoni mill-ġdid mill-Awtorità, b’mod partikolari, l-istabbiliment ta’ ADI tal-grupp għall-aċidu tartariku (L(+)-) (E 334), għat-tartrati tas-sodju (E 335), għat-tartrati tal-potassju (E 336), għat-tartrat tal-potassju u s-sodju (E 337) u għat-tartrat tal-kalċju (E 354), huwa xieraq li dawk l-addittivi tal-ikel jitneħħew mill-Grupp I, jinħoloq grupp ġdid għalihom u jiġu rieżaminati l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. Barra minn hekk, fid-dawl tad-data pprovduta dwar l-użi ta’ dawk l-addittivi tal-ikel f’konformità mal-Anness II u l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, huwa xieraq li jiġu emendati l-kundizzjonijiet tal-użu attwali ta’ dawk l-addittivi tal-ikel billi jiġu rtirati l-awtorizzazzjonijiet fil-kategoriji tal-ikel li għalihom ma ngħatat l-ebda data b’reazzjoni għas-sejħa għad-data. Barra minn hekk, fid-dawl ta’ dik id-data pprovduta dwar l-użi u l-esponiment mid-dieta kkalkulat mill-Awtorità, huwa xieraq li jiġu stabbiliti livelli massimi numeriċi tal-użu għall-kategoriji tal-ikel li għalihom ġiet ipprovduta d-data. Huwa xieraq ukoll li jitneħħew xi inkonsistenzi fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-użu tal-aċidu tartariku (L(+)-) (E 334), it-tartrati tas-sodju (E 335), it-tartrati tal-potassju (E 336) f’kategoriji differenti. |
|
(9) |
Jenħtieġ li l-applikazzjoni tal-livelli massimi ġodda tiġi differita u jenħtieġ li jiġi pprovdut perjodu tranżizzjonali għal prodotti introdotti fis-suq qabel id-data tal-applikazzjoni tal-livelli massimi rispettivi biex l-operaturi tan-negozji tal-ikel, inklużi l-intrapriżi żgħar u medji, ikunu jistgħu jadattaw għall-kundizzjonijiet tal-użu stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
L-ikel li fih l-aċidu tartariku (L(+)-) (E 334), it-tartrati tas-sodju (E 335), it-tartrati tal-potassju (E 336), it-tartrat tal-potassju u s-sodju (E 337) jew it-tartrat tal-kalċju (E 354) li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament u li jkun tqiegħed fis-suq legalment qabel is-16 ta’ Diċembru 2024 jista’ jibqa’ fis-suq sad-data tad-durabbiltà minima tiegħu jew sad-data ta’ skadenza tiegħu.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-16 ta’ Diċembru 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1333/oj.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1331/oj.
(3) EFSA Journal 2020;18(3):6030.
ANNESS I
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-Parti C hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
Il-Parti E hija emendata kif ġej:
|
ANNESS II
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-Parti 2, wara l-entrata għal E 321 tiddaħħal l-entrata li ġejja:
|
|
(2) |
fil-Parti 3, l-entrati għall-addittivi tal-ikel E 334 Aċidu tartariku (L(+)-), E 335 Tartrati tas-sodju, E 336 Tartrati tal-potassju, E 337 Tartrat tal-potassju u s-sodju u E 354 Tartrat tal-kalċju jitħassru; |
|
(3) |
fil-Parti 4, wara l-entrata għal E 320 tiddaħħal l-entrata li ġejja:
|
|
(4) |
fil-Parti 5, it-Taqsima A hija emendata kif ġej:
|
|
(5) |
il-Parti 6 hija emendata kif ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1451/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)