Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU III - POLITIKA F'OQSMA OĦRA - Sezzjoni 2 - Politika soċjali - Artikolu III-217
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0097 - 0097
Artikolu III-217 Il-Kunsill għandu, b'maġġoranza sempliċi, jadotta deċiżjoni Ewropea li tistabbilixxi Kumitat ta' Protezzjoni Soċjali bi status konsultattiv biex jippromwovi koperazzjoni dwar politika ta' protezzjoni soċjali bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni. Il-Kunsill għandu jaġixxi wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew. Ix-xogħol tal-Kumitat għandu jkun: a) li jikkontrolla s-sitwazzjoni fil-qasam soċjali u ta' l-iżvilupp ta' politika ta' protezzjoni soċjali fl-Istati Membri u fl-Unjoni; b) li jippromwovi skambju ta' informazzjoni, esperjenzi u prattika tajba bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni; ċ) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu III-344, li jipprepara rapporti, jifformula opinjonijiet jew jagħmel xogħol ieħor fl-oqsma ta' setgħat tiegħu, fuq it-talba tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess. Fit-twettiq tal-mandat tiegħu, l-Kumitat għandu jistabbilixxi kuntatti xierqa mas-sħab soċjali. Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jaħtru żewġ membri tal-Kumitat. --------------------------------------------------