li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b’discharge ta’ intensità għolja, u għall-ballasts u l-lampi li kapaċi jħaddmu bozoz ta’ dan it-tip
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,
Billi:
(1)
Wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 tat-18 ta' Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b’discharge ta’ intensità għolja, u għall-ballasts u l-lampi li kapaċi jħaddmu bozoz ta’ dan it-tip, u li jħassar id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), deher li ċerti dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament kellhom jiġu emendati sabiex jiġu evitati impatti mhux maħsuba fuq id-disponibbiltà u l-prestazzjoni tal-prodotti koperti b'dak ir-Regolament.
(2)
Barra minn hekk, huwa meħtieġ li tiżdied il-koerenza, f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti rigward l-informazzjoni dwar il-prodott, bejn min-naħa l-waħda r-Regolament (KE) Nru 245/2009 u min-naħa l-oħra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 tat-18 ta' Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f’direzzjoni waħda (3).
(3)
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 245/2009
L-Annessi I, II, III u IV għar-Regolament (KE) Nru 245/2009 huma emendati kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-13 ta’ April 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Emendi fl-Annessi I, II, III u IV għar-Regolament (KE) Nru 245/2009
L-Annessi I, II, III u IV għar-Regolament (KE) Nru 245/2009 qegħdin jiġu emendati kif ġej:
(1)
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
(a)
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Eżenzjonijiet”;
(b)
is-sentenza introduttorja fil-punt 1 hija sostitwita b'dan li ġej:
“Dawn il-bozoz għandhom ikunu eżentati mid-dispożizzjonijiet tal-Anness III, bil-kundizzjoni li l-fajl tad-dokumentazzjoni teknika mħejji għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE jiddikjara liema mill-parametri tekniċi elenkati hawn taħt jipprovdi/u bażi għall-eżenzjoni tagħhom:”;
(c)
il-punti 1(c) u 1(d) huma sostitwiti b’dan li ġej:
“(c)
bozoz imħallta (blended) b'discharge ta’ intensità għolja li għandhom:
—
6 % jew aktar tar-radjazzjoni totali ta' firxa bejn 250 u 780 nm fil-firxa ta' 250 — 400 nm; u
—
11 % jew aktar tar-radjazzjoni totali ta' firxa bejn 250 u 780 nm fil-firxa ta' 630 — 780 nm; u
—
5 % jew aktar tar-radjazzjoni totali ta' firxa bejn 250 u 780 nm fil-firxa ta' 640 — 700 nm;
(d)
bozoz imħallta (blended) b'discharge ta’ intensità għolja li għandhom:
—
il-punt massimu tar-radjazzjoni bejn 315 u 400 nm (UVA) jew 280 u 315 nm (UVB);”;
(d)
il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2.
Il-prodotti li ġejjin għandhom ikunu eżentati mid-dispożizzjonijiet tal-Anness III, bil-kundizzjoni li f'kull tip ta' informazzjoni dwar il-prodott jitniżżel li mhumiex maħsuba għall-użu bħala illuminazzjoni ġenerali fi ħdan it-tifsira ta' dan ir-Regolament, jew li huma maħsuba għall-użu f'applikazzjonijiet elenkati fil-punti (b) sa (e):
(a)
prodotti maħsuba għall-użu f'applikazzjonijiet għajr l-illuminazzjoni ġenerali u l-prodotti inkorporati fi prodotti li ma jipprovdux funzjoni ta' illuminazzjoni ġenerali;
(b)
bozoz koperti bir-rekwiżiti tad-Direttivi 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jew id-Direttiva 1999/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);
(c)
lampi għal dawl ta' emerġenza u lampi għal sinjali ta' emerġenza skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).
(d)
ballasts maħsuba għall-użu f'lampi ddefiniti fil-paragrafu (c) u ddisinnjati sabiex iħaddmu l-bozoz f'kundizzjonijiet ta' emerġenza;
(e)
lampi koperti bir-rekwiżiti tad-Direttiva 94/9/KE, id-Direttiva 1999/92/KE, id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE (5), id-Direttiva tal-Kunsill 88/378/KEE (6) u l-lampi integrati f'tagħmir kopert b'dawn ir-rekwiżiti.
L-iskop maħsub għandu jitniżżel għal kull prodott fl-informazzjoni dwar il-prodott, u l-fajl tad-dokumentazzjoni teknika mfassal għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandu jelenka l-parametri tekniċi li lid-disinn tal-prodott jagħmluh speċifiku għall-iskop maħsub imniżżel.
Għandha tiżdied is-sentenza li ġejja mal-punt 1(c):
“Għall-finijiet tat-Tabella 6 fl-Anness III, l-LSF għandu jitkejjel waqt tħaddim bi frekwenza għolja b'ċiklu ta' swiċċjar ta' 11h/1h.”
(c)
Il-punt li ġej (o) għandu jiżdied mal-punt 3:
“(o)
‘Bozza mħallta’ tfisser lampa li jkun fiha bozza tal-fwar tal-merkurju u filament tal-bozza inkandexxenti konnessi f'serje fl-istess bozza.”
(3)
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied qabel it-Tabella 1:
“Bozoz fluworexxenti b’kappa doppja li għandhom forma spirali ta' kull dijametru ekwivalenit għal jew akbar minn 16 mm (T5) għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Tabella 5 għal bozoz ċirkolari T9.”
(b)
It-Tabella 2 hija sostitwita b’dan li ġej:
“Tabella 2
Valuri minimi tal-effikaċja speċifikata għal bozoz fluworexxenti b'kappa waħda li jaħdmu fuq ballast elettromanjetika jew elettronika
Tubu wieħed parallel żgħir, kappa tal-bozza G23 (2 pinnijiet) jew 2G7 (4 pinnijiet)
Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali
Wattage nominali
(W)
Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali
Wattage nominali
(W)
Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali
5
48
10
60
13
62
7
57
13
69
18
67
9
67
18
67
26
66
11
76
26
66
4 saqajn fi pjan wieħed, kappa tal-bozza 2G10
(4 pinnijiet)
Tubu wieħed parallel twil, kappa tal-bozza 2G11
(4 pinnijiet)
Wattage nominali
(W)
Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali
Wattage nominali
(W)
Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali
18
61
18
67
24
71
24
75
36
78
34
82
36
81 ”
(c)
It-Tabella 3 hija sostitwita b’dan li ġej:
“Tabella 3
Valuri minimi tal-effikaċja speċifikata għal bozoz fluworexxenti b'kappa waħda, li jaħdmu biss fuq ballast elettronika
Tliet tubi paralleli, kappa tal-bozza GX24q
(4 pinnijiet)
Erba' tubi paralleli, kappa tal-bozza GX24q
(4 pinnijiet)
Tubu wieħed parallel twil, kappa tal-bozza 2G11
(4 pinnijiet)
Wattage nominali
(W)
Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali
Wattage nominali
(W)
Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali
Wattage nominali
(W)
Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali
32
75
57
75
40
83
42
74
70
74
55
82
57
75
80
75
70
74 ”
(d)
It-Tabella 6 hija sostitwita b’dan li ġej:
“Tabella 6
Perċentwali ta' tnaqqis għall-valuri minimi tal-effikaċja speċifikata għal bozoz fluworexxenti b'temperatura tal-kulur għolja u/jew apparenza tal-kulur għolja u/jew bit-tieni envelowp tal-bozza u/jew ħajja twila
Parametri tal-bozza
Tnaqqis mill-effikaċja ta' luminożità f'25 °C
Tc ≥ 5 000 K
–10 %
95 ≥ Ra > 90
–20 %
Ra > 95
–30 %
It-tieni envelowp tal-bozza
–10 %
Il-Fattur ta' Sopravivenza tal-Bozza ≥ 0,50 wara 40 000 siegħa tixgħel
–5 %”
(e)
Fl-Anness III.1.1.B, is-sentenza
“Il-korrezzjonijiet iddefiniti għall-ewwel stadju (Tabella 6) għandhom jibqgħu japplikaw.”
hija sostitwita bi
“Il-korrezzjonijiet (Tabella 6) u r-rekwiżiti speċifiċi għal bozoz fluworexxenti b’kappa doppja li għandhom forma spirali definiti għall-ewwel stadju għandhom jibqgħu japplikaw.”;
(f)
It-titolu tat-Tabella 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“
Tabella 7
Valuri minimi ta' effikaċja speċifikata għal bozoz tas-sodju taħt pressjoni għolja b'Ra ≤ 60
”;
(g)
It-titolu tat-Tabella 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“
Tabella 8
Valuri minimi ta' effikaċja speċifikata għal Bozoz tal-Alidi tal-Metall b'Ra ≤ 80 u għal bozoz tas-sodju taħt pressjoni għolja b'Ra > 60
”;
(h)
It-tieni paragrafu tal-Anness III.1.1.C huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Lampi fluworexxenti mingħajr ballast integrata għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu ma' ballasts ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-klassi A2 jew ballasts aktar effiċjenti skont il-punt 2.2 tal-Anness III. Barra minn jistgħu jitħaddmu wkoll ma' ballasts ta' klassijiet anqas effiċjenti minn A2.”;
(i)
It-Tabella 11 hija sostitwita b’dan li ġej:
“Tabella 11
Fatturi ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza għal bozoz fluworexxenti b'kappa waħda u b'kappa doppja – Stadju 2
Fattur ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza
Sigħat jixegħlu
Tipi ta’ bozoz
2 000
4 000
8 000
16 000
Bozoz Fluworexxenti b’kappa doppja li jitħaddmu fuq ballasts li mhumiex ta' frekwenza għolja
0,95
0,92
0,90
—
Bozoz Fluworexxenti T8 b’kappa doppja fuq ballasts ta' frekwenza għolja b'warmstart
0,96
0,92
0,91
0,90
Bozoz Fluworexxenti oħra b’kappa doppja fuq ballasts ta' frekwenza għolja b'warmstart
0,95
0,92
0,90
0,90
Bozoz fluworexxenti ċirkolari b'kappa waħda li jitħaddmu fuq ballasts ta' frekwenza li ma tkunx għolja, bozoz fluworexxenti b'kappa doppja li għandhom il-forma ta' U tat-tip T8 u bozoz fluworexxenti b’kappa doppja li għandhom forma spirali ta' kull dijametru ekwivalenti għal jew akbar minn 16 mm (T5)
0,80
0,74
—
—
0,72 wara 5 000 siegħa jixegħlu
Bozoz Fluworexxenti ċirkolari b’kappa waħda li jitħaddmu fuq ballasts ta' frekwenza għolja
0,85
0,83
0,80
—
0,75 wara 12 000 siegħa jixegħlu
Bozoz Fluworexxenti oħra b’kappa waħda li jitħaddmu fuq ballasts li mhumiex ta' frekwenza għolja
0,85
0,78
0,75
—
Bozoz Fluworexxenti oħra b’kappa waħda fuq ballasts ta' frekwenza għolja b'warmstart
0,90
0,84
0,81
0,78 ”
(j)
Il-frażi introduttorja li ġejja u t-Tabella 11a għandhom jiżdiedu wara t-Tabella 11:
“It-tnaqqis kumulattiv li ġej għandu jiġi applikat lill-valuri fit-Tabella 11:
Tabella 11a
Perċentwali ta' tnaqqis għar-rekwiżiti ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza
Parametri tal-bozza
Tnaqqis mir-rekwiżit ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza
Bozoz b'95 ≥ Ra > 90
Wara sigħat jixegħlu ≤ 8 000 h: – 5 %
Wara sigħat jixegħlu > 8 000 h: – 10 %
Bozoz b'Ra > 95
Wara sigħat jixegħlu ≤ 4 000 h: – 10 %
Wara sigħat jixegħlu > 4 000 h: – 15 %
Bozoz b'temperatura tal-kulur ≥ 5 000 K
–10 %”
(k)
It-Tabella 12 hija sostitwita b’dan li ġej:
“Tabella 12
Fatturi ta' sopravivenza tal-bozza għal bozoz fluworexxenti b'kappa waħda u b'kappa doppja – Stadju 2
Fattur ta' sopravivenza tal-bozza
Sigħat jixegħlu
Tipi ta’ bozoz
2 000
4 000
8 000
16 000
Bozoz Fluworexxenti b’kappa doppja li jitħaddmu fuq ballasts li mhumiex ta' frekwenza għolja
0,99
0,97
0,90
—
Bozoz Fluworexxenti b’kappa doppja fuq ballasts ta' frekwenza għolja b'warmstart
0,99
0,97
0,92
0,90
Bozoz fluworexxenti ċirkolari b'kappa waħda li jitħaddmu fuq ballasts ta' frekwenza li ma tkunx għolja, bozoz fluworexxenti b'kappa doppja li għandhom il-forma ta' U tat-tip T8 u bozoz fluworexxenti b’kappa doppja li għandhom forma spirali ta' kull dijametru ekwivalenti għal jew akbar minn 16 mm (T5)
0,98
0,77
—
—
0,50 wara 5 000 siegħa jixegħlu
Bozoz Fluworexxenti ċirkolari b’kappa waħda li jitħaddmu fuq ballasts ta' frekwenza għolja
0,99
0,97
0,85
—
0,50 wara 12 000 siegħa jixegħlu
Bozoz Fluworexxenti oħra b’kappa waħda li jitħaddmu fuq ballasts li mhumiex ta' frekwenza għolja
0,98
0,90
0,50
—
Bozoz Fluworexxenti oħra b’kappa waħda fuq ballasts ta' frekwenza għolja b'warmstart
0,99
0,98
0,88
—”
(l)
It-Tabella 13 hija sostitwita b’dan li ġej:
“Tabella 13
Fatturi ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza u fatturi ta' sopravivenza tal-bozza għal bozoz tas-sodju taħt pressjoni għolja - Stadju 2
Kategorija tal-bozoz tas-sodju taħt pressjoni għolja u sigħat jixegħlu għall-kejl
Fattur ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza
Fattur ta' sopravivenza tal-bozza
P ≤ 75 W
LLMF u LSF li jitkejjel wara 12 000 siegħa jixegħlu
Ra ≤ 60
> 0,80
> 0,90
Ra > 60
> 0,75
> 0,75
il-bozoz kollha retrofit iddisinjati biex jitħaddmu fuq ballast ta' bozza tal-fwar tal-merkurju taħt pressjoni għolja
> 0,75
> 0,80
P > 75 W
LLMF u LSF li jitkejjel wara 16 000 siegħa jixegħlu
Ra ≤ 60
> 0,85
> 0,90
Ra > 60
> 0,70
> 0,65
il-bozoz kollha retrofit iddisinjati biex jitħaddmu fuq ballast ta' bozza tal-fwar tal-merkurju taħt pressjoni għolja
> 0,75
> 0,55
Ir-rekwiżiti fit-Tabella 13 għall-bozoz retrofit iddisinjati biex jitħaddmu fuq ballast ta' bozza tal-fwar tal-merkurju taħt pressjoni għolja għandhom japplikaw sa 6 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.”;
(m)
l-Anness III.1.3(i) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(i)
It-temperatura ambjentali ġol-lampa, li fiha l-bozza ġiet iddisjinata biex tilħaq il-massimu tal-fluss ta' luminożità. Jekk din it-temperatura tkun 0°C jew anqas jew inkella 50°C jew ogħla, għandu jitniżżel li l-bozza mhijiex adattata għall-użu fuq ġewwa f'temperaturi ambjentali standard.”;
(n)
Il-punt li ġej (j) għandu jiżdied mal-punt 1.3 tal-Anness III:
“(j)
Għal bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, l-indiċi(jiet) tal-effiċjenza fl-enerġija kif iddefinit fit-Tabella 17 li bih/bihom tista' titħaddem il-bozza.”;
(o)
It-Tabella 17 hija sostitwita b’dan li ġej:
“Tabella 17
Rekwiżiti ta' indiċi ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija għal ballasts li ma jistgħux jitbaxxew għal bozoz fluworexxenti
DEJTA DWAR IL-BOZOZ
EFFIĊJENZA TAL-BALLAST (Bozza P / Input P)
Li ma jistgħux jitbaxxew
It-tip ta' bozza
Wattage Nominali
KODIĊI ILCOS
Wattage speċifikat/tipiku
A2 BAT
A2
A3
B1
B2
50 Hz
HF
W
W
W
T8
15
FD-15-E-G13-26/450
15
13,5
87,8 %
84,4 %
75,0 %
67,9 %
62,0 %
T8
18
FD-18-E-G13-26/600
18
16
87,7 %
84,2 %
76,2 %
71,3 %
65,8 %
T8
30
FD-30-E-G13-26/900
30
24
82,1 %
77,4 %
72,7 %
79,2 %
75,0 %
T8
36
FD-36-E-G13-26/1200
36
32
91,4 %
88,9 %
84,2 %
83,4 %
79,5 %
T8
38
FD-38-E-G13-26/1050
38,5
32
87,7 %
84,2 %
80,0 %
84,1 %
80,4 %
T8
58
FD-58-E-G13-26/1500
58
50
93,0 %
90,9 %
84,7 %
86,1 %
82,2 %
T8
70
FD-70-E-G13-26/1800
69,5
60
90,9 %
88,2 %
83,3 %
86,3 %
83,1 %
TC-L
18
FSD-18-E-2G11
18
16
87,7 %
84,2 %
76,2 %
71,3 %
65,8 %
TC-L
24
FSD-24-E-2G11
24
22
90,7 %
88,0 %
81,5 %
76,0 %
71,3 %
TC-L
36
FSD-36-E-2G11
36
32
91,4 %
88,9 %
84,2 %
83,4 %
79,5 %
TCF
18
FSS-18-E-2G10
18
16
87,7 %
84,2 %
76,2 %
71,3 %
65,8 %
TCF
24
FSS-24-E-2G10
24
22
90,7 %
88,0 %
81,5 %
76,0 %
71,3 %
TCF
36
FSS-36-E-2G10
36
32
91,4 %
88,9 %
84,2 %
83,4 %
79,5 %
TC-D / DE
10
FSQ-10-E-G24q=1
FSQ-10-I-G24d=1
10
9,5
89,4 %
86,4 %
73,1 %
67,9 %
59,4 %
TC-D / DE
13
FSQ-13-E-G24q=1
FSQ-13-I-G24d=1
13
12,5
91,7 %
89,3 %
78,1 %
72,6 %
65,0 %
TC-D / DE
18
FSQ-18-E-G24q=2
FSQ-18-I-G24d=2
18
16,5
89,8 %
86,8 %
78,6 %
71,3 %
65,8 %
TC-D / DE
26
FSQ-26-E-G24q=3
FSQ-26-I-G24d=3
26
24
91,4 %
88,9 %
82,8 %
77,2 %
72,6 %
TC-T / TE
13
FSM-13-E-GX24q=1
FSM-13-I-GX24d=1
13
12,5
91,7 %
89,3 %
78,1 %
72,6 %
65,0 %
TC-T / TE
18
FSM-18-E-GX24q=2
FSM-18-I-GX24d=2
18
16,5
89,8 %
86,8 %
78,6 %
71,3 %
65,8 %
TC-T / TC-TE
26
FSM-26-E-GX24q=3
FSM-26-I-GX24d=3
26,5
24
91,4 %
88,9 %
82,8 %
77,5 %
73,0 %
TC-DD / DDE
10
FSS-10-E-GR10q
FSS-10-L/P/H-GR10q
10,5
9,5
86,4 %
82,6 %
70,4 %
68,8 %
60,5 %
TC-DD / DDE
16
FSS-16-E-GR10q
FSS-16-I-GR8
FSS-16-L/P/H-GR10q
16
15
87,0 %
83,3 %
75,0 %
72,4 %
66,1 %
TC-DD / DDE
21
FSS-21-E-GR10q
FSS-21-L/P/H-GR10q
21
19,5
89,7 %
86,7 %
78,0 %
73,9 %
68,8 %
TC-DD / DDE
28
FSS-28-E-GR10q
FSS-28-I-GR8
FSS-28-L/P/H-GR10q
28
24,5
89,1 %
86,0 %
80,3 %
78,2 %
73,9 %
TC-DD / DDE
38
FSS-38-E-GR10q
FSS-38-L/P/H-GR10q
38,5
34,5
92,0 %
89,6 %
85,2 %
84,1 %
80,4 %
TC
5
FSD-5-I-G23
FSD-5-E-2G7
5,4
5
72,7 %
66,7 %
58,8 %
49,3 %
41,4 %
TC
7
FSD-7-I-G23
FSD-7-E-2G7
7,1
6,5
77,6 %
72,2 %
65,0 %
55,7 %
47,8 %
TC
9
FSD-9-I-G23
FSD-9-E-2G7
8,7
8
78,0 %
72,7 %
66,7 %
60,3 %
52,6 %
TC
11
FSD-11-I-G23
FSD-11-E-2G7
11,8
11
83,0 %
78,6 %
73,3 %
66,7 %
59,6 %
T5
4
FD-4-E-G5-16/150
4,5
3,6
64,9 %
58,1 %
50,0 %
45,0 %
37,2 %
T5
6
FD-6-E-G5-16/225
6
5,4
71,3 %
65,1 %
58,1 %
51,8 %
43,8 %
T5
8
FD-8-E-G5-16/300
7,1
7,5
69,9 %
63,6 %
58,6 %
48,9 %
42,7 %
T5
13
FD-13-E-G5-16/525
13
12,8
84,2 %
80,0 %
75,3 %
72,6 %
65,0 %
T9-C
22
FSC-22-E-G10q-29/200
22
19
89,4 %
86,4 %
79,2 %
74,6 %
69,7 %
T9-C
32
FSC-32-E-G10q-29/300
32
30
88,9 %
85,7 %
81,1 %
80,0 %
76,0 %
T9-C
40
FSC-40-E-G10q-29/400
40
32
89,5 %
86,5 %
82,1 %
82,6 %
79,2 %
T2
6
FDH-6-L/P-W4,3x8,5d-7/220
5
72,7 %
66,7 %
58,8 %
T2
8
FDH-8-L/P-W4,3x8,5d-7/320
7,8
76,5 %
70,9 %
65,0 %
T2
11
FDH-11-L/P-W4,3x8,5d-7/420
10,8
81,8 %
77,1 %
72,0 %
T2
13
FDH-13-L/P-W4,3x8,5d-7/520
13,3
84,7 %
80,6 %
76,0 %
T2
21
FDH-21-L/P-W4,3x8,5d-7/
21
88,9 %
85,7 %
79,2 %
T2
23
FDH-23-L/P-W4,3x8,5d-7/
23
89,8 %
86,8 %
80,7 %
T5-E
14
FDH-14-G5-L/P-16/550
13,7
84,7 %
80,6 %
72,1 %
T5-E
21
FDH-21-G5-L/P-16/850
20,7
89,3 %
86,3 %
79,6 %
T5-E
24
FDH-24-G5-L/P-16/550
22,5
89,6 %
86,5 %
80,4 %
T5-E
28
FDH-28-G5-L/P-16/1150
27,8
89,8 %
86,9 %
81,8 %
T5-E
35
FDH-35-G5-L/P-16/1450
34,7
91,5 %
89,0 %
82,6 %
T5-E
39
FDH-39-G5-L/P-16/850
38
91,0 %
88,4 %
82,6 %
T5-E
49
FDH-49-G5-L/P-16/1450
49,3
91,6 %
89,2 %
84,6 %
T5-E
54
FDH-54-G5-L/P-16/1150
53,8
92,0 %
89,7 %
85,4 %
T5-E
80
FDH-80-G5-L/P-16/1150
80
93,0 %
90,9 %
87,0 %
T5-E
95
FDH-95-G5-L/P-16/1150
95
92,7 %
90,5 %
84,1 %
T5-E
120
FDH-120-G5-L/P-16/1450
120
92,5 %
90,2 %
84,5 %
T5-C
22
FSCH-22-L/P-2GX13-16/225
22,3
88,1 %
84,8 %
78,8 %
T5-C
40
FSCH-40-L/P-2GX13-16/300
39,9
91,4 %
88,9 %
83,3 %
T5-C
55
FSCH-55-L/P-2GX13-16/300
55
92,4 %
90,2 %
84,6 %
T5-C
60
FSCH-60-L/P-2GX13-16/375
60
93,0 %
90,9 %
85,7 %
TC-LE
40
FSDH-40-L/P-2G11
40
91,4 %
88,9 %
83,3 %
TC-LE
55
FSDH-55-L/P-2G11
55
92,4 %
90,2 %
84,6 %
TC-LE
80
FSDH-80-L/P-2G11
80
93,0 %
90,9 %
87,0 %
TC-TE
32
FSMH-32-L/P-2GX24q=3
32
91,4 %
88,9 %
82,1 %
TC-TE
42
FSMH-42-L/P-2GX24q=4
43
93,5 %
91,5 %
86,0 %
TC-TE
57
FSM6H-57-L/P-2GX24q=5
FSM8H-57-L/P-2GX24q=5
56
91,4 %
88,9 %
83,6 %
TC-TE
70
FSM6H-70-L/P-2GX24q=6
FSM8H-70-L/P-2GX24q=6
70
93,0 %
90,9 %
85,4 %
TC-TE
60
FSM6H-60-L/P-2G8=1
63
92,3 %
90,0 %
84,0 %
TC-TE
62
FSM8H-62-L/P-2G8=2
62
92,2 %
89,9 %
83,8 %
TC-TE
82
FSM8H-82-L/P-2G8=2
82
92,4 %
90,1 %
83,7 %
TC-TE
85
FSM6H-85-L/P-2G8=1
87
92,8 %
90,6 %
84,5 %
TC-TE
120
FSM6H-120-L/P-2G8=1
FSM8H-120-L/P-2G8=1
122
92,6 %
90,4 %
84,7 %
TC-DD
55
FSSH-55-L/P-GRY10q3
55
92,4 %
90,2 %
84,6 %”
(4)
Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied wara l-ewwel paragrafu tal-Anness IV:
“L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri ta' kejl affidabbli, akkurati u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti b'mod ġenerali, inklużi l-metodi stabbiliti f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”