European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/264

30.1.2026

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/264

tas-27 ta’ Ottubru 2025

li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2018/1645 fir-rigward tal-forma u l-kontenut ta’ applikazzjoni għar-rikonoxximent mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u fir-Regolament Delegat (UE) 2018/1646 fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni u r-reġistrazzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(9), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 34(8), it-tielet subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1645 (2) għandu l-għan li jiżgura li l-ESMA tirċievi informazzjoni uniformi u konsistenti minn amministraturi ta’ parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi li japplikaw għar-rikonoxximent fl-Unjoni. Ir-Regolament (UE) 2019/2175 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ħassar ir-referenza għall-Istat Membru ta’ referenza mill-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/1011 u ttrasferixxa l-kompetenza tar-rikonoxximent u s-superviżjoni ta’ amministraturi ta’ parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA). Biex jitqiesu dawk il-bidliet, jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament Delegat (UE) 2018/1645.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1646 (4) għandu l-għan li jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu informazzjoni uniformi u konsistenti mill-amministraturi tal-parametri referenzjarji li jinsabu fl-Unjoni li japplikaw għall-awtorizzazzjoni jew għar-reġistrazzjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji tal-UE u mhux tal-UE jiġu ttrattati fuq l-istess livell u jkunu jistgħu jiġu ssorveljati fuq l-istess bażi, huwa meħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2018/1646 jiġi allinjat ma’ kwalunkwe emenda għar-Regolament Delegat (UE) 2018/1645.

(3)

L-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolamenti Delegati (UE) 2018/1645 u (UE) 2018/1646 uriet li l-informazzjoni dwar l-għadd ta’ impjegati ta’ applikant jeħtieġ li tiġi speċifikata aktar. Sabiex jiġi evitat rapportar diverġenti fost l-applikanti u sabiex l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jkunu jistgħu jifhmu l-istruttura organizzazzjonali ta’ applikant, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat aktar li l-applikanti jenħtieġ li jirrapportaw l-informazzjoni dwar l-impjegati kollha, kemm dawk impjegati b’mod permanenti kif ukoll dawk temporanji, li huma direttament jew indirettament involuti fil-forniment ta’ parametru referenzjarju, u li l-applikanti jenħtieġ li jipprovdu ħarsa ġenerali sħiħa tal-istruttura tagħhom, inkluża ħarsa ġenerali tad-dipartimenti differenti tagħhom.

(4)

L-Artikolu 4, il-paragrafu 7 tar-Regolament (UE) 2016/1011 jirrikjedi li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jiżguraw li l-impjegati tagħhom u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom jew taħt il-kontroll tagħhom u li jkunu involuti direttament fil-forniment ta’ parametru referenzjarju jkollhom il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa għad-dmirijiet assenjati lilhom u jkunu soġġetti għal ġestjoni u superviżjoni effettivi. Sabiex jiġi żgurat li l-amministratur tal-parametru referenzjarju applikant ikun stabbilixxa, fil-mument tal-awtorizzazzjoni jew tar-reġistrazzjoni, l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4, il-paragrafu 7 tar-Regolament (UE) 2016/1011 u biex jiġu vvalutati l-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza tal-impjegati rilevanti tal-amministratur, huwa xieraq li tintalab is-sottomissjoni tal-curriculum vitae għall-membri tal-korp maniġerjali, l-impjegati responsabbli għall-funzjoni ta’ sorveljanza u għall-funzjonijiet fi ħdan il-qafas ta’ kontroll u l-funzjoni interna. Il-curriculum vitae jenħtieġ li jqis informazzjoni aġġornata dwar l-istorja tal-impjiegi u l-funzjonijiet okkupati tal-impjegati rilevanti sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-kompożizzjoni u d-diversità ġenerali tal-korp maniġerjali u l-ħiliet kollettivi, il-kwalifiki professjonali u l-esperjenza tagħhom, kif rilevanti għall-attivitajiet tal-amministratur tal-parametru referenzjarju u r-riskji li għalihom ikun espost.

(5)

L-objettiv tar-Regolament (UE) 2016/1011 huwa li jiżgura l-preċiżjoni, ir-robustezza, l-integrità u l-indipendenza tal-parametri referenzjarji u tal-proċess ta’ determinazzjoni tal-parametri referenzjarji. Għal dak l-għan, l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti biex jiġu żgurati l-integrità u l-affidabbiltà tal-persuni involuti fl-amministrazzjoni ta’ parametru referenzjarju. Dan huwa partikolarment importanti meta dawk il-persuni jkunu parti minn korpi jew iwettqu funzjonijiet li jkollhom setgħat u responsabbiltajiet speċifiċi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet jew ta’ sorveljanza u superviżorji, bħall-korp maniġerjali u l-funzjoni ta’ sorveljanza. Għaldaqstant, sabiex jiġi żgurat li l-amministratur tal-parametru referenzjarju applikant ikun stabbilixxa, fiż-żmien tal-awtorizzazzjoni jew tar-reġistrazzjoni, l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti għas-salvagwardja tal-integrità tal-korp maniġerjali u tal-funzjoni ta’ sorveljanza, huwa għalhekk meħtieġ li tiġi pprovduta awtodikjarazzjoni għal kull membru tal-korp maniġerjali u tal-funzjoni ta’ sorveljanza tal-applikant biex jiġi żgurat li dawn ikunu xierqa u joperaw b’integrità, jiggarantixxu ġestjoni effettiva u jissalvagwardjaw il-fiduċja fl-integrità u l-indipendenza tal-attività tal-parametri referenzjarji.

(6)

Jenħtieġ li l-awtodikjarazzjoni tinforma dwar in-nuqqas ta’ kundanni ta’ kwalunkwe reat kriminali u kwalunkwe proċediment ta’ natura dixxiplinarja b’rabta mal-forniment ta’ servizzi finanzjarji, imġiba ħażina jew frodi jew kwalunkwe reat fil-qasam tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu jew ta’ kwalunkwe reat ieħor li jikkonċerna l-kapaċità tagħhom li jissorveljaw il-forniment ta’ parametru referenzjarju b’integrità. F’dan ir-rigward, persuni li ġew sanzjonati b’mod partikolari għal manipulazzjoni jew tentattiv ta’ manipulazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jenħtieġ li ma jsirux membri tal-korp maniġerjali jew tal-funzjoni ta’ sorveljanza.

(7)

Sabiex l-ESMA u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw aħjar ir-riskju ta’ kunflitti ta’ interess u s-salvagwardji organizzazzjonali tal-applikant, jenħtieġ li l-applikanti jipprovdu lill-ESMA, u fejn rilevanti, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b’informazzjoni dwar kif il-forniment tal-parametri referenzjarji huwa operazzjonalment separat minn partijiet oħra tan-negozju tagħhom. Barra minn hekk, biex jiġi vvalutat jekk l-applikanti jikkonformawx mar-rekwiżiti taż-żamma tar-rekords stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2016/1011, jenħtieġ li l-applikanti jipprovdu lill-ESMA, u fejn rilevanti, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b’informazzjoni dwar il-proċessi rilevanti għaż-żamma tar-rekords tal-applikant. Fl-aħħar nett, sabiex l-ESMA u, fejn rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, ikunu jistgħu jivvalutaw jekk il-partijiet ikkonċernati jistgħux jinnotifikaw l-ilmenti lill-applikant ikkonċernat u jekk l-applikant huwiex kapaċi jevalwa tali lmenti, jenħtieġ li l-applikanti jipprovdu lill-ESMA, u fejn rilevanti, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b’informazzjoni dwar tali mekkaniżmu għat-trattament tal-ilmenti.

(8)

Sabiex jiġi żgurat li l-ESMA tkun tista’ tipproċessa l-applikazzjonijiet kollha għar-rikonoxximent li tirċievi, jenħtieġ li tali applikazzjonijiet isiru jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit ir-rappreżentant legali, jew f’waħda mil-lingwi abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.

(9)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. L-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ data personali. F’dak ir-rigward, kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u mar-rekwiżiti nazzjonali dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mill-ESMA fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(10)

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-ESMA jkunu jistgħu jivvalutaw l-applikazzjoni inizjali u jiżguraw superviżjoni kontinwa, filwaqt li jiżguraw salvagwardji xierqa, id-data personali relatata mar-reputazzjoni tajba tal-korp maniġerjali tal-amministratur tal-parametru referenzjarju applikant u tal-impjegati responsabbli għall-funzjoni ta’ sorveljanza, jew tal-membri li jwettqu l-funzjoni ta’ sorveljanza meta kumitat separat iwettaq il-funzjoni ta’ sorveljanza jenħtieġ li tinżamm mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u mill-ESMA għal mhux aktar minn ħames snin wara li dik il-persuna tkun waqfet twettaq il-funzjoni tagħha.

(11)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fil-11 ta’ Ġunju 2025.

(12)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti Delegati (UE) 2018/1645 u (UE) 2018/1646 jiġu emendati kif xieraq.

(13)

Id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, peress li jittrattaw l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’applikazzjoni għar-rikonoxximent bħala amministratur ta’ parametru referenzjarju, jew f’applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni bħala amministratur ta’ parametru referenzjarju. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet li jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex tiġi ffaċilitata perspettiva komprensiva tal-kriterji għall-partijiet ikkonċernati, u b’mod partikolari għall-ESMA u għall-awtoritajiet kompetenti, huwa meħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu inklużi f’Regolament Delegat wieħed.

(14)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-ESMA.

(15)

L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament Delegat (UE) 2018/1645

Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/1645 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Id-data personali relatata mar-reputazzjoni tajba tal-korp maniġerjali tal-amministratur ta’ parametru referenzjarju tal-applikant u tal-impjegati responsabbli għall-funzjoni ta’ sorveljanza, jew tal-membri li jwettqu l-funzjoni ta’ sorveljanza meta kumitat separat iwettaq il-funzjoni ta’ sorveljanza għandha tinżamm mill-amministraturi ta’ parametri referenzjarji applikanti u mill-ESMA sakemm ikun meħtieġ biex jiġu vvalutati l-applikazzjoni inizjali u s-superviżjoni kontinwa, kif applikabbli u mhux aktar minn ħames snin wara li dik il-persuna tkun waqfet milli twettaq il-funzjoni tagħha.”

;

(2)

l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-applikazzjoni għar-rikonoxximent għandha tiġi sottomessa f’lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit ir-rappreżentant legali.”

;

(b)

fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’din li ġejja:

“2.   L-applikazzjoni għar-rikonoxximent għandha tiġi sottomessa b’mezzi elettroniċi.”

;

(3)

jiddaħħal l-Artikolu 2 a li ġej:

“Artikolu 2a

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta għal tipi speċifiċi ta’ parametri referenzjarji

1.   Applikant li jipprovdi biss parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax għandu:

(a)

jissottometti l-informazzjoni elenkata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(b)

jispeċifika kif ir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1011 huma implimentati fejn, skont l-Artikolu 18 ta’ dak ir-Regolament, japplikaw dawk ir-rekwiżiti speċifiċi.

2.   Applikant li jipprovdi biss parametri referenzjarji tal-komoditajiet għandu:

(a)

jissottometti l-informazzjoni elenkata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(b)

jispeċifika kif ir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1011 jiġu implimentati meta, skont l-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament, japplikaw dawk ir-rekwiżiti speċifiċi.”

;

(4)

l-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi tar-Regolament Delegat (UE) 2018/1646

Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/1646 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1 jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   Id-data personali relatata mar-reputazzjoni tajba ta’ korp maniġerjali tal-amministratur tal-parametru referenzjarju tal-applikant u ta’ impjegati responsabbli għall-funzjoni ta’ sorveljanza, jew tal-membri li jwettqu l-funzjoni ta’ sorveljanza meta kumitat separat iwettaq il-funzjoni ta’ sorveljanza għandha tinżamm mill-amministraturi tal-parametri referenzjarji u mill-awtoritajiet kompetenti applikanti sakemm ikun meħtieġ biex jivvalutaw l-applikazzjoni inizjali u s-superviżjoni kontinwa, kif applikabbli, u mhux aktar minn ħames snin wara li dik il-persuna tkun waqfet milli twettaq il-funzjoni tagħha.”

;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu 1a li ġej:

“Artikolu 1a

Format tal-applikazzjoni

L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi sottomessa b’mezzi elettroniċi sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-liġi nazzjonali applikabbli. Dawk il-mezzi elettroniċi għandhom jiżguraw il-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni matul it-trażmissjoni tagħha. Kull dokument sottomess għandu jidentifika b’mod ċar għal liema rekwiżit speċifiku ta’ dan ir-Regolament jirreferi.”

;

(3)

l-Anness I jinbidel bit-test tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(4)

l-Anness II huwa sostitwit bit-test tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1011/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1645 tat-13 ta’ Lulju 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-forma u l-kontenut tal-applikazzjoni għal rikonoxximent mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza u tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni fin-notifika lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) (ĠU L 274, 5.11.2018, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/1645/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/2175 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea); ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq); ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji; ir-Regolament (UE) 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment; u r-Regolament (UE) 2015/847 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi (ĠU L 334, 27.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/2175/oj).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1646 tat-13 ta’ Lulju 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’applikazzjoni għal awtorizzazzjoni u f’applikazzjoni għar-reġistrazzjoni (ĠU L 274, 5.11.2018, p. 43, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/1646/oj).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/596/oj).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1095/oj).


ANNESS I

“ANNESS

Informazzjoni li trid tiġi provduta fl-applikazzjoni għal rikonoxximent skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/1011

TAQSIMA A

INFORMAZZJONI DWAR IL-FORNITUR U R-RAPPREŻENTANT LEGALI TIEGĦU FL-UNJONI

1.   INFORMAZZJONI ĠENERALI

(a)

l-isem sħiħ tal-applikant u l-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) tiegħu, fejn disponibbli;

(b)

indirizz tal-uffiċċju fil-pajjiż fejn jinsab;

(c)

l-istatus legali;

(d)

is-sit web, jekk hemm;

(e)

meta l-applikant ikun taħt superviżjoni fil-pajjiż terz fejn ikun jinsab, informazzjoni dwar l-istatus ta’ awtorizzazzjoni attwali tiegħu, inklużi l-attivitajiet li għalihom huwa awtorizzat, l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz u l-link għar-reġistru ta’ tali awtorità kompetenti, fejn disponibbli;

(f)

meta iktar minn awtorità waħda tkun responsabbli għas-superviżjoni, għandhom jingħataw id-dettalji tal-oqsma rispettivi ta’ dawk l-awtoritajiet;

(g)

deskrizzjoni ta’ dawk l-operazzjonijiet tal-applikant fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi li huma rilevanti għall-forniment ta’ parametri referenzjarji, flimkien ma’ deskrizzjoni ta’ fejn jitwettqu dawn l-operazzjonijiet;

(h)

meta l-applikant ikun parti minn grupp, l-istruttura tal-grupp tiegħu, flimkien maċ-ċart tas-sjieda, li turi r-rabtiet bejn kwalunkwe impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha, u mal-impriżi u s-sussidjarji li jkunu identifikati bl-isem sħiħ, l-istatus legali u l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat u l-uffiċċju prinċipali tagħhom;

(i)

awtodikjarazzjoni ta’ reputazzjoni tajba tal-applikant, inklużi d-dettalji, fejn applikabbli, ta’ xi:

(i)

proċedimenti ta’ natura dixxiplinarja b’rabta mal-forniment ta’ servizzi finanzjarji, imġiba ħażina jew frodi kontra r-rikorrent (sakemm ma jkunux ġew miċħudin);

(ii)

rifjut ta’ awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni minn awtorità finanzjarja;

(iii)

irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni minn awtorità finanzjarja;

(iv)

sejbiet negattivi ppruvati fi proċedimenti ċivili b’rabta mal-forniment ta’ servizzi finanzjarji, mġiba ħażina, jew frodi.

2.   IR-RAPPREŻENTANT LEGALI

Fir-rigward tar-rappreżentant legali msemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) 2016/1011:

(a)

l-isem sħiħ;

(b)

it-titolu, f’każ ta’ persuna fiżika, jew l-istatus legali, f’każ ta’ persuna ġuridika;

(c)

fil-każ ta’ persuna ġuridika, l-att ta’ inkorporazzjoni, l-artikoli ta’ assoċjazzjoni jew dokumenti kostituzzjonali oħra;

(d)

jekk ir-rappreżentant legali huwiex taħt superviżjoni minn awtorità superviżorja;

(e)

l-indirizz;

(f)

l-indirizz tal-posta elettronika;

(g)

in-numru tat-telefown;

(h)

kopja tal-ħatra biex jaġixxi bħala rappreżentant legali, kif imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) 2016/1011;

(i)

dettalji dwar il-prestazzjoni tal-funzjoni ta’ sorveljanza mir-rappreżentant legali relatata mal-forniment ta’ parametri referenzjarji li jistgħu jintużaw fl-Unjoni;

(j)

l-isem, it-titolu, l-indirizz, l-indirizz elettroniku u n-numru tat-telefon ta’ persuna ta’ kuntatt fi ħdan ir-rappreżentant legali, fejn applikabbli.

3.   STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI U GOVERNANZA

(a)

l-istruttura organizzazzjonali interna, kif imsemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011 u speċifikata ulterjorment fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1350 (1), fir-rigward tal-bord tad-diretturi, il-kumitati tal-maniġment superjuri, il-funzjoni ta’ sorveljanza u kwalunkwe korp intern ieħor li jeżerċita funzjonijiet maniġerjali sinifikanti u li huwa involut fil-forniment ta’ parametru referenzjarju, inkluż:

(i)

It-termini tar-referenza tagħhom, jew taqsira ta’ dawn;

(ii)

l-aderenza ma’ kodiċijiet ta’ governanza jew dispożizzjonijiet simili li jista’ jkun hemm;

(b)

deskrizzjoni tal-proċeduri biex jiġi żgurat li l-impjegati tal-applikant u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu jew taħt il-kontroll tiegħu u li jkunu involuti direttament fil-forniment ta’ parametru referenzjarju jkollhom il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa għad-dmirijiet assenjati lilhom u jikkonformaw mal-Artikolu 4(7), il-punti (b) sa (e), tar-Regolament (UE) 2016/1011;

(c)

l-għadd ta’ impjegati (temporanji u permanenti) għal kull funzjoni li huma direttament jew indirettament involuti fil-forniment ta’ parametru referenzjarju;

(d)

il-curriculum vitae, inkluża l-istorja tal-impjiegi bid-dati rilevanti, l-identifikazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-passat u deskrizzjoni tal-funzjonijiet okkupati, għal kull waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

il-membri tal-korp maniġerjali;

(ii)

l-impjegati responsabbli għall-funzjoni ta’ sorveljanza jew il-membri li jwettqu l-funzjoni ta’ sorveljanza f’każ li l-funzjoni ta’ sorveljanza titwettaq minn kumitat separat;

(iii)

l-impjegati responsabbli għall-funzjonijiet fil-qafas ta’ kontroll imsemmi fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2016/1011 u għall-funzjoni interna msemmija fl-Artikolu 7(2) ta’ dak ir-Regolament;

(e)

fir-rigward ta’ kull membru tal-korp maniġerjali tal-applikant u impjegati responsabbli għall-funzjoni ta’ sorveljanza jew membri li jwettqu l-funzjoni ta’ sorveljanza f’każ li l-funzjoni ta’ sorveljanza titwettaq minn kumitat separat, l-informazzjoni li ġejja:

(i)

awtodikjarazzjoni dwar jekk il-persuna kkonċernata:

(1)

instabitx ħatja għal xi reat kriminali, jew prova tan-nuqqas ta’ rekords kriminali msemmija fil-punt (ii)

(2)

kinetx soġġetta, jew jekk ġietx innotifikata b’xi proċediment ta’ natura dixxiplinarja b’rabta mal-forniment ta’ servizzi finanzjarji, imġiba ħażina jew frodi miġjuba minn korp regolatorju jew ta’ natura kriminali;

(3)

kinetx is-suġġett ta’ sejba negattiva fi proċeduri ċivili b’konnessjoni mal-provvediment ta’ servizzi finanzjarji, imġiba ħażina, frodi jew l-immaniġġjar ta’ entità legali;

(4)

kinetx irrifjutata d-dritt li twettaq attivitajiet li jeħtieġu reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni minn korp regolatorju jew li ġiet investigata jew sospiża minn korp regolatorju;

(5)

kinetx skwalifikata milli taġixxi f’xi kapaċità maniġerjali, jew tkeċċiet mill-impjieg jew minn ħatra oħra f’impriża bħala konsegwenza ta’ allegazzjonijiet ta’ mġiba ħażina jew prattika ħażina.

(ii)

fin-nuqqas ta’ awtodikjarazzjoni mill-applikant, prova tan-nuqqas ta’ rekords kriminali reċenti għall-ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu, forniment ta’ servizzi finanzjarji jew servizzi ta’ data, atti ta’ frodi jew approprjazzjoni indebita mill-pajjiż ta’ oriġini tal-persuna kkonċernata.

4.   KUNFLITTI TA’ INTERESS

(a)

politiki u proċeduri li jindirizzaw:

(i)

kif il-kunflitti ta’ interess attwali u potenzjali huma jew se jiġu identifikati, irreġistrati, ġestiti, mitigati, evitati, jew rimedjati filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (UE) 2016/1011;

(ii)

ċirkostanzi partikolari li japplikaw għall-applikant jew għal xi parametru referenzjarju partikolari pprovdut mill-applikant u li jista’ jintuża fl-Unjoni, li fir-rigward tagħhom x’aktarx li jinħolqu kunflitti ta’ interess, inklużi:

(1)

meta jiġi eżerċitat ġudizzju espert jew diskrezzjoni fil-proċess ta’ determinazzjoni tal-parametru referenzjarju;

(2)

meta l-applikant ikun fi ħdan l-istess grupp bħal utent ta’ parametru referenzjarju;

(3)

meta l-applikant ikun parteċipant fis-suq jew fir-realtà ekonomika li l-parametru referenzjarju jkun biħsiebu jkejjel;

(iii)

kif il-forniment tal-parametri referenzjarji huwa separat operazzjonalment kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2016/1011, sakemm l-applikant ma jkunx għażel li ma japplikax dak ir-rekwiżit fir-rigward tal-parametri referenzjarji sinifikanti tiegħu kif previst fl-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament;

(b)

għal parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji, lista ta’ xi kunflitt ta’ interess materjali attwali jew potenzjali identifikat, flimkien mal-miżuri ta’ mitigazzjoni rispettivi;

(c)

l-istruttura tal-politika ta’ remunerazzjoni, li tispeċifika l-kriterji użati biex tiġi ddeterminata r-remunerazzjoni tal-persuni involuti direttament jew indirettament fl-attività tal-forniment tal-parametri referenzjarji.

5.   STRUTTURA TA’ KONTROLL INTERN, QAFAS TA’ SORVELJANZA U RESPONSABBILTÀ

(a)

politiki u proċeduri għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-forniment ta’ parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji, inklużi dawk relatati ma’:

(i)

il-kostituzzjoni, ir-rwol u l-funzjonament tal-funzjoni ta’ sorveljanza, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1011 u speċifikati ulterjorment fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1637 (2), jew il-prinċipji korrispondenti dwar il-parametri referenzjarji finanzjarji miftiehma mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) fis-17 ta’ Lulju 2013 (“il-prinċipji IOSCO għall-parametri referenzjarji finanzjarji”), jew il-Prinċipji għall-Aġenziji tar-Rappurtar tal-Prezzijiet taż-Żejt miftiehma mill-IOSCO fil-5 ta’ Ottubru 2012 (“il-prinċipji IOSCO għall-PRAs”), kif applikabbli, inkluża deskrizzjoni tal-proċeduri għall-ħatra, is-sostituzzjoni jew it-tneħħija ta’ individwi fil-funzjoni ta’ sorveljanza;

(ii)

il-kostituzzjoni, ir-rwol u l-funzjonament tal-qafas ta’ kontroll, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/1011, jew il-Prinċipji IOSCO korrispondenti għall-parametri referenzjarji finanzjarji jew għall-PRAs, kif applikabbli;

(iii)

il-qafas ta’ responsabbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/1011 jew il-Prinċipji IOSCO korrispondenti għall-parametri referenzjarji finanzjarji jew għall-PRAs, kif applikabbli;

(iv)

l-obbligi taż-żamma tar-rekords kif imsemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2016/1011;

(v)

il-mekkaniżmu għat-trattament tal-ilmenti kif imsemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/1011;

(b)

deskrizzjoni tal-proċeduri għar-rapportar intern tal-ksur tar-Regolament (UE) 2016/1011 mill-maniġers, l-impjegati, u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-applikant jew taħt il-kontroll tal-applikant, kif imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/1011 u speċifikat aktar fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1351 (3).

6.   ESTERNALIZZAZZJONI

Meta kwalunkwe attività li tifforma parti mill-proċess għall-forniment ta’ parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji tiġi esternalizzata, deskrizzjoni tal-politiki, il-proċeduri u l-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni rilevanti, inklużi ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz, li juru konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/1011 jew mal-Prinċipji IOSCO korrispondenti għall-parametri referenzjarji finanzjarji jew għall-PRAs, kif applikabbli.

7.   KONFORMITÀ MAL-PRINĊIPJI IOSCO

(a)

meta disponibbli, valutazzjoni minn awditur estern indipendenti dwar il-konformità mal-prinċipji għall-parametri referenzjarji finanzjarji maqbula mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) fis-17 ta’ Lulju 2013 jew il-Prinċipji għall-Aġenziji tar-Rappurtar tal-Prezzijiet taż-Żejt miftiehma mill-IOSCO fil-5 ta’ Ottubru 2012, kif applikabbli;

(b)

fejn disponibbli, meta l-applikant ikun soġġett għal superviżjoni, ċertifikazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz fejn ikun jinsab l-applikant, li tiċċertifika l-konformità mal-prinċipji IOSCO msemmija fil-punt (a).

8.   INFORMAZZJONI OĦRA

L-applikant jista’ jipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-applikazzjoni tiegħu li huwa jqis xierqa b’mod u forma stipulati mill-ESMA.

TAQSIMA B

INFORMAZZJONI DWAR IL-PARAMETRI REFERENZJARJI FIL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

9.   DESKRIZZJONI TAL-PARAMETRI REFERENZJARJI JEW TAL-FAMILJA TA’ PARAMETRI REFERENZJARJI ATTWALI JEW PROSPETTIVI LI JISTGĦU JINTUŻAW FL-UNJONI

(a)

lista li tinkludi l-parametri referenzjarji kollha pprovduti mill-applikant li diġà jintużaw fl-Unjoni jew, fejn magħrufa fir-rigward tal-Parametri Referenzjarji Allinjati ma’ Pariġi, il-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika u l-parametri referenzjarji tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1011, huma maħsuba biex jiġu kkummerċjalizzati għall-użu tagħhom fl-Unjoni u, fejn disponibbli, in-Numri Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISINs) tagħhom;

(b)

deskrizzjoni tal-parametru referenzjarju jew tal-familja ta’ parametri referenzjarji pprovduti u li diġà jintużaw fl-Unjoni jew, fejn magħrufa fir-rigward tal-Parametri Referenzjarji Allinjati ma’ Pariġi, il-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika u l-parametri referenzjarji tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1011, huma maħsuba biex jiġu kkummerċjalizzati għall-użu tagħhom fl-Unjoni, inkluża deskrizzjoni tas-suq sottostanti jew tar-realtà ekonomika li l-parametru referenzjarju jew il-familja ta’ parametri referenzjarji huma maħsuba li jkejlu, flimkien ma’ indikazzjoni tas-sorsi użati biex jiġu pprovduti dawk id-deskrizzjonijiet, u deskrizzjoni tal-kontributuri, jekk ikun hemm, għal dak il-parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji;

(c)

kwalunkwe evidenza dokumentata li parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji msemmija fil-punt (b) jistgħu jitqiesu bħala parametri referenzjarji ta’ data regolata u għalhekk huma intitolati għall-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011;

(d)

kwalunkwe evidenza dokumentata li parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji msemmija fil-punt (b) jistgħu jitqiesu bħala parametru referenzjarju tal-komoditajiet, u li mhumiex ibbażati fuq sottomissjonijiet minn kontributuri li l-maġġoranza tagħhom huma entitajiet taħt superviżjoni, flimkien ma’ kull evidenza tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tar-reġim speċjali kif stabbilit fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/1011 u l-Anness II ta’ dak ir-Regolament jew il-Prinċipji IOSCO korrispondenti għall-PRAs;

(e)

kwalunkwe evidenza dokumentata fejn parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji msemmija fil-punt (b) tista’ titqies bħala parametru referenzjarju ta’ rata tal-imgħax, flimkien ma’ kwalunkwe evidenza tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tar-reġim speċjali kif stabbilit fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1011 u fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament;

(f)

kwalunkwe evidenza dokumentata li parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji msemmija fil-punt (b) jintużaw fit-territorju tal-Unjoni;

(g)

ir-raġunament wara l-applikazzjoni ta’ xi waħda mill-eżenzjonijiet għal parametri referenzjarji sinifikanti stabbiliti fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tal-parametru referenzjarju;

(h)

Informazzjoni dwar miżuri li jittrattaw korrezzjonijiet għad-determinazzjoni jew il-pubblikazzjoni ta’ parametri referenzjarji.

(i)

informazzjoni dwar il-proċedura li għandha titwettaq mill-applikant fil-każ ta’ bidliet jew waqfien ta’ parametru referenzjarju, kif imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011, jew kif imsemmi fil-Prinċipji IOSCO korrispondenti għall-parametri referenzjarji finanzjarji jew għall-PRAs, kif applikabbli;

(j)

id-dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju għal kull parametru referenzjarju jew, fejn applikabbli, għal kull familja ta’ parametri referenzjarji, kif imsemmi fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2016/1011 u speċifikat aktar fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1643 (4).

Għall-finijiet tal-punt (f), l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta għandha tinkludi stima, sa fejn jaf l-applikant, tal-użu tal-parametri referenzjarji direttament jew indirettament fi ħdan kombinazzjoni ta’ parametri referenzjarji bħala referenza għal strumenti finanzjarji jew kuntratti finanzjarji jew għall-kejl tal-prestazzjoni tal-investimenti. Dik l-istima għandha tiġi ddeterminata, sa fejn ikun possibbli, abbażi tal-Artikoli 1, 2 u 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/66 (5) dwar il-valutazzjoni ta’:

(a)

l-ammont nominali tal-istrumenti finanzjarji għajr id-derivattivi;

(b)

l-ammont nozzjonali ta’ derivattivi;

(c)

il-valur nett tal-assi ta’ fondi ta’ investiment li jagħmlu referenza għall-parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi, fl-Unjoni, inkluż fil-każ ta’ referenza indiretta għal kwalunkwe parametru referenzjarju bħal dan f’kombinazzjoni ta’ parametri referenzjarji.

Għall-finijiet tal-punt (g), l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata, sa fejn ikun possibbli, abbażi tal-format stabbilit bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1106 (6).

10.   DATA TAL-INPUT U METODOLOĠIJA

(a)

għal kull parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji, deskrizzjoni tal-politiki u tal-proċeduri fir-rigward tar-rekwiżiti tad-data tal-input stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2016/1011 u speċifikati ulterjorment fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1638 (7);

(b)

Għal kull parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji, fir-rigward tal-metodoloġija:

(i)

kwalunkwe evidenza dokumentata li l-metodoloġija użata għad-determinazzjoni ta’ parametru referenzjarju tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/1011 u speċifikati aktar fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1352 (8);

(ii)

kwalunkwe evidenza dokumentata li l-applikant jiżviluppa, jopera u jamministra l-parametru referenzjarju u l-metodoloġija b’mod trasparenti f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/1011, kif speċifikat aktar fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1641.

”.

(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1350 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti biex jiġi żgurat li l-arranġamenti ta’ governanza ta’ amministratur ikunu b’saħħithom (ĠU L 291, 13.8.2021, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1350/oj).

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1637 tat-13 ta’ Lulju 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-proċeduri u l-karatteristiċi tal-funzjoni ta’ sorveljanza (ĠU L 274, 5.11.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/1637/oj).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1351 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-karatteristiċi tas-sistemi u l-kontrolli għall-identifikazzjoni u r-rappurtar ta’ kwalunkwe mġiba li tista’ tinvolvi l-manipulazzjoni jew it-tentattiv ta’ manipulazzjoni ta’ parametru referenzjarju (ĠU L 291, 13.8.2021, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1351/oj).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1643 tat-13 ta’ Lulju 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar il-kontenut ta’, u każijiet fejn aġġornamenti huma meħtieġa, id-dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju li għandu jkun ippubblikat minn amministratur ta’ parametru referenzjarju (ĠU L 274, 5.11.2018, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/1643/oj).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/66 tad-29 ta’ Settembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jispeċifika kif l-ammont nominali tal-istrumenti finanzjarji għajr id-derivattivi, l-ammont nozzjonali tad-derivattivi u l-valur nett tal-assi tal-fondi ta’ investiment għandhom jiġu vvalutati (ĠU L 12, 17.1.2018, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/66/oj).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1106 tat-8 ta’ Awwissu 2018 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-mudelli għad-dikjarazzjoni ta’ konformità li għandhom jiġu ppubblikati u miżmuma minn amministraturi ta’ parametri referenzjarji sinifikanti u mhux sinifikanti skont ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, 9.8.2018, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1106/oj).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1638 tat-13 ta’ Lulju 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar kif jista’ jiġi żgurat li d-data tal-input tkun adegwata u verifikabbli, kif ukoll tal-proċeduri interni ta’ sorveljanza u verifika ta’ kontributur li l-amministratur ta’ parametru referenzjarju sinifikanti jew kritiku għandu jiżgura li jkunu fis-seħħ meta d-data tal-input tiġi kkontribwita minn funzjoni ta’ uffiċċju tan-negozjar (ĠU L 274, 5.11.2018, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/1638/oj).

(8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1352 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-metodoloġija biex ikun determinat parametru referenzjarju tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kwalità (ĠU L 291, 13.8.2021, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1352/oj).


ANNESS II

“ANNESS I

Informazzjoni li trid tingħata f’applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2016/1011

1.   INFORMAZZJONI ĠENERALI

(a)

l-isem sħiħ tal-applikant u l-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) tiegħu, fejn disponibbli;

(b)

indirizz tal-uffiċċju fl-Unjoni;

(c)

l-istatus legali;

(d)

is-sit web, jekk ikun hemm;

(e)

fir-rigward tal-persuna ta’ kuntatt għall-finijiet tal-applikazzjoni:

(i)

l-isem;

(ii)

it-titolu;

(iii)

l-indirizz;

(iv)

l-indirizz tal-posta elettronika;

(v)

in-numru tat-telefown;

(f)

meta l-applikant ikun entità taħt superviżjoni, l-informazzjoni dwar l-istatus attwali ta’ awtorizzazzjoni tiegħu, inklużi l-attivitajiet li għalihom huwa awtorizzat u l-awtorità kompetenti rilevanti tiegħu fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu;

(g)

deskrizzjoni tal-operat tal-applikant fl-Unjoni, kemm jekk ikun kif ukoll jekk ma jkunx soġġett għal regolamentazzjoni finanzjarja, li jkunu rilevanti għall-attività tal-forniment ta’ parametri referenzjarji, flimkien ma’ deskrizzjoni ta’ fejn jitwettqu dawk l-operazzjonijiet;

(h)

kwalunkwe att ta’ inkorporazzjoni, artikoli ta’ assoċjazzjoni, jew dokumenti kostituzzjonali oħra;

(i)

meta l-applikant ikun parti minn grupp, l-istruttura tal-grupp tiegħu, flimkien maċ-ċart tas-sjieda, li turi r-rabtiet bejn kwalunkwe impriża prinċipali u sussidjarja, mal-impriżi u s-sussidjarji murija fit-tabella identifikata bl-isem sħiħ, l-istatus legali u l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat u l-uffiċċju prinċipali tagħhom;

(j)

awtodikjarazzjoni ta’ reputazzjoni tajba inklużi dettalji, fejn applikabbli, ta’ kull:

(i)

proċedimenti ta’ natura dixxiplinarja b’rabta mal-forniment ta’ servizzi finanzjarji, imġiba ħażina jew frodi kontra r-rikorrent (sakemm ma jkunux ġew miċħudin);

(ii)

rifjut ta’ awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni minn awtorità finanzjarja;

(iii)

irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni minn awtorità finanzjarja;

(iv)

sejbiet negattivi fi proċedimenti ċivili b’rabta mal-forniment ta’ servizzi finanzjarji, mġiba ħażina, jew frodi;

(k)

għadd ta’ parametri referenzjarji pprovduti.

2.   STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI U GOVERNANZA

(a)

l-istruttura organizzazzjonali interna fir-rigward tal-bord tad-diretturi, il-kumitati tal-maniġment superjuri, il-funzjoni ta’ sorveljanza, u kwalunkwe korp intern ieħor li jeżerċita funzjonijiet maniġerjali sinifikanti involut fil-forniment ta’ parametru referenzjarju kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011 u kif speċifikat aktar fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1350 (1), inklużi:

(i)

it-termini tar-referenza tagħhom, jew taqsira ta’ dawn;

(ii)

l-aderenza ma’ kodiċijiet ta’ governanza jew dispożizzjonijiet simili li jista’ jkun hemm;

(b)

deskrizzjoni tal-proċeduri biex jiġi żgurat li l-impjegati tal-amministratur u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu jew taħt il-kontroll tiegħu u li jkunu involuti direttament fil-forniment ta’ parametru referenzjarju jkollhom il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa għad-dmirijiet assenjati lilhom u jikkonformaw mal-Artikolu 4(7), il-punti (b) sa (e), tar-Regolament (UE) 2016/1011;

(c)

l-għadd ta’ impjegati (temporanji u permanenti) għal kull funzjoni li huma direttament jew indirettament involuti fil-forniment ta’ parametru referenzjarju;

(d)

il-curriculum vitae, inkluża l-istorja tal-impjiegi bid-dati rilevanti, l-identifikazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-passat u deskrizzjoni tal-funzjonijiet okkupati, għal kull waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

il-membri tal-korp maniġerjali;

(ii)

impjegati responsabbli għall-funzjoni ta’ sorveljanza jew membri li jwettqu l-funzjoni ta’ sorveljanza f’każ li l-funzjoni ta’ sorveljanza titwettaq minn kumitat separat;

(iii)

impjegati responsabbli għall-funzjonijiet fil-qafas ta’ kontroll skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2016/1011 u għall-funzjoni interna msemmija fl-Artikolu 7(2) ta’ dak ir-Regolament;

(e)

fir-rigward ta’ kull membru tal-korp maniġerjali tal-applikant u impjegati responsabbli għall-funzjoni ta’ sorveljanza jew membri li jwettqu l-funzjoni ta’ sorveljanza f’każ li l-funzjoni ta’ sorveljanza titwettaq minn kumitat separat, l-informazzjoni li ġejja:

(i)

prova tan-nuqqas ta’ rekords kriminali reċenti għall-ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu, forniment ta’ servizzi finanzjarji jew servizzi ta’ data, atti ta’ frodi jew approprjazzjoni indebita mill-pajjiż ta’ oriġini tal-persuna kkonċernata, sakemm l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti ma joħorġux tali fajl f’liema każ għandha tiġi pprovduta awtodikjarazzjoni;

(ii)

awtodikjarazzjoni dwar jekk il-persuna rilevanti taqax taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(1)

jekk instabitx ħatja għal xi reat kriminali, sakemm ma tiġix provduta prova ta’ nuqqas ta’ rekords kriminali msemmija fil-punt (i);

(2)

jekk kinetx soġġetta, jew jekk ġietx innotifikata b’xi proċedimenti ta’ natura dixxiplinarja b’rabta mal-forniment ta’ servizzi finanzjarji, imġiba ħażina jew frodi miġjuba minn korp regolatorju jew ta’ natura kriminali;

(3)

jekk kinetx is-suġġett ta’ sejba negattiva fi proċeduri ċivili b’konnessjoni mal-provvediment ta’ servizzi finanzjarji, imġiba ħażina, frodi jew l-immaniġġjar ta’ entità legali;

(4)

jekk kinetx irrifjutata d-dritt li twettaq attivitajiet li jeħtieġu reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni minn korp regolatorju jew li ġiet investigata jew sospiża minn korp regolatorju;

(5)

jekk kinetx skwalifikata milli taġixxi f’xi kapaċità maniġerjali, jew tkeċċiet mill-impjieg jew minn ħatra oħra f’impriża, bħala konsegwenza ta’ allegazzjonijiet ta’ mġiba ħażina jew prattika ħażina.

3.   KUNFLITTI TA’ INTERESS

(a)

Deskrizzjoni tal-politiki u l-proċeduri li jindirizzaw:

(i)

kif il-kunflitti ta’ interess attwali u potenzjali huma jew se jiġu identifikati, irreġistrati, ġestiti, mitigati, evitati, jew rimedjati, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (UE) 2016/1011;

(ii)

ċirkostanzi partikolari li japplikaw għall-applikant jew għal xi parametru referenzjarju partikolari pprovdut mill-applikant li fir-rigward tiegħu x’aktarx li jinħolqu kunflitti ta’ interess, inklużi:

(1)

fejn jiġi eżerċitat ġudizzju espert jew diskrezzjoni fil-proċess ta’ determinazzjoni tal-parametru referenzjarju;

(2)

fejn l-applikant ikun fi ħdan l-istess grupp bħal utent ta’ parametru referenzjarju;

(3)

meta l-applikant ikun parteċipant fis-suq jew fir-realtà ekonomika li l-parametru referenzjarju jkun biħsiebu jkejjel.

(iii)

kif il-forniment tal-parametri referenzjarji huwa operazzjonalment separat minn kwalunkwe parti tan-negozju tal-applikant li tista’ toħloq kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2016/1011, sakemm l-applikant ma jkunx għażel li ma japplikax dak ir-rekwiżit fir-rigward tal-parametri referenzjarji sinifikanti tiegħu, kif previst fl-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament;

(b)

għal parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji, lista ta’ xi kunflitt ta’ interess materjali attwali jew potenzjali identifikat, flimkien mal-miżuri ta’ mitigazzjoni rispettivi;

(c)

l-istruttura tal-politika ta’ remunerazzjoni, li tispeċifika l-kriterji użati biex tiġi ddeterminata r-remunerazzjoni tal-persuni involuti direttament jew indirettament fl-attività tal-forniment tal-parametri referenzjarji.

4.   STRUTTURA TA’ KONTROLL INTERN, QAFAS TA’ SORVELJANZA U RESPONSABBILTÀ

(a)

deskrizzjoni ta’ politiki u proċeduri għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-forniment ta’ parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji, inklużi dawk relatati ma’:

(i)

il-kostituzzjoni, ir-rwol u l-funzjonament tal-funzjoni ta’ sorveljanza, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1011 u kif speċifikat ulterjorment fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1637 (2), inklużi l-proċeduri għall-ħatra, is-sostituzzjoni jew it-tneħħija ta’ individwi fil-funzjoni ta’ sorveljanza;

(ii)

il-kostituzzjoni, ir-rwol u l-funzjonament tal-qafas ta’ kontroll imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/1011, inklużi l-proċeduri għall-ħatra, is-sostituzzjoni jew it-tneħħija ta’ individwi responsabbli għal dak il-qafas;

(iii)

il-qafas ta’ responsabbiltà msemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/1011;

(iv)

l-obbligi taż-żamma tar-rekords imsemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2016/1011;

(v)

il-mekkaniżmu għat-trattament tal-ilmenti msemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/1011;

(b)

deskrizzjoni tal-proċeduri għar-rapportar intern tal-ksur tar-Regolament (UE) 2016/1011 mill-maniġers, l-impjegati u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-applikant jew taħt il-kontroll tal-applikant kif imsemmi fl-Artikolu 14 ta’ dak ir-Regolament u kif speċifikat ulterjorment fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1351 (3).

5.   DESKRIZZJONI TAL-PARAMETRI REFERENZJARJI FIL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI JEW TAL-FAMILJI TA’ PARAMETRI REFERENZJARJI FIL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI PPROVDUTI

(a)

deskrizzjoni ta’ parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji fornuti jew, fejn magħruf, fir-rigward tal-Parametri Referenzjarji Allinjati ma’ Pariġi, il-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika u l-parametri referenzjarji tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1011, li l-applikant biħsiebu jipprovdi u t-tip ta’ parametru referenzjarju, inkluża stima tal-użu tal-parametri referenzjarji direttament jew indirettament f’kombinazzjoni ta’ parametri referenzjarji bħala referenza għal strumenti finanzjarji jew kuntratti finanzjarji jew għall-kejl tal-prestazzjoni tal-investimenti, sa fejn jaf l-applikant u filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/1011 u tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/66 (4), flimkien ma’ indikazzjoni tas-sorsi użati biex jiġi ddeterminat it-tip tal-parametru referenzjarju;

(b)

deskrizzjoni tas-suq sottostanti jew ir-realtà ekonomika li l-parametru referenzjarju jew il-familja ta’ parametri referenzjarji huma intiżi li jkejlu, flimkien ma’ indikazzjoni tas-sorsi użati biex tingħata din id-deskrizzjoni;

(c)

deskrizzjoni tal-kontributuri għal parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji, flimkien ma’:

(i)

il-kodiċi ta’ kondotta msemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2016/1011;

(ii)

għall-parametri referenzjarji ta’ importanza kritika, l-isem u l-post tal-kontributuri;

(d)

informazzjoni dwar miżuri biex jindirizzaw korrezzjonijiet fid-determinazzjoni jew il-pubblikazzjoni ta’ parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji;

(e)

informazzjoni dwar il-proċedura li għandha titwettaq mill-amministratur fil-każ ta’ bidliet jew waqfien ta’ parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji, kif imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011;

(f)

lista li tinkludi l-parametri referenzjarji kollha pprovduti mill-applikant li diġà qed jintużaw fl-Unjoni u, fejn disponibbli, in-Numri Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli, (International Securities Identification Numbers, ISINs).

(g)

id-dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju għal kull parametru referenzjarju jew, fejn applikabbli, għal kull familja ta’ parametri referenzjarji, kif imsemmi fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2016/1011, u kif speċifikat ulterjorment fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1643 (5);

(h)

għal parametri referenzjarji sinifikanti, ir-raġunament wara l-applikazzjoni mill-amministratur ta’ xi waħda mill-eżenzjonijiet elenkati fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011.

Għall-finijiet tal-punt (h), l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata, sa fejn ikun possibbli, abbażi tal-format stabbilit bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1348 (6).

6.   DATA TAL-INPUT U METODOLOĠIJA

(a)

għal kull parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji fil-kamp ta’ applikazzjoni, deskrizzjoni tal-politiki u l-proċeduri għall-konformità mar-rekwiżiti tad-data tal-input stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2016/1011 u speċifikati aktar fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1638 (7);

(b)

għal kull parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji fil-kamp ta’ applikazzjoni, fir-rigward tal-metodoloġija:

(i)

kwalunkwe evidenza dokumentata li l-metodoloġija użata għad-determinazzjoni ta’ parametru referenzjarju tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/1011 u speċifikati ulterjorment fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1352 (8);

(ii)

kwalunkwe evidenza dokumentata li l-amministratur jiżviluppa, jopera u jamministra l-parametru referenzjarju u l-metodoloġija b’mod trasparenti f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/1011 u kif speċifikat ulterjorment fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1641 (9)”.

7.   ESTERNALIZZAZZJONI

Meta kwalunkwe attività li tifforma parti mill-proċess għall-forniment ta’ parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1011 tiġi esternalizzata, deskrizzjoni tal-politiki, il-proċeduri u l-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni rilevanti, inklużi ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz, biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/1011.

”.

(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1350 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti biex jiġi żgurat li l-arranġamenti ta’ governanza ta’ amministratur ikunu b’saħħithom (ĠU L 291, 13.8.2021, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1350/oj).

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1637 tat-13 ta’ Lulju 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-proċeduri u l-karatteristiċi tal-funzjoni ta’ sorveljanza (ĠU L 274, 5.11.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/1637/oj).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1351 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-karatteristiċi tas-sistemi u l-kontrolli għall-identifikazzjoni u r-rappurtar ta’ kwalunkwe mġiba li tista’ tinvolvi l-manipulazzjoni jew it-tentattiv ta’ manipulazzjoni ta’ parametru referenzjarju (ĠU L 291, 13.8.2021, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1351/oj).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/66 tad-29 ta’ Settembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jispeċifika kif l-ammont nominali tal-istrumenti finanzjarji għajr id-derivattivi, l-ammont nozzjonali tad-derivattivi u l-valur nett tal-assi tal-fondi ta’ investiment għandhom jiġu vvalutati (ĠU L 12, 17.1.2018, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/66/oj).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1643 tat-13 ta’ Lulju 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar il-kontenut ta’, u każijiet fejn aġġornamenti huma meħtieġa, id-dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju li għandu jkun ippubblikat minn amministratur ta’ parametru referenzjarju (ĠU L 274, 5.11.2018, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/1643/oj).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1348 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li abbażi tagħhom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu bidliet fid-dikjarazzjoni ta’ konformità ta’ parametri referenzjarji mhux sinifikanti (ĠU L 291, 13.8.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1348/oj).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1638 tat-13 ta’ Lulju 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar kif jista’ jiġi żgurat li d-data tal-input tkun adegwata u verifikabbli, kif ukoll tal-proċeduri interni ta’ sorveljanza u verifika ta’ kontributur li l-amministratur ta’ parametru referenzjarju sinifikanti jew kritiku għandu jiżgura li jkunu fis-seħħ meta d-data tal-input tiġi kkontribwita minn funzjoni ta’ uffiċċju tan-negozjar (ĠU L 274, 5.11.2018, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/1638/oj).

(8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1352 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-metodoloġija biex ikun determinat parametru referenzjarju tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kwalità (ĠU L 291, 13.8.2021, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1352/oj).

(9)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1641 tat-13 ta’ Lulju 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ulterjorment l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn amministraturi ta’ parametri referenzjarji kritiċi jew sinifikanti dwar il-metodoloġija użata biex jiġi ddeterminat il-parametru referenzjarju, ir-rieżami u l-approvazzjoni interni tal-metodoloġija u dwar il-proċeduri biex isiru bidliet materjali fil-metodoloġija (ĠU L 274, 5.11.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/1641/oj).


ANNESS III

“ANNESS II

Informazzjoni li trid tingħata f’applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2016/1011

“A” tfisser “Applikabbli”

“N/A” tfisser “Mhux applikabbli”

Entrata fl-Anness I

Entitajiet taħt superviżjoni li jipprovdu biss parametri referenzjarji mhux ta’ importanza kritika

(1)

Informazzjoni ġenerali

1(a)

L-isem sħiħ

A

1(b)

Indirizz

A

1(c)

Status legali

A

1(d)

Sit web

A

1(e)

Persuna ta’ kuntatt

A

1(f)

Status ta’ awtorizzazzjoni attwali

A (1)

1(g)

Operazzjonijiet imwettqa

A (1)

1(h)

Dokumenti kostituzzjonali

A (1)

1(i)

Struttura tal-grupp

A (1)

1(j)

Awtodikjarazzjoni ta’ reputazzjoni tajba

A (1)

1(k)

Għadd ta’parametri referenzjarji

A

(2)

Struttura organizzazzjonali u governanza

2(a)

Struttura organizzazzjonali interna

A

2(b)

Proċeduri ta’ HR

A

2(c)

Numru ta’ impjegati

A

2(d)

Curriculum Vitae

A

2(e)

Fajls ta’ rekords kriminali u awtodikjarazzjonijiet ta’ reputazzjoni tajba

A

(3)

Kunflitti ta interess

3(a)

Politiki u proċeduri

A (2)

3(b)

Kunflitti ta’ interess materjali

A

3(c)

Struttura ta’ remunerazzjoni

A

(4)

Struttura ta’ kontroll intern, qafas ta’ sorveljanza u responsabbiltà

4(a)

Politiki u proċeduri għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-forniment ta’ parametru referenzjarju

A

4(b)

Rappurtar intern ta’ ksur

A

(5)

Deskrizzjoni tal-parametri referenzjarji pprovduti

5(a)

Deskrizzjoni

A

5(b)

Suq sottostanti

A

5(c)

Kontributuri

A

5(d)

Korrezzjonijiet

A

5(e)

Bidliet jew tmiem

A

5(f)

Lista ta’ parametri referenzjarji

A

5(g)

Dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju

A

5(h)

Eżenzjonijiet

A

(6)

Data tal-input u metodoloġija

6(a)

Politiki u proċeduri għall-konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2016/1011

A

6(b)(i)

Evidenza dokumentata ta’ konformità mal-Artikolu 12 jew mar-Regolament (UE) 2016/1011

A

6(b)(ii)

Evidenza dokumentata ta’ konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/1011

A

(7)

Esternalizzazzjoni

7

Politiki, proċeduri u arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni biex tintwera l-konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/1011

A

(8)

Oħrajn

8

Informazzjoni addizzjonali

A

”.

(1)  Sakemm ma jkunx diġà ssorveljat mill-istess awtorità kompetenti għal attivitajiet oħra minbarra l-forniment ta’ parametri referenzjarji

(2)  Applikant jista’ jagħżel li ma jipprovdix informazzjoni relatata mal-punt 3(a)(iii) tal-Anness I, fir-rigward ta’ parametru referenzjarju sinifikanti jew mhux sinifikanti li jforni.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/264/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)