15.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2240

tal-20 ta’ Ottubru 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2119 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307 fir-rigward tal-użu tas-siġill elettroniku kwalifikat għall-ħruġ taċ-ċertifikati

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 35(10), l-Artikolu 43(7) u l-Artikolu 45(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 35(1)(a) tar-Regolament (UE) 2018/848, iċ-ċertifikat ipprovdut mill-awtoritajiet kompetenti jew, fejn xieraq, mill-awtoritajiet ta’ kontroll jew mill-korpi ta’ kontroll lil operaturi jew gruppi ta’ operaturi, għandu jinħareġ f’forma elettronika kull fejn ikun possibbli. Is-Sistema Elettronika tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti (TRACES) imsemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 (2) tipprovdi l-mezzi biex jinħarġu ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/848 f’forma elettronika. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2119 (3) jirrikjedi li ċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/848 jinħareġ f’forma elettronika, bl-użu ta’ TRACES, mill-1 ta’ Jannar 2023.

(2)

Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertifikati mogħtija lill-operaturi u lill-grupp ta’ operaturi, huwa xieraq li jiġi introdott l-użu ta’ siġill elettroniku kwalifikat kif definit fl-Artikolu 3(27) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għall-ħruġ ta’ dawk iċ-ċertifikati. Sabiex l-atturi kollha kkonċernati jkunu jistgħu jiffinalizzaw ir-reġistrazzjoni għas-siġill elettroniku kwalifikat, jenħtieġ li jiġi previst li ċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/848 ikollu siġill elettroniku kwalifikat mill-1 ta’ Lulju 2023 ’il quddiem.

(3)

Jenħtieġ li, għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2119 jiġi emendat skont dan.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu u t-tieni paragrafu, il-punt (a), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 (5), l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandhom jipprovdu lill-operaturi, lill-gruppi ta’ operaturi u lill-esportaturi f’pajjiżi terzi li kienu soġġetti għall-kontrolli msemmija fl-Artikolu 45(1)(b)(i), ta’ dak ir-Regolament b’ċertifikat, li għandu jinħareġ f’forma elettronika u bl-użu ta’ TRACES mill-1 ta’ Jannar 2023 ’il quddiem.

(5)

Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertifikati mogħtija lil dawk il-operaturi, il-gruppi ta’ operaturi u l-esportaturi, huwa xieraq li jiġi introdott l-użu ta’ siġill elettroniku kwalifikat għall-ħruġ ta’ dawk iċ-ċertifikati. Sabiex l-atturi kollha kkonċernati jkunu jistgħu jiffinalizzaw ir-reġistrazzjoni għas-siġill elettroniku kwalifikat, jenħtieġ li jkun previst li ċ-ċertifikat għall-operaturi, il-gruppi ta’ operaturi u l-esportaturi f’pajjiżi terzi jkollu siġill elettroniku kwalifikat mill-1 ta’ Lulju 2023 ’il quddiem.

(6)

Jenħtieġ li, għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378 jiġi emendat skont dan.

(7)

Fir-rigward taċ-ċertifikat stampat ta’ spezzjoni u tal-estratt stampat taċ-ċertifikati ta’ spezzjoni, approvat fuq il-karta bil-firma bl-idejn f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 (6), ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2238 (7) estenda d-dispożizzjonijiet tranżitorji sat-30 ta’ Novembru 2022 sabiex l-atturi kollha kkonċernati jkunu jistgħu jiffinalizzaw ir-reġistrazzjoni għas-siġill elettroniku kwalifikat. Din l-estensjoni jenħtieġ li tiġi riflessa fin-noti biex jimtela l-mudell tal-estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307 (8). Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2238 jestendi wkoll sat-30 ta’ Novembru 2022, il-possibbiltà għal persuna awtorizzata, li tinsab fl-Ukrajna, ta’ awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll li mhumiex mgħammra b’siġill elettroniku kwalifikat, sabiex tipproduċi u tissottometti fi TRACES iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni f’format elettroniku mingħajr l-applikazzjoni ta’ siġill elettroniku kwalifikat fil-kaxxa 18 tiegħu.

(8)

Jenħtieġ li, għalhekk ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307 jiġi emendat skont dan.

(9)

Minħabba l-iskadenza tal-perjodu tranżitorju għaċ-ċertifikati stampati u tad-deroga għall-Ukrajna fit-30 ta’ Ġunju 2022, jenħtieġ li din l-emenda tapplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Lulju 2022.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Produzzjoni Organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2119

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2119 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandu jkollu siġill elettroniku kwalifikat kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (27) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1);

(*1)  * Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).” "

(2)

fl-Artikolu 5, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej wara t-tielet paragrafu:

“L-Artikolu 1, it-tieni paragrafu għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2023.”.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu, punt (a), jiżdied il-punt (iii) li ġej:

“(iii)

għandu jkollu s-siġill elettroniku kwalifikat kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (27), tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2);

(*2)  * Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”;"

(2)

fl-Artikolu 3, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej wara l-ewwel paragrafu:

“ L-Artikolu 1, it-tieni paragrafu, il-punt (a)(iii) għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2023.”;

(3)

L-Anness I huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307

Fil-Parti II tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307, fir-raba’ paragrafu tan-noti li jikkonċernaw il-kaxxa 12 u fit-tieni paragrafu tan-noti li jikkonċernaw il-kaxxa 13, id-data “30 ta’ Ġunju 2022” hija sostitwita bid-data “30 ta’ Novembru 2022”.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 3 għandu japplika mil-1 ta’ Lulju 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (“ir-Regolament IMSOC”) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2119 tal-1 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ċerti rekords u dikjarazzjonijiet meħtieġa mill-operaturi u mill-gruppi ta’ operaturi u dwar il-mezzi tekniċi għall-ħruġ taċ-ċertifikati f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 fir-rigward tal-ħruġ taċ-ċertifikati għall-operaturi, għall-gruppi ta’ operaturi u għall-esportaturi fil-pajjiżi terzi (ĠU L 430, 2.12.2021, p. 24).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 tad-19 ta’ Awwissu 2021 li jistabbilixxi ċerti regoli fir-rigward taċ-ċertifikat maħruġ lill-operaturi, lill-gruppi ta’ operaturi u lill-esportaturi f’pajjiżi terzi involuti fl-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi u dawk fil-fażi ta’ konverżjoni fl-Unjoni u jistabbilixxi l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 297, 20.8.2021, p. 24).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward ta’ konsenji ta’ prodotti organiċi u prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni u dwar iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni (ĠU L 461, 27.12.2021, p. 13).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2238 tat-22 ta’ Awwissu 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2306 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tranżitorji għaċ-ċertifikati ta’ spezzjoni u l-estratti tagħhom u fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tranżitorji għaċ-ċertifikati ta’ spezzjoni maħruġa fl-Ukrajna (Ara l-paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2307 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar id-dokumenti u n-notifiki meħtieġa għall-prodotti organiċi u l-prodotti fil-fażi tal-konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni (ĠU L 461, 27.12.2021, p. 30).


ANNESS

“ANNESS I

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT

ĊERTIFIKAT GĦALL-OPERATURI, GĦALL-GRUPPI TA’ OPERATURI U GĦALL-ESPORTATURI F’PAJJIŻI TERZI SABIEX IL-PRODOTTI JIĠU IMPORTATI FL-UNJONI EWROPEA BĦALA PRODOTTI ORGANIĊI JEW PRODOTTI FIL-FAŻI TA’ KONVERŻJONI

Parti I: Elementi obbligatorji

1.

Numru tad-dokument

2.

(agħżel kif xieraq)

☐

Operatur

☐

Grupp ta’ operaturi — ara l-punt 10

☐

Esportatur

3.

L-isem u l-indirizz tal-operatur, tal-grupp ta’ operaturi jew tal-esportatur:

4.

L-isem, l-indirizz u n-numru tal-kodiċi tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll tal-operatur, tal-grupp ta’ operaturi jew tal-esportatur:

5.

Attività jew attivitajiet tal-operatur, tal-grupp ta’ operaturi jew tal-esportatur (agħżel kif xieraq):

☐

Produzzjoni

☐

Preparazzjoni

☐

Distribuzzjoni

☐

Ħżin

☐

Importazzjoni

☐

Esportazzjoni

6.

Kategorija jew kategoriji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 35(7) tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u l-metodi tal-produzzjoni (agħżel kif xieraq):

(a)

pjanti mhux proċessati u prodotti mill-pjanti, inkluż żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti ieħor

Metodu tal-produzzjoni:

☐

produzzjoni organika għajr waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

☐

produzzjoni waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

☐

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(b)

bhejjem u prodotti mhux proċessati mill-bhejjem

Metodu tal-produzzjoni:

☐

produzzjoni organika għajr waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

☐

produzzjoni waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

☐

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(c)

alka u prodotti mhux proċessati tal-akkwakultura

Metodu tal-produzzjoni:

☐

produzzjoni organika għajr waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

☐

produzzjoni waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

☐

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(d)

prodotti agrikoli proċessati, inkluż prodotti tal-akkwakultura, għall-użu bħala ikel

Metodu tal-produzzjoni:

☐

produzzjoni ta’ prodotti organiċi

☐

produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

☐

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(e)

għalf

Metodu tal-produzzjoni:

☐

produzzjoni ta’ prodotti organiċi

☐

produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

☐

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(f)

inbid

Metodu tal-produzzjoni:

☐

produzzjoni ta’ prodotti organiċi

☐

produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

☐

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(g)

prodotti oħra elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/848 jew mhux koperti mill-kategoriji preċedenti

Metodu tal-produzzjoni:

☐

produzzjoni ta’ prodotti organiċi

☐

produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

☐

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

7.

Direttorju tal-prodotti:

L-isem tal-prodott u/jew il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2) għall-prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848

☐

Organiċi

☐

Fil-fażi ta’ konverżjoni

 

 

 

 

 

 

Dan id-dokument inħareġ f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 (3) biex jiċċertifika li l-operatur, il-grupp ta’ operaturi jew l-esportatur (agħżel kif xieraq) huma f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848.

8.

Data, post

Isem u firma f’isem l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll li qed joħorġu s-siġill elettroniku kwalifikat:

9.

Ċertifikat validu minn… [daħħal id-data] sa…[daħħal id-data]

10.

Lista tal-membri tal-grupp ta’ operaturi kif iddefinit fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2018/848

Isem il-membru

Indirizz jew forma oħra ta’ identifikazzjoni tal-membru

 

 

 

 

 

 

Parti II: Elementi fakultattivi speċifiċi

Għandhom jimtlew element wieħed jew aktar jekk jiġi deċiż hekk mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll li joħorġu ċ-ċertifikat lill-operatur, lill-grupp ta’ operaturi jew lill-esportatur f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378

1.   Kwantità tal-prodotti

Isem tal-prodott u/jew il-kodiċi tan-NM kif stipulat fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għall-prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848

☐

Organiċi

☐

Fil-fażi ta’ konverżjoni

Kwantità stmata f’kilogrammi, f’litri jew, meta rilevanti, f’numru ta’ unitajiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.   Informazzjoni dwar l-art

Isem il-prodott

☐

Organiċi

☐

Fil-fażi ta’ konverżjoni

☐

Mhux organiċi

Superfiċe f’ettari

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.   Lista ta’ postijiet jew ta’ unitajiet fejn titwettaq l-attività mill-operatur jew mill-grupp ta’ operaturi

Indirizz jew ġeolokalizzazzjoni

Deskrizzjoni tal-attività jew tal-attivitajiet kif imsemmija fil-parti I, tal-punt 5

 

 

 

 

 

 

4.   Informazzjoni dwar l-attività jew l-attivitajiet imwettqa mill-operatur jew mill-grupp ta’ operaturi u jekk l-attività hijiex, jew l-attivitajiet jitwettqux għall-iskop tagħhom stess jew bħala sottokuntrattur li jwettaq l-attività jew l-attivitajiet għal operatur ieħor, filwaqt li s-sottokuntrattur jibqa’ responsabbli għall-attività jew għall-attivitajiet imwettqa

Deskrizzjoni tal-attività jew tal-attivitajiet kif imsemmija fil-parti I, tal-punt 5

☐

Twettiq ta’ attività/attivitajiet għall-iskop proprju

☐

It-twettiq ta’ attività/attivitajiet bħala sottokuntrattur għal operatur ieħor, filwaqt li s-sottokuntrattur jibqa’ responsabbli għall-attività jew għall-attivitajiet imwettqa

 

 

 

 

 

 

5.   Informazzjoni dwar l-attività jew l-attivitajiet imwettqa mill-parti terza sottokuntrattata

Deskrizzjoni tal-attività jew tal-attivitajiet kif imsemmija fil-parti I, tal-punt 5

☐

L-operatur jew il-grupp ta’ operaturi jibqa’ responsabbli

☐

Il-parti terza sottokuntrattata hija responsabbli

 

 

 

 

 

 

6.   Lista ta’ sottokuntratturi li jwettqu attività jew attivitajiet għall-operatur jew għall-grupp ta’ operaturi li l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi jibqa’ responsabbli għalihom fir-rigward tal-produzzjoni organika u li ma ttrasferiex ir-responsabbiltà tagħhom lis-sottokuntrattur

Isem u indirizz

Deskrizzjoni tal-attività jew tal-attivitajiet kif imsemmija fil-punt 5 tal-parti I.

 

 

 

 

 

 

7.   Informazzjoni dwar l-akkreditazzjoni tal-korp ta’ kontroll f’konformità mal-Artikolu 46(2)(d) tar-Regolament (UE) 2018/848

(a)

isem il-korp ta’ akkreditazzjoni;

(b)

iperlink għaċ-ċertifikat ta’ akkreditazzjoni.

8.   Informazzjoni oħra”

 

”

(1)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 tad-19 ta’ Awwissu 2021 li jistabbilixxi ċerti regoli dwar iċ-ċertifikat maħruġ lill-operaturi, lill-gruppi ta’ operaturi u lill-esportaturi f’pajjiżi terzi involuti fl-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni u jistabbilixxi l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 297, 20.8.2021, p. 24).