3.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 172/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILLZA (UE) 2020/730

tat-3 ta’ Ġunju 2020

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta’ Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 47(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

(2)

Fil-11 ta’ Mejju 2020, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU, aġġorna l-informazzjoni relatata ma’ entità waħda soġġetta għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

G. GRLIĆ RADMAN


(1)   ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.


ANNESS

Fir-Regolament (UE) 2017/1509, l-Anness XIII, Parti B(b) (“Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”), l-entrata 75 hija sostitwita b'dan li ġej:

“75.

YUK TUNG ENERGY PTE LTD

 

80 Raffles Place, #17-22 UOB Plaza, Singapore, 048624, Singapore

30.3.2018

Maniġer kummerċjali u tal-vapur ta' YUK TUNG, li għamel trasferiment bejn il-vapuri ta' prodotti ta' żejt raffinat.”