|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1733 |
20.6.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1733
tat-30 ta’ Mejju 2024
li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino dwar diversi aspetti fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 77(2), il-punti (b) u (c), u l-Artikolu 79(2), il-punt (c), flimkien mal-Artikolu 218(3) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ftehim huwa neċessarju biex jipprovdi bażi legali għan-nuqqas ta’ kontrolli fuq il-fruntiera bejn l-Italja u San Marino. |
|
(2) |
Ikun ta’ benefiċċju li jiġi konkluż tali ftehim fid-dawl tal-prossimità ġeografika ta’ San Marino mal-Unjoni u l-interdipendenza ekonomika tiegħu magħha. |
|
(3) |
Huwa meħtieġ li jiġi żgurat it-trattament ġust ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom permessi ta’ residenza maħruġa minn San Marino fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. |
|
(4) |
Il-ħruġ ta’ tali permessi ta’ residenza minn San Marino għandu jkun kundizzjonali fuq opinjoni vinkolanti mill-Italja bbażata fuq il-valutazzjoni tas-sigurtà tagħha. |
|
(5) |
Il-ftehim jippermetti l-konklużjoni ta’ arranġamenti amministrattivi implimentattivi ta’ natura operattiva bejn l-Italja u San Marino dwar kwistjonijiet koperti mill-ftehim, sakemm tali arranġamenti jkunu kompatibbli mal-ftehim u mad-dritt tal-Unjoni. |
|
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li jinfetħu negozjati bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim bejn l-Unjoni u San Marino. |
|
(7) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (1). Għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(8) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata li tiftaħ negozjati għal ftehim mar-Repubblika ta’ San Marino dwar diversi aspetti fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri.
2. In-negozjati għandhom jitwettqu abbażi tad-direttivi ta’ negozjati tal-Kunsill stipulati fl-addendum għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-Kummissjoni hija b’dan maħtura bħala n-negozjatur tal-Unjoni..
Artikolu 3
In-negozjati għandhom isiru b’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma xieraq tal-Kunsill.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
T. VAN DER STRAETEN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/192/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1733/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)