Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 2(1), 3, 4(1) jew (2), 5, 6(2), 8 u 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248) u tal-Artikolu 6(3) u (4), moqri flimkien mal-Artikoli 7 u 12(1)(b) u (d) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tat-12 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102), kif interpretat mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Jannar 2005, fil-Kawża C‑117/03, u tal-14 ta’ Settembru 2006, fil-Kawża C‑244/05 - Proġetti ta’ twessigħ u/jew titjib tat-triq M-501 - ZEP ES 0000056 “Encinares del río Alberche y río Cofio” - SIK propost ES 3110005 “Cuenca del río Guadarrama” u SIK propost ES 3110007 “Cuencas de los ríos Alberche y Cofio”.
Dispożittiv
1) Billi ma ssodisfax ir-rekwiżiti previsti:
– fl-Artikoli 2(1), 3, 4(1) jew (2), skont il-każ, u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/35/KE, tas-26 ta’ Mejju 2003, f’dak li jikkonċerna l-proġetti separati ta’ twessigħ u/jew ta’ titjib tas-sezzjonijiet 1, 2 u 4 tat-triq M‑501;
– fl-Artikoli 6(2) u 8 tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/55, fir-rigward tal-proġetti separati ta’ twessigħ u/jew ta’ titjib tas-sezzjonijiet 2 u 4 ta’ din it-triq;
– fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, f’dak li jikkonċerna l-proġetti separati ta’ twessigħ u/jew ta’ titjib tas-sezzjonijiet 1, 2 u 4 tal-istess triq;
– fl-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, moqri flimkien mal-Artikolu 7 tagħha, f’dak li jikkonċerna l-proġetti separati ta’ twessigħ u/jew ta’ titjib tas-sezzjonijiet 1, 2 u 4 tat-triq M‑501, f’dak li jirrigwarda ż-żona ta’ protezzjoni speċjali ES0000056 “Encinares del río Alberche y río Cofio”; u
– fl-Artikolu 12(1)(b) u (d) ta’ din l-istess direttiva, f’dak li jikkonċerna l-proġetti separati ta’ twessigħ u/jew ta’ titjib tas-sezzjoni 1 tat-triq M-501, f’dak li jirrigwarda s-sit ta’ importanza Komunitarja propost ES3110005 “Cuenca del río Guadarrama”, u tas-sezzjonijiet 2 u 4 tal-istess triq, f’dak li jirrigwarda s-sit ta’ importanza Komunitarja propost ES3110007 “Cuencas de los ríos Alberche y Cofio”,
ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq.
2) Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
3) Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.