9.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 379/2009

tat-8 ta' Mejju 2009

li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tas-6-phytase EC 3.1.3.26 bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ għat-tismin, dundjani għat-tismin, tiġieġ li jbidu, papri għat-tismin, ħnienes (miftuma), ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition, entità legali Danisco (UK) Limited)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ma' dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-preparazzjoni tas-6-phytase EC 3.1.3.26 prodott mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233), bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ għat-tismin, dundjani għat-tismin, tiġieġ li jbidu, papri għat-tismin, ħnienes (miftuma), ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa li għandhom jiġu klassifikati fil-kategorija ta' addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu tas-6-phytase EC 3.1.3.26 prodott mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233) kien awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien għal tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1743/2006 (2) u għal għaxar snin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 785/2007 (3) għal tiġieġ għat-tismin, dundjani għat-tismin, tiġieġ li jbidu, papri għat-tismin, ħnienes (miftuma), ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa.

(5)

Ġiet ippreżentata dejta ġdida flimkien ma’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ formulazzjoni ġdida għas-6-phytase EC 3.1.3.26, prodotta mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233), għal tiġieġ għat-tismin, dundjani għat-tismin, tiġieġ li jbidu, papri għat-tismin, ħnienes (miftuma), ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa.

(6)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) iddikjarat fl-opinjoni tagħha tal-10 ta' Diċembru 2008 (4), li l-opinjoni preċedenti tagħha adottata fis-17 ta’ Ottubru 2006 (5) tapplika bis-sħiħ għal din il-formulazzjoni ġdida tas-6-phytase EC 3.1.3.26. Għalhekk, l-Awtorità kkonkludiet li l-preparazzjoni tas-6-phytase EC 3.1.3.26, il-formulazzjoni ġdida, prodotta mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233), hija effettiva għal speċi fil-mira u hija sikura għas-saħħa tal-annimal, tal-bniedem, jew l-ambjent. L-Awtorità tirrakkomanda miżuri xierqa għas-sigurtà ta' min jużaha. Hija ma tikkunsidrax li hemm il-bżonn għal ħtiġijiet speċifiċi ta' sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv fl-għalf f'għalf imressaq mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(7)

Il-valutazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   ĠU L 329, 25.11.2006, p. 16.

(3)   ĠU L 175, 5.7.2007, p. 5.

(4)   Il-Ġurnal tal-EFSA (2008) 915, 1-10.

(5)   Il-Ġurnal tal-EFSA (2006) 404, 1-20.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unità ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità

4a1640

Danisco Animal Nutrition

(entità legali Danisco (UK) Limited)

6-phytase

EC 3.1.3.26

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni tas-6-phytase (EC 3.1.3.26)

prodott mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233)

li għandu attività minima ta':

 

Forma solida: 10 000 FTU (1)/g

 

Forma likwida: 10 000 FTU/ml

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

6-phytase (EC 3.1.3.26)

prodott mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233)

 

Metodu analitiku  (2)

Metodu kolorimetriku li jkejjel il-fosfati inorganiċi rilaxxati mill-enżima mis-sustrat tal-phytate.

Tiġieġ għat-tismin

—

250 FTU

—

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista' jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Għall-użu f'għalf li fih aktar minn 0,23 % ta' fosforu li huwa phytin bound.

3.

Għal ħnienes (miftuma) sa 35 kg tal-piż tal-ġisem.

4.

Dożi rrakkomandati għal kull kilogramma ta’ għalf sħiħ:

—

tiġieġ għat-tismin: 500-750 FTU,

—

dundjani għat-tismin: 250-1 000 FTU,

—

tiġieġ li jbidu: 150-900 FTU,

—

papri għat-tismin: 250-1 000 FTU,

—

ħnienes (miftuma): 500-1 000 FTU,

—

ħnieżer għat-tismin: 500-1 000 FTU,

—

ħnieżer nisa' 500 FTU.

5.

Għas-sigurtà: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ngwanti għandhom jintużaw waqt l-immaniġġjar.

29 ta’ Mejju 2019

Dundjani għat-tismin

—

250 FTU

—

Tiġieġ li jbidu

—

150 FTU

—

Papri għat-tismin

—

250 FTU

—

Ħnienes (miftuma)

—

250 FTU

—

Ħnieżer għat-tismin

—

250 FTU

—

Ħnieżer nisa

—

500 FTU

—


(1)  1 FTU huwa l-ammont ta' enżima li jillibera 1 mikromole ta' fosfat inorganiku fil-minuta mis-sustrat tal-phytate tas-sodju f' pH ta' 5,5 u 37 °C.

(2)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives.www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives