European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1603

10.3.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

Każ M.11898 – SONACA / GOVERA INVERSIONES / ACITURRI AERONAUTICA

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/1603)

1.   

Fit-28 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Sonaca S.A. (“Sonaca”, il-Belġju), ikkontrollata minn Wallonie Entreprendre SA (il-Belġju),

—

Govera Inversiones S.L. (“Govera”, Spanja),

—

Aciturri Aeronautica S.L.U (“Aciturri”, Spanja).

Sonaca u Govera se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-operazzjonijiet tal-ajrustruttura ta’ Aciturri.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Sonaca hija manifattur u fornitur tal-Livell 1 attiva globalment fl-iżvilupp, il-manifattura u l-assemblaġġ ta’ ajrustrutturi metalliċi integrati għal applikazzjonijiet ċivili, tad-difiża u tal-ispazju, permezz tas-sussidjarji u s-siti ta’ produzzjoni tagħha fl-Ewropa u fl-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel,

—

Govera hija kumpanija li għandha parteċipazzjonijiet f’diversi kumpaniji attivi f’diversi setturi inklużi l-ajrumagni, l-idroġenu u l-ispazju. Govera għandha 100 % tal-kapital azzjonarju ta’ Aciturri.

—

Aciturri hija fornitur integrat tal-Livell 1 ta’ ajrustrutturi li tispeċjalizza fid-disinn, il-manifattura u l-assemblaġġ ta’ ajrustrutturi komposti ta’ teknoloġija avvanzata u tiżviluppa u timmanifattura wkoll partijiet ta’ magni ajrunawtiċi. Id-diviżjoni tal-ajrumagni ta’ Aciturri hija barra mill-perimetru tal-konċentrazzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11898 – SONACA / GOVERA INVERSIONES / ACITURRI AERONAUTICA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1603/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)