|
10.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU
tal-24 ta’ Ġunju 2016
li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom
(BERS/2016/4)
(2016/C 290/01)
IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 u l-Artikoli 16 sa 18 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 134(4) tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (3), u b’mod partikolari l-Artikoli 15(3)(e) u l-Artikoli 18 sa 20 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-effettività u l-konsistenza tal-politika makroprudenzjali, huwa meħtieġ li dawk li jfasslu l-politika makroprudenzjali jqisu kif meħtieġ l-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali adottati minn Stati Membri individwali u, meta dan ikun iġġustifikat, jadottaw miżuri tal-politika makroprudenzjali reċiprokanti adattati sabiex jindirizzawhom. |
|
(2) |
Il-qafas dwar reċiprokazzjoni volontarja għal miżuri tal-politika makroprudenzjali stipulat fir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4) għandu jiżgura li l-miżuri kollha tal-politika makroprudenzjali bbażati fuq skopertura attivati fi Stat Membru wieħed ikunu rreċiprokati fl-Istati Membri l-oħrajn. |
|
(3) |
B’risposta għat-talba tal-Eesti Pank skont l-Artikolu 134(4) tad-Direttiva 2013/36/UE għar-reċiprokazzjoni ta’ rata ta’ riżerva dwar ir-Riskju Sistemiku ta’ 1 % applikabbli għall-iskoperturi domestiċi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fl-Estonja, il-Bord Ġenerali tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) iddeċieda li jinkludi l-miżura Estonjana fil-lista ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali li huma rrakkomandati li jiġu rreċiprokati taħt ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2. |
|
(4) |
Għalhekk, ir-Rakkomandazzjoni d-Deċiżjoni BERS/2015/2 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
TAQSIMA 1
EMENDI
Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 hija emendata skont kif ġej:
|
1. |
Fit-Taqsima 1, is-subrakkomandazzjoni C(1) hija ssostitwita b’dan li ġej:
|
|
2. |
fl-Anness, għandu jiddaħħal dan li ġej: “Estonja rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku ta’ 1 fil-mija applikata skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE għall-iskoperturi domestiċi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fl-Estonja I. Deskrizzjoni tal-miżura
II. Reċiprokazzjoni
|
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-24 ta’ Ġunju 2016.
Il-President tal-BERS
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
(2) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.
(4) Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-15 ta’ Diċembru 2015 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 97, 12.3.2016, p. 9).