<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-146/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0146</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:1038">EU:C:2021:1038</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>23</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>23</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20211221">21.12.2021</DATE> – Kawżi magħquda C‑146/20, C‑188/20, C‑196/20 u C‑270/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Azurair <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20211221">21 ta’ Diċembru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trasport bl-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 261/2004</KEYWORD><KEYWORD>Regoli komuni fil-qasam tal-kumpens u ta’ assistenza tal-passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew ta’ dewmien twil ta’ titjira</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 2 u 3</KEYWORD><KEYWORD>Kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>trasportatur tal-ajru li jopera<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/>, ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>reżervazzjoni kkonfermata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/> u ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>ħin tal-wasla skedat<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/></KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 5, 7 u 8</KEYWORD><KEYWORD>Tressiq ’il quddiem tal-ħin tat-tluq tat-titjira meta mqabbel mal-ħin tat-tluq inizjalment skedat</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis tal-ammont tal-kumpens</KEYWORD><KEYWORD>Offerta ta’ rotta differenti</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 14</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li l-passiġġieri jiġi informati bid-drittijiet tagħhom</KEYWORD><KEYWORD>Portata</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Kawżi magħquda C‑146/20, C‑188/20, C‑196/20 u C‑270/20</P><P>li għandhom bħala suġġett erba’ talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, talba minnhom imressqa mil-Landesgericht Korneuburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Korneuburg, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20200616">16 ta’ Ġunju 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20200618">18 ta’ Ġunju 2020</DATE> (C‑270/20), u tliet talbiet imressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20200217">17 ta’ Frar 2020</DATE> (C‑146/20) kif ukoll tas‑<DATE ISO="20200406">6 ta’ April 2020</DATE> (C‑188/20 u C‑196/20), li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20200320">20 ta’ Marzu 2020</DATE> (C‑146/20), fit‑<DATE ISO="20200430">30 ta’ April 2020</DATE> (C‑188/20) u fis‑<DATE ISO="20200506">6 ta’ Mejju 2020</DATE> (C‑196/20), fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">AD,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">BE,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">CF</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Corendon Airlines</HT> (C‑146/20),</P></DEFENDANTS><P>u</P><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">JG,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">LH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">MI,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">NJ,</HT></P></PLAINTIFS><?PAGE NO="2"?><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">OP</HT>, li qiegħed jaġixxi fil-kwalità ta’ stralċjarju ta’ Azurair GmbH</P><P>fil-preżenta ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">alltours flugreisen GmbH</HT> (C‑188/20),</P></DEFENDANTS><P>u</P><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Eurowings GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">flightright GmbH</HT> (C‑196/20),</P></DEFENDANTS><P>u</P><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">AG,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">MG,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">HG,</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Austrian Airlines</HT> (C‑270/20),</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala President tal-Ewwel Awla, J.-C. Bonichot u M. Safjan (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Pikamäe</P><P>Reġistratur: D. Dittert, Kap ta’ Diviżjoni,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20210616">16 ta’ Ġunju 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li rat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>pour JG, LH, MI, NJ, minn H. Hopperdietzel, Rechtsanwalt</P></ITEM><ITEM><P>għal Eurowings GmbH, minn Y. Pochyla u W. Bloch, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għal AG, MG u HG, minn F. Puschkarski, Rechtsanwältin,</P></ITEM><ITEM><P>għal Corendon Airlines u OP, li qiegħed jaġixxi fil-kwalità ta’ stralċjarju ta’ Azurair GmbH, minn N. Serfort, Rechtsanwalt</P></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><P>għal flightright GmbH, inizjalment minn T. Mauser, sussegwentement minn R. Weist u M. Michel, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għal Austrian Airlines AG, minn C. Krones, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller, M. Hellmann, J. Heitz, U. Kühne u U. Bartl bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn A. Posch, G. Kunnert u J. Schmoll, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn K. Simonsson, R. Pethke u G. Braun, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20210923">23 ta’ Settembru 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjonijiet preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(b), (f), sa (h) u (l), tal-Artikolu 3(2)(a), tal-Artikolu 5(1), tal-Artikolu 7(1) u (2), tal-Artikolu 8(1)(b) kif ukoll tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ tilwimiet bejn passiġġieri tal-ajru u kumpanniji tal-ajru (C‑146/20, C‑188/20 u C‑270/20) kif ukoll kumpannija tal-ajru u flightright GmbH li qiegħda tiddefendi d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru (C‑196/20), dwar il-kumpens ta’ dawn il-passiġġieri taħt ir-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 1 u 20 tar-Regolament Nru 261/2004:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(1)</NO.P><TXT>Azzjoni mil-[Unjoni] fil-qasam ta’ transport permezz ta’ l-ajru għandha jkollha l-iskop, fost affarijiet oħrajn, li tassigura livell ogħli ta’ protezzjoni għall-passiġġieri. ‘Il fuq minn dan, konsiderazzjoni sħiħa għandha tiġi meħuda tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur b’mod ġenerali.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(20)</NO.P><TXT>Passiġġieri għandhom jiġu informati b’mod sħiħ bid-drittijiet tagħhom fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b’mod effettiv.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>trasportatur ta’ l-ajru li jopera<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> ifisser trasportatur ta’ l-ajru li jwettaq jew li għandu l-ħsieb li jwettaq titjira taħt kuntratt ma’ passiġġier jew f’isem persuna oħra, legali jew naturali, li għandha kuntratt ma’ dak il-passiġġier;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>biljett<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> ifisser dokument validu li jagħti intitolament għal transport jew xi ħaġa ekwivalenti mhux fil-forma ta’ karta, inkluża forma elettronika, maħruġ jew awtorizzat mil-trasportatur ta’ l-ajru jew l-aġent awtorizzat tiegħu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>reżervazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser il-fatt li l-passiġġier għandu biljett, jew prova oħra, li tindika li r-reżervazzjoni ġiet aċċettata u rreġistrata, mil-trasportatur ta’ l-ajru jew mill-operatur tat-tour;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>destinazzjoni finali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> ifisser id-destinazzjoni fuq il-biljett ippreżentat fil-post taċ-check-in jew, fil-każ ta’ titjiriet konnessi direttament, id-destinazzjoni ta’ l-aħħar titjira; titjiriet konnessi alternattivi li qegħdin għad-dispożizzjoni m’għandhomx jiġu meħudin in konsiderazzjoni jekk il-ħin oriġinali tal-wasla hu mħares;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(l)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser in-nuqqas ta’ operazzjoni ta’ titjira li kienet qabel ippjanata u fuq liema mill-inqas post wieħed kien irreżervat.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament għandu japplika:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għal passiġġieri li jitilqu minn ajruport li jinstab fit-territorju ta’ Stat Membru għal liema japplika t-Trattat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għal passiġġieri li jitilqu minn ajruport li jinstab f’pajjiż terz għal ajruport li jinstab fit-territorju ta’ Stat Mebru għal liema japplika t-Trattat, kemm-il darba rċievu [ma rċivewx] vantaġġi jew kumpens u [jew] ġew mogħtija assistenza f’dak il-pajjiż terz, jekk il-trasportatur ta’ l-ajru li qed jopera tat-titjira in kwistjoni hu trasportatur [tal-Unjoni].</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-paragrafu 1 għandu japplika fuq il-kondizzjoni li l-passiġġieri:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għandhom reżervazzjoni kkonfermata fuq it-titjira in kwistjoni u. ħlife fil-każ ta’ kanċellazzjoni msejħa fl-Artikolu 5, jippreżentaw lilhom infushom għal check-in,</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>kif stabbilit u fil-ħin indikat minn qabel u bil-miktub (inkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi) mil-trasportatur ta’ l-ajru, l-operatur tat-tourjew l-aġent tal-vjaġġ awtorizzat,</P></ITEM></LIST><?PAGE NO="5"?><P>jew, jekk l-ebda ħin hu indikat,</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>mhux aktar tard minn 45-il minuta qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat; […]</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ġew ittrasferiti minn trasportatur ta’ l-ajru jew operatur tat-tour mit-titjira għal liema kellhom reżervazzjoni għal titjira oħra, irrespettivament mir-raġuni.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-istess regolament jiddisponi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, il-passiġġieri in kwistjoni għandhom:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jiġu offruti assistenza mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond l-Artikolu 8; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jiġu offruti assistenza mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond l-Artikolu 9(1)(a) u 9(2), kif ukoll, fil-każ ta’ għemil ta’ rotta differenti meta l-ħin tat-tluq raġonevolment mistenni tat-titjira ġdida hu mill-inqas il-ġurnata wara t-tluq kif kien ippjanat għat-titjira kkanċellata, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(ċ); u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>jkollhom id-dritt għal kumpens mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond l-Artikolu 7, kemm-il darba [sakemm]:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>huma [ma jkunux] informati bil-kanċellazzjoni mill-inqas ġimgħatejn qabel il-ħin tat-tluq skedat; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>huma [ma jkunux] informati bil-kanċellazzjoni bejn ġimgħatejn u sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat u huma offruti rotta differenti, li tħallihom jitilqu mhux aktar minn sagħtejn qabel il-ħin tat-tluq skedat u jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom inqas minn erba’ sigħat wara l-ħin tal-wasla skedat; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>huma [ma jkunux] informati bil-kanċellazzjoni inqas minn sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat u huma offruti rotta differenti, li tħallihom jitilqu mhux aktar minn siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat u jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom inqas minn sagħtejn wara l-ħin tal-wasla skedat.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn referenza hi magħmula għal dan l-Artikolu, passiġġieri għandhom jirċievu kumpens li jammonta għal:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>EUR 400 għat-titjiriet intra-Komunitarji kollha ta’ aktar minn 1500 kilometru, u għat-titjiriet oħrajn kollha bejn 1500 u 3500 kilomentru:</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P>Fid-determinazzjoni tad-distanza, il-bażi għandha tkun l-aħħar destinazzjoni ġo liema l-fatt li l-persuna ma tħallietx titla’ jew il-kanċellazzjoni ser iddewwem il-wasla tal-passiġġier wara l-ħin skedat.</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta passiġġieri huma offruti possibiliá oħra biex jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom fuq titjira alternattiva skond l-Artikolu 8, il-ħin tal-wasla ta’ liema ma taqbiżx il-ħin tal-wasla skedat tat-titjira rreġistrata oriġinarjament</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>b’tlett sigħat, fir-rigward tat-tijiriet intra-Komunitarji kollha ta’ aktar minn 1500 kilometru u għat-titjiriet oħrajn kollha bejn 1500 u 3500 kilometru; […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>il-trasportatur ta’ l-ajru li jopera jista’ jnaqqas il-kumpens previst fil-paragrafu 1 bi 50 %.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-regolament jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Fejn referenza hi magħmula għal dan l-Artikolu, passiġġieri għandhom jiġu offruti l-għażla bejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>rimbors fi żmien sebat ijiem, permezz tal-mezzi previsti fl-Artikolu 7(3), tal-prezz sħiħ tal-biljett bil-prezz b’liema ġie mixtri, għall-parti jew partijiet tal-vjaġġ li ma ġewx magħmulin, u għall-parti jew partijiet li diġá ġew magħmulin jekk it-titjira m’għadhiex qed taqdi kwalunkwe skop fir-rigward tal-pjan ta’ vjaġġ oriġinali tal-passiġġier, flimkien ma’, meta rilevanti,</P></ITEM><ITEM><P>titjira lura għall-ewwel punt ta’ tluq, ma’ l-ewwel opportunitá;</P></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>rotta differenti, taħt kondizzjonijiet tat-trasport paragunabbli, għad-destinazzjoni finali tagħhom ma’ l-ewwel opportunitá; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>rotta differenti, taħt kondizzjonijiet tat-trasport paragunabbli, għad-destinazzjoni finali tagħhom f’data aktar tard skond il-konvenjenza tal-passiġġier, soġġett għall-postijiet li qegħdin għad-dispożizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tal-imsemmi regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>F’każijiet fejn trasportatur ta’ l-ajru li jopera jħallas kumpens jew jilħaq l-obbligazzjonijiet oħra li għandu d-dmir iwettaq taħt dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament ma jista’ jiġi interpretat li jirrestrinġi d-dritt tiegħu li jfittex kumpens minn kwalunkwe persuna, inklużi partijiet terzi, skond il-liġi applikabbli. Partikolarment, dan ir-Regolament m’għandu bl-ebda mod jirrestrinġi d-dritt tal-trasportatur ta’ l-ajru li jopera biex ifittex rimbors minn operatur tat-tour jew persuna oħra ma’ liema l-trasportatur ta’ l-ajru li jopera għandu kuntratt. B’mod simili, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament ma tista’ tiġi interpretata li tirrestrinġi d-dritt ta’ operatur tat-tour jew ta’ parti terza, barra minn passiġġier, ma’ liema trasportatur ta’ l-ajru li jopera għandu kuntratt, biex ifittex rimbors jew kumpens mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond il-liġijiet applikabbli rilevanti.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14(2) tal-istess regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Trasportatur ta’ l-ajru li jopera li ma jħallix lill-passiġġieri jitilgħu jew li jikkanċella titjira għandu jipprovdi kull passiġġier affettwat b’avviż bil-miktub li jistabbilixxi r-regoli għall-kumpens u assistenza skond dan ir-Regolament. Għandu wkoll jipprovdi kull passiġġer affettwat minn dewmien<?PAGE NO="7"?> ta’ mill-inqas sagħtejn b’avviż ekwivalenti. Id-dettalji tal-kuntatt ta’ l-organu nazzjonali nnominat imsejjaħ fl-Artikolu 16 għandu wkoll jinata’ lill-passiġġier f’forma bil-miktub.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawżi prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il‑Kawża C‑146/20</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-passiġġieri tal-ajru AD, BE u CF irriżervaw, permezz ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar, pakkett tal-ivvjaġġar lejn Antalya (it-Turkija). Wara din ir-reżervazzjoni, il-kumpannija tal-ajru Corendon Airlines ikkonfermat li t-titjira kienet ser issir fit‑<DATE ISO="20180518">18 ta’ Mejju 2018</DATE> bi tluq minn Düsseldorf (il-Ġermanja) u b’destinazzjoni lejn Antalya, bil-ħin tat-tluq ikun iffissat għall‑10.20. Sussegwentement, Corendon Airlines ressqet din it-titjira ’l quddiem b’siegħa u erbgħin minuta, billi ffissatha għad‑8.40 fl-istess jum, filwaqt li madankollu żammet l-istess numru ta’ titjira.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Dawn il-passiġġieri, li ma setgħux jieħdu t-titjira hekk imressqa ’l quddiem, ippreżentaw rikors kontra Corendon Airlines quddiem l-Amtsgericht Düsseldorf (il-Qorti Distrettwali ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), intiż li jiksbu, b’mod partikolari, kumpens skont l-Artikolu 5(1)(ċ) u l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 261/2004. Insostenn tar-rikors tagħhom, l-imsemmija passiġġieri argumentaw li huma ma kinux ġew informati bit-tressiq ’il quddiem tat-titjira tagħhom u li dan it-tressiq ’il quddiem kien jikkostitwixxi, fir-realtà, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> tal-imsemmija titjira, fis-sens tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament. Min-naħa l-oħra, Corendon Airlines ikkunsidrat li l-istess passiġġieri kienu ġew informati bit-tressiq ’il quddiem tat-titjira tagħhom mill-organizzatur tat-tours fit‑<DATE ISO="20180508">8 ta’ Mejju 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Amtsgericht Düsseldorf (il-Qorti Distrettwali ta’ Düsseldorf) ikkunsidrat li t-tressiq ’il quddiem ta’ titjira b’siegħa u erbgħin minuta ma kienx jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> ta’ din it-titjira sa fejn dan it-tressiq ’il quddiem kien negliġibbli u, konsegwentement, ċaħdet ir-rikors tal-imsemmija passiġġieri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Dawn appellaw mis-sentenza ta’ din il-qorti quddiem il-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), il-qorti tar-rinviju fil-Kawża C‑146/20. Din tal-aħħar tistaqsi dwar jekk ir-raġunament sostnut mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Qorti Distrettwali ta’ Düsseldorf) huwiex konformi mar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>1)</NO.P><TXT>Teżisti kanċellazzjoni ta’ titjira fis-sens tal-Artikolu 2(l) u tal-Artikolu 5(1) tar-[Regolament Nru 261/2004], jekk it-trasportatur tal-ajru li jopera jressaq ’il quddiem għad‑08.40, ħin lokali, tal-istess jum, titjira rriżervata fil-kuntest ta’ pakkett ta’ vvjaġġar li t-tluq tagħha kien previst għall‑10.20, ħin lokali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-komunikazzjoni magħmula għaxart ijiem qabel il-bidu tal-vjaġġ rigward it-tressiq ’il quddiem ta’ titjira fl‑10.20, ħin lokali, għad‑08.40, ħin lokali, tal-istess jum, tikkostitwixxi offerta ta’ rotta differenti fis-sens tal-Artikoli 5(1)(a) u 8(1)(b) tal-istess regolament?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il‑Kawża C‑188/20, Azurair</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>LH irriżervat, għaliha nnifisha u għal passiġġieri tal-ajru oħrajn, pakkett tal-ivvjaġġar lejn Side (it-Turkija) mingħand aġenzija tal-ivvjaġġar, li jinkludi trasport bl-ajru bir-ritorn bejn Düsseldorf u Antalya.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Dokument intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>reġistrazzjoni għall-ivvjaġġar<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, mibgħut lil LH, kien isemmi żewġ titjiriet imwettqa mill-kumpannija tal-ajru Azurair GmbH: jiġifieri, l-ewwel titjira, bin-numru ARZ 8711, tal‑<DATE ISO="20180715">15 ta’ Lulju 2018</DATE>, bejn Düsseldorf u Antalya, li l-ħin tat-tluq tagħha kien previst għas‑6.00 u l-ħin tal-wasla tagħha għall‑10.30, u t-tieni titjira, bin-numru ARZ 8712, tal‑<DATE ISO="20180805">5 ta’ Awwissu 2018</DATE>, bejn Antalya u Düsseldorf, li l-ħin tat-tluq tagħha kien previst għall‑12.00 u l-ħin tal-wasla tagħha għat‑14.45. Fuq dan id-dokument, maġenb din l-informazzjoni, kien hemm l-indikazzjoni li ġejja, miktuba b’ittri kbar: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Ħinijiet provviżorji – Għas-sigurtà tagħkom stess, għandkom tivverifikaw it-titjira fil-biljetti tagħkom.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-passiġġieri ħadu t-titjiriet bin-numri indikati fuq l-imsemmi dokument. Madankollu, fit-titjira ’l barra, huma waslu Antalya fis‑1.19 fis‑<DATE ISO="20180716">16 ta’ Lulju 2018</DATE> u, fit-titjira tar-ritorn, l-ajruplan telaq fil‑5.10, fil‑<DATE ISO="20180805">5 ta’ Awwissu 2018</DATE>. F’dawn il-kundizzjonijiet, dawn il-passiġġieri talbu lil Azurair il-ħlas ta’ kumpens skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 261/2004 quddiem l-Amtsgericht Düsseldorf (il-Qorti Distrettwali ta’ Düsseldorf). Abbażi tal-informazzjoni indikata fir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>reġistrazzjoni għall-ivvjaġġar<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, huma argumentaw li t-titjira ’l barra kienet ġarrbet dewmien ta’ iktar minn tliet sigħat fil-wasla, filwaqt li t-titjira tar-ritorn kienet ġiet ikkanċellata, peress li t-tressiq ’il quddiem tat-titjira għandu jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, Azurair argumentat li hija ma kinitx skedat it-titjiriet inkwistjoni fil-ħinijiet indikati fir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>reġistrazzjoni għall-ivvjaġġar<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, iżda li l-iskedar tagħha kien jikkorrispondi għall-indikazzjonijiet li jinsabu fil-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>konferma tal-vjaġġ/fattura<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> mibgħuta fit‑<DATE ISO="20180122">22 ta’ Jannar 2018</DATE> lil alltours flugreisen GmbH, fil-kwalità tagħha ta’ operatur tat-tours.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont din l-iskeda, it-titjira ’l barra kellha titlaq fil‑<DATE ISO="20180715">15 ta’ Lulju 2018</DATE> fit‑20.05 u tasal l-għada fis‑0.40, u t-titjira tar-ritorn kellu jitlaq fil‑<DATE ISO="20180805">5 ta’ Awwissu 2018</DATE> fit‑8.00 u jasal fil‑10.50. Fir-rigward tat-titjira ’l barra, kif indikata fuq l-imsemmija skeda, id-dewmien fil-wasla ma kienx jikkostitwixxi dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar. Fir-rigward tat-titjira tar-ritorn, minkejja li din effettivament tressqet ’il quddiem, anki meta mqabbel mal-iskeda indikata minn Azurair, dan it-tressiq ’il quddiem ma kienx jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(l) tal-imsemmi regolament. Barra minn hekk, Azurair talbet li eventwali kumpens jiġi ridott skont l-Artikolu 7(2)(b) tal-istess regolament, għar-raġuni li l-passiġġieri waslu fid-destinazzjoni finali tagħhom sagħtejn u ħamsin minuta biss qabel il-ħin tal-wasla skedat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Amtsgericht Düsseldorf (il-Qorti Distrettwali ta’ Düsseldorf) ċaħdet dan ir-rikors għar-raġuni li r-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>reġistrazzjoni għall-ivvjaġġar<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> ma kinitx tikkostitwixxi konferma ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>reżervazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(g) tar-Regolament Nru 261/2004, peress li minn din ir-reġistrazzjoni kien isegwi b’mod ċar li l-ħinijiet tat-titjira kienu biss provviżorji. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jsegwi li ma kienx jeżisti dokument li seta’ jiġi identifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>biljett<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(f) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-passiġġieri tal-ajru appellaw mis-sentenza ta’ din il-qorti quddiem il-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf), il-qorti tar-rinviju fil-Kawża C‑188/20. Din tal-aħħar tistaqsi dwar jekk il-pożizzjoni sostnuta mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Qorti Distrettwali ta’ Düsseldorf) hijiex konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>1)</NO.P><TXT>Passiġġier ikollu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>riżervazzjoni kkonfermata<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/> fis-sens tal-Artikolu 3(2)(a) tar-[Regolament Nru 261/2004] meta jkun irċieva minn operatur tat-tour, li jkun marbut kuntrattwalment miegħu, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>prova oħra<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/> fis-sens tal-Artikolu 2(g) [ta’ dan ir-regolament], li jkun fiha wiegħda dwar titjira preċiża, identifikata bl-indikazzjoni tal-postijiet u tal-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla, kif ukoll bin-numru tat-titjira, mingħajr ma l-operatur tat-tour ma jkun għamel fil-fatt riżervazzjoni għal din it-titjira mat-trasportatur tal-ajru kkonċernat u mingħajr ma jkun irċieva konferma mingħand dan tal-aħħar?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Sabiex trasportatur tal-ajru jitqies li huwa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>trasportatur tal-ajru li jopera<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="2019" ID="QE0033"/> fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament Nru 261/2004 fil-konfront ta’ passiġġier, huwa biżżejjed li dan il-passiġġier ikun marbut kuntrattwalment ma’ operatur tat-tour, li jkun wiegħed li jittrasporta lill-passiġġier fuq titjira preċiża, identifikata bl-indikazzjoni tal-postijiet u tal-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla, kif ukoll bin-numru tat-titjira, f’sitwazzjoni fejn l-operatur tat-tour ma jkunx għamel riżervazzjoni għall-passiġġier u għalhekk ma jkunx stabbilixxa relazzjoni kuntrattwali mat-trasportatur tal-ajru fir-rigward ta’ din it-titjira?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>ħin oriġinali tal-wasla<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="2019" ID="QE0034"/> ta’ titjira, fis-sens tal-Artikolu 2(h), tal-Artikolu 5(1)(ċ), tat-tieni sentenza tal-Artikolu 7(1) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 261/2004 jista’ jirriżulta, għall-finijiet tal-kumpens minħabba kanċellazzjoni jew dewmien twil, minn <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>prova oħra<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="2019" ID="QE0035"/> li tkun ġiet ikkomunikata minn operatur tat-tour lil passiġġier jew f’dan ir-rigward għandu jitqies bħala ġustifikazzjoni l-biljett, fis-sens tal-Artikolu 2(f) [ta’ dan ir-regolament]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Ikun hemm kanċellazzjoni ta’ titjira fis-sens tal-Artikolu 2(l) u tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 261/2004 meta t-trasportatur tal-ajru li jopera jibdel il-ħin tat-titjira rriżervata fil-kuntest ta’ pakkett tal-ivjaġġar billi jressqu għal minn tal-inqas sagħtejn u għaxar minuti iktar kmieni fl-istess jum?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>It-trasportatur tal-ajru li jopera jista’ jnaqqas il-kumpens previst fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 261/2004, konformement mal-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-regolament, meta l-ħin il-ġdid tat-titjira jkun jinsab fil-limiti previsti f’din id-dispożizzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>L-informazzjoni mogħtija qabel jibda l-vjaġġ dwar il-fatt li t-titjira ser titlaq iktar kmieni tikkostitwixxi offerta ta’ rotta ġdida fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 261/2004?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 261/2004 jobbliga lit-trasportatur tal-ajru li jopera jinforma lill-passiġġier bl-isem preċiż tal-impriża u bl-indirizz tagħha fejn ikun jista’ jitlob il-kumpens ikkalkolat fuq il-bażi tad-distanza, kif ukoll bl-ammont preċiż tiegħu, u, jekk ikun il-każ, jispeċifika liema huma d-dokumenti li l-passiġġier għandu jannetti mat-talba tiegħu?<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il‑Kawża C‑196/20</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20171024">24 ta’ Ottubru 2017</DATE>, żewġ passiġġieri tal-ajru rriżervaw, mingħand aġenzija tal-ivvjaġġar, pakkett tal-ivvjaġġar li jinkludi trasport bl-ajru bir-ritorn bejn Hamburg (il-Ġermanja) u Palma de Mallorca (Spanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Dokument intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>reġistrazzjoni għall-ivvjaġġar<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> intbagħat mill-operatur tat-tours ITS lil dawn il-passiġġieri, li kien jindika, għat-titjira ’il barra, li t-titjira kienet ser titwettaq fit‑<DATE ISO="20180522">22 ta’ Mejju 2018</DATE>, mill-kumpannija tal-ajru Eurowings, bin-numru EW 7582, b’ħin tat-tluq skedat għas‑7.30 u b’ħin tal-wasla skedat għall‑10.05.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-imsemmija passiġġieri ħadu effettivament it-titjira b’dan in-numru. Madankollu, huma waslu fid-destinazzjoni finali tagħhom mhux fl‑10.05, iżda fid‑21.08. Peress li dawn il-passiġġieri ċedew l-eventwali drittijiet tagħhom għal kumpens lil flightright skont ir-Regolament Nru 261/2004, din tal-aħħar ippreżentat rikors quddiem l-Amtsgericht Düsseldorf (il-Qorti Distrettwali ta’ Düsseldorf) billi argumentat li l-istess passiġġieri kellhom reżervazzjoni kkonfermata għat-titjira inkwistjoni, li l-wasla tagħha kienet prevista għall‑10.05.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Eurowings sostniet li l-passiġġieri kellhom reżervazzjoni kkonfermata għat-titjira bin-numru EW 7582, li l-wasla tagħha kienet prevista għas‑19.05. Għaldaqstant, id-dewmien imġarrab kien ta’ inqas minn tliet sigħat, li ma kienx jagħti dritt għal kumpens skont ir-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-Amtsgericht Düsseldorf (il-Qorti Distrettwali ta’ Düsseldorf) laqgħet it-talba ta’ flightright għar-raġuni li r-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>reġistrazzjoni għall-ivvjaġġar<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> maħruġa mill-operatur tat-tours ITS kienet tikkostitwixxi konferma ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>reżervazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(g) tar-Regolament Nru 261/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 2(f) ta’ dan ir-regolament. Fil-fatt, dik il-qorti kkunsidrat li r-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>reġistrazzjoni għall-ivvjaġġar<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> mibgħuta lill-passiġġieri kkonċernati kienet tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>prova oħra<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 2(g), peress li din id-dispożizzjoni kienet teħtieġ biss li r-reżervazzjoni tkun ġiet aċċettata mill-operatur tat-tours. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jsegwi li ma kienx jeżisti dokument li seta’ jiġi identifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>biljett<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(f) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Eurowings appellat mis-sentenza tal-imsemmija qorti quddiem il-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf), il-qorti tar-rinviju fil-Kawża C‑196/20. Din tal-aħħar tistaqsi, essenzjalment, dwar jekk konferma ta’ reżervazzjoni li toriġina minn operatur tat-tours, li ma hijiex ibbażata fuq reżervazzjoni mwettqa mat-trasportatur tal-ajru previst mit-talba għal kumpens, tistax tiġi kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>reżervazzjoni kkonfermata<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>1)</NO.P><TXT>Passiġġier ikollu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>riżervazzjoni kkonfermata<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="2019" ID="QE0044"/> fis-sens tal-Artikolu 3(2)(a) tar-[Regolament Nru 261/2004] meta jkun irċieva minn operatur tat-tour, li jkun marbut kuntrattwalment miegħu, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>prova oħra<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="2019" ID="QE0045"/> fis-sens tal-Artikolu 2(g) [ta’ dan ir-regolament], li jkun fiha wiegħda dwar titjira preċiża, identifikata bl-indikazzjoni tal-postijiet u tal-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla,<?PAGE NO="11"?> kif ukoll bin-numru tat-titjira, mingħajr ma l-operatur tat-tour ma jkun għamel fil-fatt riżervazzjoni għal din it-titjira mat-trasportatur tal-ajru kkonċernat u mingħajr ma jkun irċieva konferma mingħand dan tal-aħħar?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Sabiex trasportatur tal-ajru jitqies li huwa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>trasportatur tal-ajru li jopera<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="2019" ID="QE0046"/> fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament Nru 261/2004 fil-konfront ta’ passiġġier, huwa biżżejjed li dan il-passiġġier ikun marbut kuntrattwalment ma’ operatur tat-tour, li jkun wiegħed li jittrasporta lill-passiġġier fuq titjira preċiża, identifikata bl-indikazzjoni tal-postijiet u tal-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla, kif ukoll bin-numru tat-titjira, f’sitwazzjoni fejn l-operatur tat-tour ma jkunx għamel riżervazzjoni għall-passiġġier u għalhekk ma jkunx stabbilixxa relazzjoni kuntrattwali mat-trasportatur tal-ajru fir-rigward ta’ din it-titjira?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>ħin oriġinali tal-wasla<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="2019" ID="QE0047"/> ta’ titjira, fis-sens tal-Artikolu 2(h), tal-Artikolu 5(1)(ċ), tat-tieni sentenza tal-Artikolu 7(1) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 261/2004 jista’ jirriżulta, għall-finijiet tal-kumpens minħabba kanċellazzjoni jew dewmien twil, minn <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>prova oħra<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="2019" ID="QE0048"/> li tkun ġiet ikkomunikata minn operatur tat-tour lil passiġġier jew f’dan ir-rigward għandu jitqies bħala ġustifikazzjoni l-biljett, fis-sens tal-Artikolu 2(f) ta’ dan ir-regolament?<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il‑Kawża C‑270/20</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-passiġġieri tal-ajru AG, MG u HG irriżervaw titjira bejn Vjenna (l-Awstrija) u Kajr (l-Eġittu) mingħand il-kumpannija tal-ajru Austrian Airlines. Il-ħin tat-tluq kien previst għall‑22.15 fl‑<DATE ISO="20170624">24 ta’ Ġunju 2017</DATE>, u l-ħin tal-wasla għall-għada fis‑1.45. Fil-jum tat-titjira, Austrian Airline kkanċellatha u pproponiet lil dawn il-passiġġieri titjira li titlaq fl-istess jum fl‑10.20 u li tasal Kajr fis‑13.50, li dawn il-passiġġieri aċċettaw. Għalhekk, dawn tal-aħħar waslu fid-destinazzjoni finali tagħhom 11‑il siegħa u 55 minuta qabel il-ħin tal-wasla skedat inizjalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Bi qbil barra l-qorti, Austrian Airlines ħallset lil kull wieħed minn dawn il-passiġġieri kumpens ta’ EUR 200 wara applikazzjoni tal-Artikolu 7(2)(b) tar-Regolament Nru 261/2004, li jipprevedi riduzzjoni ta’ 50 % tal-ammont tal-kumpens previst fl-Artikolu 7(1)(b) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>L-imsemmija passiġġieri ppreżentaw rikors kontra Austrian Airlines quddiem il-Bezirksgericht Schwechat (il-Qorti Distrettwali ta’ Schwechat, l-Awstrija), intiż sabiex jiksbu kumpens sħiħ, skont l-Artikolu 7(1)(b) tal-imsemmi regolament. Insostenn tar-rikors tagħhom, huma argumentaw li, minkejja li ma kinux waslu tard f’Kajr, il-wasla kmieni tagħhom kienet ikkawżatilhom preġudizzju ekwivalenti għal dak li kien jirriżulta minn dewmien twil, u ddikjaraw li huma kienu aċċettaw il-proposta ta’ Austrian Airlines li jieħdu titjira mmexxija ’l quddiem għar-raġuni li l-għażla l-oħra proposta minn din tal-aħħar kienet ser ittellfilhom jumejn mill-vaganzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-Bezirksgericht Schwechat (il-Qorti Distrettwali ta’ Schwechat) ċaħdet dan ir-rikors għar-raġuni li mill-kliem ċar tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 261/2004 kien isegwi li din id-dispożizzjoni kienet applikabbli wkoll f’sitwazzjonijiet li fihom il-passiġġier kien jasal fid-destinazzjoni finali tiegħu b’titjira mressqa ’l quddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-passiġġieri fil-kawża prinċipali fil-Kawża C‑270/20 appellaw mis-sentenza ta’ din il-qorti quddiem il-Landesgericht Korneuburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Korneuburg, l-Awstrija), il-qorti tar-rinviju f’din il-kawża. Din tal-aħħar tistaqsi dwar jekk l-Artikolu 7(2)(b) tar-Regolament Nru 261/2004, skont liema kumpens jista’ jitnaqqas b’ 50 % meta d-dewmien fil-wasla ma jaqbiżx<?PAGE NO="12"?> tliet sigħat, jistax jiġi applikat wkoll għal wasla iktar kmieni meta mqabbla mal-iskedar tat-titjira oriġinali. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva li tluq li seħħ ħafna iktar kmieni jista’ jwassal għal inkonvenjenzi għall-passiġġier li huma serji daqs wasla tardiva fid-dawl tal-kriterji previsti f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Landesgericht Korneuburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Korneuburg) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>L-Artikolu 7(2)(b) tar-[Regolament Nru 261/2004] għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasportatur tal-ajru jista’ wkoll inaqqas l-ammont tal-kumpens previst fl-Artikolu 7(1)(b) ta’ dan ir-regolament meta, wara l-kanċellazzjoni tat-titjira rriżervata, tiġi offruta lill-passiġġieri titjira alternattiva li l-ħin tat-tluq skedat u l-ħin tal-wasla skedat tagħha huma previsti 11‑il siegħa u 55 minuta qabel il-ħinijiet tat-titjira kkanċellata?<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel domandi fil‑Kawżi C‑188/20 u C‑196/20</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha fil-Kawża C‑188/20, li hija identika għall-ewwel domanda tagħha fil-Kawża C‑196/20, il-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf) tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament Nru 261/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-passiġġier għandu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>reżervazzjoni kkonfermata<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta l-operatur tat-tours jibgħat lil dan il-passiġġier, li miegħu huwa kuntrattwalment marbut, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>prova oħra<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(g) ta’ dan ir-regolament, li tinkludi wegħda li l-imsemmi passiġġier jiġi ttrasportat fuq titjira preċiża, individwalizzata bl-indikazzjoni tal-postijiet u tal-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla, kif ukoll bin-numru tat-titjira, filwaqt li dan l-operatur tat-tours ma jkunx irċieva konferma mit-trasportatur tal-ajru kkonċernat tal-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla ta’ din it-titjira.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjonijiet tar-rinviju fil-Kawżi C‑188/20 u C‑196/20 isegwi li d-dokument mibgħut lill-passiġġieri tal-ajru mill-operatur tat-tours kien jinkludi informazzjoni fuq il-ħinijiet tat-titjiriet, differenti minn dawk li t-trasportatur tal-ajru kien bagħat, fl-aħħar lok, lill-operatur tat-tours. Madankollu, din l-informazzjoni tal-aħħar ma kinitx intbagħtet lil dawn il-passiġġieri, b’tali mod li huma kellhom biss l-informazzjoni inkluża fid-dokument mibgħut mill-operatur tat-tours.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 261/2004 jirregola l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar billi jeżiġi, skont il-paragrafu 2(a) tiegħu, li l-passiġġier ikollu reżervazzjoni kkonfermata għat-titjira kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 261/2004 ma jiddefinixxix il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>reżervazzjoni kkonfermata<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>. Madankollu, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>reżervazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> huwa min-naħa tiegħu ddefinit fl-Artikolu 2(g) ta’ dan ir-regolament bħala l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>fatt li l-passiġġier għandu biljett, jew prova oħra, li tindika li r-reżervazzjoni ġiet aċċettata u rreġistrata, mil-trasportatur ta’ l-ajru jew mill-operatur tat-tour<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Minn din id-definizzjoni jsegwi li reżervazzjoni tista’ tkun ikkostitwita minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>prova oħra<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> li tindika li r-reżervazzjoni tkun ġiet aċċettata u rreġistrata jew mit-trasportatur tal-ajru jew mill-operatur tat-tours. Minn dan isegwi li reżervazzjoni aċċettata u rreġistrata minn dan tal-aħħar għandha l-istess valur bħal dik aċċettata u rreġistrata mit-trasportatur tal-ajru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Konsegwentement, jekk il-passiġġier tal-ajru jkollu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>prova oħra<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(g) tar-Regolament Nru 261/2004 maħruġa mill-operatur tat-tours, din il-prova l-oħra hija ekwivalenti għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>reżervazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, fis-sens tal-istess dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju fil-Kawżi C‑188/20 u C‑196/20 titlaq mill-premessa skont liema r-reġistrazzjonijiet għall-ivvjaġġar mibgħuta mill-operatur tat-tours lill-passiġġieri inkwistjoni fil-kawżi prinċipali f’dawn il-kawżi jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>prova oħra<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(g) tar-Regolament Nru 261/2004. Madankollu, għandu jiġi rrilevat, b’mod partikolari fil-kuntest tas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-Kawża C‑188/20, li din ir-reġistrazzjoni ssemmi espliċitament in-natura provviżorja tal-ħinijiet tat-titjiriet. F’dawn iċ-ċirkustanzi, hija din il-qorti li għandha tiddetermina jekk l-imsemmija reġistrazzjonijiet jikkostitwixxux effettivament reżervazzjoni aċċettata u rreġistrata, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 2(g).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fl-affermattiv, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, b’mod iktar partikolari, jekk reżervazzjoni tistax tkun ukoll <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>ikkonfermata<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament Nru 261/2004, mill-operatur tat-tours u mhux biss mit-trasportatur tal-ajru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 3(2)(a) ta’ dan ir-regolament ma jippreċiżax jekk l-operatur tat-tours jistax jikkonferma reżervazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss kliemha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li tagħha parti minnha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Sturgeon <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑402/07 u C‑432/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:716">EU:C:2009:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kuntest li tidħol fih din id-dispożizzjoni, għandu jiġi rrilevat li diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 261/2004 ma jiddistingwixxux bejn l-operatur tat-tours u t-trasportatur tal-ajru għall-finijiet tal-applikazzjoni tagħhom. Dan huwa b’mod partikolari l-każ tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2)(a) ta’ dan ir-regolament, li jipprevedi li l-ħin meta wieħed għandu jippreżenta ruħu għaċ-check-in jista’ jiġi kkomunikat mit-trasportatur tal-ajru, operatur tat-tours jew aġent tal-vjaġġ awtorizzat. Dan huwa l-każ ukoll fir-rigward tal-Artikolu 3(2)(b) tal-imsemmi regolament, skont liema l-passiġġier jista’ jiġi ttrasferit lejn titjira oħra kemm mit-trasportatur tal-ajru kif ukoll mill-operatur tat-tours.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ikun kuntrarju għall-għan li jikkonsisti f’li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-passiġġieri tal-ajru, stabbilit fil-premessa (1) tal-istess regolament, li jitqies li reżervazzjoni tista’ tiġi kkonfermata biss mit-trasportatur tal-ajru, peress li b’dan il-mod ikun impost fuq il-passiġġier l-oneru li jivverifika l-informazzjoni pprovduta mill-operatur tat-tours.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-Regolament Nru 261/2004 huwa intiż sabiex ir-riskju li operaturi tat-tours jipprovdu informazzjoni ineżatta lill-passiġġieri fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom ikun assunt mit-trasportatur tal-ajru. F’dan il-kuntest, il-passiġġier ma jipparteċipax fir-relazzjoni eżistenti bejn it-trasportatur tal-ajru u l-operatur tat-tours u wieħed ma jistax jeżiġi minnu li jipprovdi informazzjoni f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet tal-aħħar isegwi wkoll li ċ-ċirkustanza li l-operatur tat-tours ma jkunx irċieva konferma mit-trasportatur tal-ajru kkonċernat tal-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla tat-titjira ma hijiex ta’ natura li tinfluwenza l-evalwazzjoni, imsemmija fil-punt 43 ta’ din is-sentenza, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domandi fil-Kawżi C‑188/20 u C‑196/20 għandha tkun li l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-passiġġier għandu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>reżervazzjoni kkonfermata<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni meta l-operatur tat-tours jibgħat lil dan il-passiġġier, li miegħu huwa marbut kuntrattwalment, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>prova oħra<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> fis-sens tal-Artikolu 2(g) ta’ dan ir-regolament, li tinkludi wegħda li jiġi ttrasportat fuq titjira preċiża, individwalizzata bl-indikazzjoni tal-postijiet u l-ħinijiet tat-tluq u tal-waslu, kif ukoll bin-numru tat-titjira, u dan anki fl-ipoteżi meta dan l-operatur tat-tours ma jkunx irċieva konferma mit-trasportatur tal-ajru kkonċernat dwar il-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla ta’ din it-titjira.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domandi fil-Kawżi C‑188/20 u C‑196/20</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha fil-Kawża C‑188/20, li hija identika għat-tieni domanda fil-Kawża C‑196/20, il-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf) tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(b) tar-Regolament Nru 261/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li trasportatur tal-ajru jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>trasportatur tal-ajru li jopera<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni fil-konfront ta’ passiġġier meta dan tal-aħħar ikun ikkonkluda kuntratt ma’ operatur tat-tours għal titjira preċiża mwettqa minn dan it-trasportatur tal-ajru mingħajr l-imsemmi trasportatur tal-ajru ma jkun ikkonferma l-ħinijiet tat-titjira jew mingħajr l-operatur tat-tours ma jkun għamel reżervazzjoni għal dan il-passiġġier mal-istess trasportatur tal-ajru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>trasportatur tal-ajru li jopera<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> huwa ddefinit fl-Artikolu 2(b) ta’ dan ir-regolament bħala li jagħmel riferiment għal trasportatur tal-ajru li jwettaq jew li għandu l-ħsieb li jwettaq titjira mhux biss fil-kuntest ta’ kuntratt konkluż ma’ passiġġier, iżda wkoll f’isem persuna oħra, ġuridika jew fiżika, li kkonkludiet kuntratt ma’ dan il-passiġġier.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Din id-definizzjoni tqajjem għalhekk żewġ kundizzjonijiet kumulattivi sabiex trasportatur tal-ajru jkun jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>trasportatur tal-ajru li jopera<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>, dwar, minn naħa, it-twettiq tat-titjira inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, l-eżistenza ta’ kuntratt konkluż ma’ passiġġier (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180704">4 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wirth <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑532/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:527">EU:C:2018:527</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-ewwel kundizzjoni, din tenfasizza l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>titjira<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>, li jikkostitwixxi l-element ċentrali tagħha. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li dan il-kunċett għandu jinftiehem bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>operazzjoni tat-trasport bl-ajru, li hija b’hekk, b’ċertu mod, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>unità<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="2019" ID="QE0067"/> ta’ dan it-trasport, imwettqa minn trasportatur tal-ajru li jistabbilixxi r-rotta tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180704">4 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wirth et</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑532/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:527">EU:C:2018:527</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li għandu jiġi kkunsidrat bħala t-trasportatur tal-ajru li jopera, it-trasportatur li, fil-kuntest tal-attività tiegħu ta’ trasport ta’ passiġġieri, jieħu d-deċiżjoni li jwettaq titjira partikolari, inkluż jistabbilixxi l-itinerarju tagħha u, b’dan il-mod, joħloq, għall-benefiċċju tal-persuni kkonċernati, offerta ta’ trasport bl-ajru. L-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni timplika fil-fatt li dan it-trasportatur jerfa’ r-responsabbiltà għat-twettiq tal-imsemmija titjira, inkluż, b’mod partikolari, kwalunkwe kanċellazzjoni jew dewmien twil tagħha mal-wasla tagħha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180704">4 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wirth et</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑532/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:527">EU:C:2018:527</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa stabbilit li, fis-sitwazzjonijiet inkwistjoni fil-Kawżi C‑188/20 u C‑196/20, l-unika modifika mwettqa mit-trasportatur tal-ajru fil-konfront tar-reġistrazzjoni għall-ivvjaġġar mibgħuta lill-passiġġieri inkwistjoni kienet tirrigwarda l-ħinijiet tat-titjira.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Issa, bħalma rrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 66 tal-konklużjonijiet tiegħu, is-sempliċi ċirkustanza li r-reżervazzjoni tal-passiġġier mal-operatur tat-tours tinkludi ħinijiet ta’ titjira li ma ġewx ikkonfermati mit-trasportatur tal-ajru fil-kuntest tar-reżervazzjoni interna bejn dan it-trasportatur u dan l-operatur ma tistax tkun biżżejjed sabiex jitqies li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament Nru 261/2004 ma humiex issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fil-fatt, trasportatur tal-ajru li jkun ikkostitwixxa offerta ta’ trasport bl-ajru li tikkorrispondi ma’ dik imsemmija minn operatur tat-tours fil-kuntest tar-relazzjoni tiegħu ma’ passiġġier, minkejja li jistgħu jsiru xi bidliet meta mqabbel ma’ din l-offerta, għandu jitqies li għandu l-intenzjoni li jwettaq titjira, fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni hija kkorroborata mill-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-passiġġieri tal-ajru, imsemmi fil-premessa 1 tar-Regolament Nru 261/2004, peress li hija tippermetti li jiġi żgurat li l-passiġġieri ttrasportati jiġu kkumpensati jew assistiti mingħajr ma jittieħed kont tal-arranġamenti magħmula mit-trasportatur tal-ajru li ddeċieda li jwettaq it-titjira inkwistjoni f’ħin differenti minn dak previst inizjalment sabiex jiżgura din it-titjira konkretament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180704">4 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wirth et</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑532/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:527">EU:C:2018:527</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat ukoll li, fl-ipoteżi li t-trasportatur tal-ajru li jopera jkun obbligat iħallas kumpens lill-passiġġieri skont ir-Regolament Nru 261/2004 minħabba l-aġir tal-operatur tat-tours, dan it-trasportatur ikollu l-possibbiltà li jitlob kumpens għad-dannu subit mill-operatur tat-tours konformement mal-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Krijgsman</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑302/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:359">EU:C:2017:359</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu preċedenti, ir-risposta għat-tieni domandi fil-Kawżi C‑188/20 u C‑196/20 għandha tkun li l-Artikolu 2(b) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li trasportatur tal-ajru jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>trasportatur tal-ajru li jopera<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, fil-konfront ta’ passiġġier meta dan tal-aħħar ikun ikkonkluda kuntratt ma’ operatur tat-tours għal titjira preċiża mwettqa minn dan it-trasportatur tal-ajru mingħajr l-imsemmi trasportatur tal-ajru ma jkun ikkonferma l-ħinijiet tat-titjira jew mingħajr l-operatur tat-tours ma jkun għamel reżervazzjoni għal dan il-passiġġier mal-istess trasportatur tal-ajru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tielet domandi fil‑Kawżi C‑188/20 u C‑196/20</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha fil-Kawża C‑188/20, li hija identika għat-tielet domanda tagħha fil-Kawża C‑196/20, il-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf) tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(h), l-Artikolu 5(1)(ċ), it-tieni sentenza tal-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 261/2004 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-ħin tal-wasla skedat ta’ titjira, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, jista’ jirriżulta, għall-finijiet tal-kumpens dovut skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>prova oħra<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> fis-sens tal-Artikolu 2(g) tal-imsemmi regolament li ntbagħtet lill-passiġġier mill-operatur tat-tours jew jekk huwiex neċessarju li dan ikun jinsab fuq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0070" ID="QS0070"/>biljett<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(f) tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, preliminarjament, li l-Artikolu 2(h), l-Artikolu 5(1)(ċ), it-tieni sentenza tal-Artikolu 7(1), u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 261/2004 li, essenzjalment, isemmu termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0071" ID="QS0071"/>ħin tal-wasla skedat<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/>, jikkonċernaw il-kundizzjonijiet li fihom jista’ ikun dovut kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa konformement mal-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament. Madankollu, l-imsemmi regolament ma jinkludix definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0072" ID="QS0072"/>ħin tal-wasla skedat<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa stabbilit, fis-sitwazzjonijiet inkwistjoni fil-Kawżi C‑188/20 u C‑196/20, li l-passiġġieri tal-ajru kellhom biss dokument wieħed, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0073" ID="QS0073"/>reġistrazzjoni għall-ivvjaġġar<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/>, mingħajr ma kienu fil-pussess ta’ dokument li jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0074" ID="QS0074"/>biljett<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/> fis-sens tal-Artikolu 2(f) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Madankollu, bħalma ġie rrilevat fil-kuntest tal-eżami tal-ewwel domandi fil-Kawżi C‑188/20 u C‑196/20, il-passiġġieri jista’ jkollhom reżervazzjoni fil-preżenza, mhux biss ta’ biljett, iżda wkoll ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0075" ID="QS0075"/>prova oħra<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(g) tal-istess regolament. Għaldaqstant, f’dan il-każ, fl-ipoteżi li d-dokument ipprovdut lill-passiġġieri inkwistjoni fil-kawżi prinċipali f’dawn il-kawżi jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0076" ID="QS0076"/>prova oħra<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/>, għandu jitqies li dawn il-passiġġieri kellhom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0077" ID="QS0077"/>reżervazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li kienet tindika l-ħinijiet tat-titjira. Għaldaqstant huma setgħu leġittimament iqisu li, peress li huma ma kienu ġew informati bl-ebda bidla min-naħa tal-operatur tat-tours jew tat-trasportatur tal-ajru, il-ħinijiet indikati fuq din ir-reżervazzjoni kienu jidentifikaw il-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla skedati fis-sens tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 64 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hemm lok jiġi ppreċiżat li s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Folkerts</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑11/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:106">EU:C:2013:106</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma tinvalidax l-interpretazzjoni skont liema l-ħin tal-wasla skedat ta’ titjira jista’ jsegwi minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0078" ID="QS0078"/>prova oħra<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/> fis-sens tal-Artikolu 2(g) tar-Regolament Nru 261/2004. Fil-fatt, b’differenza taċ-ċirkustanzi li s-sitwazzjonijiet inkwistjoni fil-Kawżi C‑188/20 u C‑196/20 huma bbażati fuqhom, għandu jiġi kkonstatat li, fil-kawża li tat lok għal dik is-sentenza, ebda operatur tat-tours ma kien involut u l-passiġġier kellu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0079" ID="QS0079"/>biljett<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(f) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu preċedenti, ir-risposta għat-tielet domandi fil-Kawżi C‑188/20 u C‑196/20 għandha tkun li l-Artikolu 2(h), l-Artikolu 5(1)(ċ), it-tieni sentenza tal-Artikolu 7(1) kif ukoll l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ħin tal-wasla skedat ta’ titjira, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, jista’ jirriżulta, għall-finijiet tal-kumpens dovut skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0080" ID="QS0080"/>prova oħra<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(g) tal-imsemmi regolament, li ntbagħtet lill-passiġġier mill-operatur tat-tours.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir‑raba’ domanda fil‑Kawża C‑188/20 u l‑ewwel domanda fil‑Kawża C‑146/20</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha fil-Kawża C‑188/20, li hija analoga għall-ewwel domanda tagħha fil-Kawża C‑146/20, il-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf) tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(l) u l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 261/2004 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li titjira titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0081" ID="QS0081"/>kkanċellata<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/> meta t-trasportatur tal-ajru li jopera jressaq din it-titjira ’l quddiem b’diversi sigħat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0082" ID="QS0082"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/> huwa ddefinit fl-Artikolu 2(l) ta’ dan ir-regolament bħala n-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0083" ID="QS0083"/>nuqqas ta’ operazzjoni ta’ titjira li kienet qabel ippjanata u fuq liema mill-inqas post wieħed kien irreżervat<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0084" ID="QS0084"/>titjira<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/> ma huwiex iddefinit mill-imsemmi regolament. Madankollu, bħalma tfakkar fil-punt 55 ta’ din is-sentenza, titjira tikkonsisti, essenzjalment, f’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0085" ID="QS0085"/>operazzjoni tat-trasport bl-ajru, li hija b’hekk, b’ċertu mod, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0086" ID="QS0086"/>unità<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="2019" ID="QE0086"/> ta’ dan it-trasport, imwettqa minn trasportatur tal-ajru li jistabbilixxi r-rotta tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat, minn naħa, li r-rotta tikkostitwixxi element essenzjali tat-titjira, peress li din tal-aħħar titwettaq konformement ma’ skeda stabbilita minn qabel mit-trasportatur tal-ajru (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Sturgeon <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑402/07 u C‑432/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:716">EU:C:2009:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, bl-ebda mod ma jirriżulta mid-definizzjoni fl-Artikolu 2(l) tar-Regolament Nru 261/2004 li, lil hinn mill-fatt li t-titjira skedata oriġinarjament ma saritx, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0087" ID="QS0087"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/> ta’ din it-titjira, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, tkun teħtieġ l-adozzjoni ta’ deċiżjoni espliċita li tikkanċellaha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Sousa Rodríguez et</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:652">EU:C:2011:652</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Ċertament, l-Artikolu 2(l) u l-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament ma jippreċiżawx x’għandu jsir fil-każ li titjira titressaq ’il quddiem. Madankollu, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 46 ta’ din is-sentenza, l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-kliem tagħha, kif ukoll il-kuntest u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li hija tagħmel parti minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fir-rigward tal-kuntest li jidħlu fih l-Artikolu 2(l) u l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 261/2004, għandu jiġi rrilevat li dan ir-regolament jagħmel riferiment għal ipoteżijiet ta’ tressiq ’il quddiem ta’ titjira fil-kuntest tal-għemil ta’ rotot differenti previsti fl-Artikolu 5(1)(ċ)(ii) u (iii) tal-imsemmi regolament. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tal-aħħar tipprevedi li t-trasportatur tal-ajru li jopera għandu jikkumpensa lill-passiġġier li t-titjira tiegħu hija kkanċellata ħlief jekk dan it-trasportatur jinformah bil-kanċellazzjoni fit-termini previsti f’din id-dispożizzjoni u joffrilu rotta differenti li tippermetti lill-passiġġier jitlaq l-iktar kmieni bejn siegħa u sagħtejn, skont il-każ, qabel il-ħin tat-tluq skedat, kif ukoll li jilħaq id-destinazzjoni finali tiegħu inqas minn erba’ sigħat jew sagħtejn, skont il-każ, wara il-ħin tal-wasla inizjalment skedat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-leġiżlatur tal-Unjoni rrikonoxxa li tressiq ’il quddiem sinjifikattiv ta’ titjira jista’ jikkawża inkonvenjenzi serji għall-passiġġieri, l-istess bħal dewmien ta’ titjira, peress li tali tressiq ’il quddiem itellfilhom il-possibbiltà li jużaw il-ħin tagħhom b’mod liberu kif ukoll li jorganizzaw il-vjaġġ tagħhom jew il-vaganza tagħhom skont l-aspettattivi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Dan huwa b’mod partikolari l-każ meta passiġġier, li jkun ħa l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa, ma jkunx jista’ jimbarka fl-ajruplan minħabba t-tressiq ’il quddiem tat-titjira li jkun irriżerva. Dan huwa wkoll il-każ meta l-passiġġier ikun kostrett jadatta ruħu b’mod sinjifikattiv għall-ħin tat-tluq il-ġdid tat-titjira tiegħu sabiex ikun jista’ jeħodha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-għan prinċipali mfittex mir-Regolament Nru 261/2004 jikkonsisti, bħalma jirriżulta b’mod partikolari mill-premessa 1 tiegħu, f’li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-passiġġieri (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>van der Lans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑257/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:618">EU:C:2015:618</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, konformement ma’ dan l-għan, id-dispożizzjonijiet li jagħtu drittijiet lill-passiġġieri tal-ajru għandhom jiġu interpretati b’mod wiesa’ (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210422">22 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Austrian Airlines</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑826/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:318">EU:C:2021:318</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Għalhekk, peress li r-Regolament Nru 261/2004 huwa intiż li jikkumpensa, b’mod standardizzat u immedjat, id-diversi danni li jikkostitwixxu l-inkonvenjenzi serji fit-trasport bl-ajru tal-passiġġieri (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Delfly</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑356/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:633">EU:C:2020:633</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) u fid-dawl tal-inkonvenjenzi serji li jistgħu jiġu kkawżati lill-passiġġieri f’ċirkustanzi bħal dawk imsemmija fil-punt 76 ta’ din is-sentenza, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0088" ID="QS0088"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/> għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi s-sitwazzjoni li fiha titjira tkun suġġetta għal tressiq ’il quddiem sinjifikattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandha ssir distinzjoni bejn is-sitwazzjonijiet li fihom it-tressiq ’il quddiem ma jkollu ebda effett jew effett negliġibbli fuq il-possibbiltà għall-passiġġieri tal-ajru li jużaw liberament il-ħin tagħhom minn dawk li jagħtu lok għal inkonvenjenzi serji minħabba t-tressiq ’il quddiem sostanzjali ta’ titjira, kif deskritti fil-punti 76 u 77 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Sabiex issir distinzjoni bejn tressiq ’il quddiem sinjifikattiv u tressiq ’il quddiem negliġibbli ta’ titjira, għandha tittieħed ispirazzjoni mil-limiti previsti fl-Artikolu 5(1)(ċ)(ii) u (iii) tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li l-każ ta’ tressiq ’il quddiem huwa differenti minn dak ta’ dewmien, li għalih il-Qorti tal-Ġustizzja qalet li l-passiġġieri jakkwistaw dritt għall-kumpens meta huma jsofru telf ta’ ħin li huwa ekwivalenti għal, jew iktar minn, tliet sigħat meta mqabbel mat-tul li kien ġie previst inizjalment mit-trasportatur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Sturgeon et</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑402/07 u C‑432/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:716">EU:C:2009:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), peress li l-passiġġieri għandhom jimmobilizzaw ruħhom sabiex ikunu f’pożizzjoni li jimbarkaw fl-ajruplan minħabba t-tressiq ’il quddiem tat-titjira rriżervata. Din id-differenza ssegwi wkoll miċ-ċirkustanza li l-leġiżlatur tal-Unjoni, fl-Artikolu 5(1)(ċ)(iii) tar-Regolament Nru 261/200, jaċċetta dewmien ta’ inqas minn sagħtejn, filwaqt li għat-tressiq ’il quddiem, dawn ma jistgħux jaqbżu siegħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 5(1)(ċ)(iii) ta’ dan ir-regolament isegwi li kull tressiq ’il quddiem ta’ siegħa jew inqas jista’ jeżenta lit-trasportatur tal-ajru li jopera mill-obbligu tiegħu li jikkumpensa lill-passiġġier skont l-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament. Għalhekk, għandu jitqies li tressiq ’il quddiem ta’ iktar minn siegħa jew ta’ siegħa jew inqas jikkostitwixxi r-riferiment sabiex jiġi ddeterminat jekk it-tressiq ’il quddiem huwiex sinjifikattiv jew negliġibbli għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5 tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tibqa’ tosserva l-ibbilanċjar tal-interessi tal-passiġġieri tal-ajru u ta’ dawk tat-trasportaturi tal-ajru li joperaw li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried ikopri permezz tal-adozzjoni tar-Regolament Nru 261/2004 (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Nelson et</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑581/10 u C‑629/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:657">EU:C:2012:657</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fil-fatt, filwaqt li tippermetti lill-passiġġieri jiġu kkumpensati għal inkonvenjenzi serji matul tressiq ’il quddiem sinjifikattiv ta’ titjira, din l-interpretazzjoni teżenta lit-trasportaturi tal-ajru li joperaw mill-obbligu li jħallsu kumpens, meta dawn jinformaw lill-passiġġieri tal-ajru bit-tressiq ’il quddiem tat-titjira fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(1)(ċ)(i) sa (iii) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu preċedenti, ir-risposta għar-raba’ domanda fil-Kawża C‑188/20 u għall-ewwel domanda fil-Kawża C‑146/20 għandha tkun li l-Artikolu 2(l) u l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li titjira titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0089" ID="QS0089"/>kkanċellata<QUOT.END REF.START="QS0089" CODE="201D" ID="QE0089"/> meta t-trasportatur tal-ajru li jopera jressaq din it-titjira ’l quddiem b’iktar minn siegħa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑ħames domanda fil‑Kawża C‑188/20 u l‑unika domanda fil‑Kawża C‑270/20</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames domanda tagħha fil-Kawża C‑188/20 u d-domanda unika tagħha fil-Kawża C‑270/20, il-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf) u l-Landesgericht Korneuburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Korneuburg) jistaqsu rispettivament, essenzjalment, jekk l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 261/2004 huwiex applikabbli għal sitwazzjoni li fiha l-ħin tal-wasla ta’ titjira mressqa ’l quddiem huwa fil-limiti msemmija f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-regolament jipprevedi li, meta, skont l-Artikolu 8 tal-imsemmi regolament, passiġġier jiġi propost rotta differenti lejn id-destinazzjoni finali tiegħu fuq titjira oħra li l-ħin tal-wasla tagħha ma jaqbiżx il-ħin tal-wasla skedat tat-titjira rriżervata inizjalment b’sagħtejn sa erba’ sigħat skont d-distanza tat-titjira, it-trasportatur tal-ajru li jopera jkollu d-dritt li jnaqqas b’50 % il-kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu 7.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Bħalma rrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 105 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 261/2004 isegwi espliċitament li d-dritt li jitnaqqas l-ammont tal-kumpens ikopri s-sitwazzjoni li fiha t-trasportatur tal-ajru li jopera jipproponi rotta differenti li tillimita d-dewmien fid-destinazzjoni finali. Min-naħa l-oħra, din id-dispożizzjoni bl-ebda mod ma’ tinvoka s-sitwazzjoni li fiha l-passiġġier jasal, minħabba tressiq ’il quddiem tat-titjira tiegħu, fid-destinazzjoni finali qabel il-ħin tal-wasla inizjalment skedat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Għandu jiżdied, f’dan ir-rigward, li l-leġiżlatur tal-Unjoni ħa inkunsiderazzjoni kemm tressiq ’il quddiem kif ukoll dewmien ta’ titjira fil-kuntest tal-offerta ta’ rotta differenti msemmija fl-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004. Madankollu, filwaqt li kien konxju tal-inkonvenjenzi marbuta mat-tressiq ’il quddiem ta’ titjira, dan il-leġiżlatur ma qiesx li rotta differenti proposta mit-trasportatur tal-ajru li jopera li tippermetti li jiġi limitat il-kobor tal-konsegwenzi dannużi ta’ tluq imressaq ’il quddiem seta’ jagħti lok għal tnaqqis fl-ammont tal-kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Jekk tali possibbiltà kellha tingħata lil trasportatur tal-ajru li jopera li jipproponi rotta differenti li tagħti lok għal wasla mressqa ’l quddiem, din ikollha bħala riżultat li tawtorizza sistematikament tnaqqis tal-ammont tal-kumpens meta dan it-trasportatur jipproċedi għal tressiq ’il quddiem sinjifikattiv tat-titjira.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Issa, bħal dak li ġie rrilevat fil-kuntest tar-raba’ domanda fil-Kawża C‑188/20 u tal-ewwel domanda fil-Kawża C‑146/20, tressiq ’il quddiem sinjifikattiv ta’ titjira jagħti lok għal inkonvenjenzi serji li jiġġustifikaw kumpens. Iċ-ċirkustanza li tnaqqis fl-ammont tal-kumpens għandu dejjem jiġi ammess f’tali sitwazzjoni, minħabba s-sempliċi fatt li l-passiġġier ma jkollux dewmien fil-wasla fid-destinazzjoni finali tiegħu u għalhekk jinsab fil-limiti imposti mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 261/2004, tkun tmur kontra l-għan imfittex minn dan ir-regolament intiż li jissaħħu d-drittijiet tal-passiġġieri li jiltaqgħu ma’ inkonvenjenzi serji.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu preċedenti, ir-risposta għall-ħames domanda fil-Kawża C‑188/20 u għad-domanda unika fil-Kawża C‑270/20 għandha tkun li l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli għal sitwazzjoni li fiha l-ħin tal-wasla ta’ titjira mressqa ’l quddiem jinsab fil-limiti msemmija f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq is‑sitt domanda fil‑Kawża C‑188/20 u t‑tieni domanda fil‑Kawża C‑146/20</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Permezz tas-sitt domanda tagħha fil-Kawża C‑188/20, li hija analoga għat-tieni domanda tagħha fil-Kawża C‑146/20, il-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf) tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 5(1)(a) u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 261/2004 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-informazzjoni dwar it-tressiq ’il quddiem tat-titjira, ikkomunikata lill-passiġġier qabel il-bidu tal-vjaġġ fuq it-tressiq ’il quddiem tat-titjira tista’ tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0090" ID="QS0090"/>offerta ta’ rotta differenti<QUOT.END REF.START="QS0090" CODE="201D" ID="QE0090"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn qari flimkien tal-Artikolu 5(1)(a) u tal-Artikolu 8(1)(b) ta’ dan ir-regolament isegwi li l-passiġġieri kkonċernati mill-kanċellazzjoni ta’ titjira għandhom jiġu offruti mit-trasportatur tal-ajru li jopera rotta differenti lejn id-destinazzjoni finali tagħhom, f’kundizzjonijiet ta’ trasport paragunabbli u mal-ewwel opportunità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi rrilevat li t-tressiq ’il quddiem tat-titjira, bħal dak li seħħ fis-sitwazzjonijiet inkwistjoni fil-Kawżi C‑188/20 u C‑146/20, jista’ jikkostitwixxi rotta differenti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0091" ID="QS0091"/>taħt kondizzjonijiet tat-trasport paragunabbli<QUOT.END REF.START="QS0091" CODE="201D" ID="QE0091"/>, fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tal-imsemmi regolament, peress li huma biss il-ħinijiet tat-titjira li ġew mibdula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Barra minn hekk, offerta ta’ rotta differenti li tipproponi titjira li l-ħin tat-tluq tagħha hija mressqa ’l quddiem meta mqabbel mal-ħin tat-tluq tat-titjira annullata tista’ tikkostitwixxi rotta differenti mwettqa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0092" ID="QS0092"/>ma’ l-ewwel opportunitá<QUOT.END REF.START="QS0092" CODE="201D" ID="QE0092"/>, fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 261/2004, meta din l-offerta tippermetti lill-passiġġier jilħaq id-destinazzjoni finali tiegħu malajr kemm jista’ jkun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Għandu jiżdied li t-trasportatur tal-ajru li jopera huwa obbligat jipproponi lill-passiġġier li t-titjira tiegħu tkun ġiet annullata d-diversi possibbiltajiet imsemmija fl-Artikolu 8(1)(a) sa (ċ) ta’ dan ir-regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Rusu</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑354/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:637">EU:C:2019:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Għalhekk, sabiex il-passiġġier jitpoġġa f’pożizzjoni li jkun jista’ jeżerċita effettivament id-drittijiet tiegħu fil-każ ta’ kanċellazzjoni, fis-sens tal-premessa 20 tal-imsemmi regolament, huwa t-trasportatur tal-ajru li jopera li għandu jipprovdilu l-informazzjoni kollha dwar id-drittijiet li joħorġu mill-Artikolu 8(1) tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu preċedenti, ir-risposta għas-sitt domanda fil-Kawża C‑188/20 u għat-tieni domanda fil-Kawża C‑146/20 għandha tkun li l-Artikolu 5(1)(a) u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-informazzjoni dwar it-tressiq ’il quddiem tat-titjira, ikkomunikata lill-passiġġier qabel il-bidu tal-vjaġġ dwar it-tressiq ’il quddiem tat-titjira tista’ tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0093" ID="QS0093"/>offerta ta’ rotta differenti<QUOT.END REF.START="QS0093" CODE="201D" ID="QE0093"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="21"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-seba’ domanda fil-Kawża C‑188/20</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Permezz tas-seba’ domanda tagħha fil-Kawża C‑188/20, il-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf) tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 261/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq it-trasportatur tal-ajru li jopera l-obbligu li jinforma lill-passiġġier tal-ajru bid-denominazzjoni eżatta u bl-indirizz tal-impriża li mingħandha huwa jista’ jitlob kumpens skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, kif ukoll bl-ammont eżatt ta’ dan tal-aħħar u, jekk ikun il-każ, li jippreċiża d-dokumenti li għandu jannetti mat-talba tiegħu għal kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 14(2) tal-imsemmi regolament, it-trasportatur tal-ajru li jopera li jirrifjuta l-imbark jew li jikkanċella titjira għandu jipprovdi lil kull passiġġier ikkonċernat avviż bil-miktub li jistabbilixxi r-regoli għall-kumpens u għall-assistenza konformement mad-dispożizzjonijiet tal-istess regolament. Skont din id-dispożizzjoni, it-trasportatur tal-ajru li jopera għandu jippreżenta dan l-avviż ukoll lil kull passiġġier li jsofri dewmien ta’ mill-inqas sagħtejn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>L-imsemmija dispożizzjoni għandha tinqara fid-dawl tal-premessa 20 tar-Regolament Nru 261/2004, li minnha jirriżulta li l-passiġġieri għandhom ikunu infurmati bis-sħiħ dwar id-drittijiet tagħhom, b’mod partikolari fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, sabiex ikunu f’pożizzjoni li jeżerċitaw dawn id-drittijiet effettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet li jirriżultaw minn dan ir-regolament jissupponi li l-passiġġier jitpoġġa f’pożizzjoni li jkun jista’ jindirizza utilment lill-impriża li mingħandha huwa jista’ jitlob kumpens skont l-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament, b’tali mod li huwa għandu, għal dan l-għan, ikollu d-denominazzjoni eżatta ta’ din l-impriża u l-indirizz tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-informazzjoni dwar ir-regoli tal-kumpens li għandu jipprovdi t-trasportatur tal-ajru li jopera, konformement mal-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 261/2004, timplika li l-passiġġier ikun infurmat ukoll bil-proċedura li għandu jsegwi sabiex jasserixxi d-drittijiet tiegħu. F’dan ir-rigward, huwa t-trasportatur tal-ajru li jopera li għandu jinforma lill-passiġġier bid-dokumenti li huwa għandu jannetti, jekk ikun il-każ, mat-talba tiegħu għal kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, it-trasportatur tal-ajru li jopera ma huwiex obbligat jinforma lill-passiġġier bl-ammont eżatt tal-kumpens li dan tal-aħħar jista’ eventwalment jikseb skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament. Fil-fatt, tali informazzjoni ma tikkonċernax ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0094" ID="QS0094"/>regoli għall-kumpens u assistenza skond dan ir-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0094" CODE="201D" ID="QE0094"/>, fis-sens tal-Artikoli 14(2) tal-imsemmi regolament, iżda tikkonċerna l-applikazzjoni tagħhom għal każ individwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu preċedenti, ir-risposta għas-seba’ domanda fil-Kawża C‑188/20 għandha tkun li l-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jimponi fuq it-trasportatur tal-ajru li jopera l-obbligu li jinforma lill-passiġġier tal-ajru bid-denominazzjoni eżatta u bl-indirizz tal-impriża li magħha huwa jista’ jitlob kumpens skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament kif ukoll, jekk ikun il-każ, li jippreċiża d-dokumenti li huwa għandu jannetti mat-talba tiegħu għal kumpens, mingħajr madankollu ma jimponi fuq dan it-trasportatur l-obbligu li jinforma lill-passiġġier tal-ajru bl-ammont eżatt tal-kumpens li dan tal-aħħar jista’ eventwalment jikseb skont l-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="22"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qrati tar-rinviju, huma dawn il-qrati li jiddeċiedu fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-passiġġier għandu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0095" ID="QS0095"/>reżervazzjoni kkonfermata<QUOT.END REF.START="QS0095" CODE="201D" ID="QE0095"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni meta l-operatur tat-tours jibgħat lil dan il-passiġġier, li miegħu huwa marbut kuntrattwalment, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0096" ID="QS0096"/>prova oħra<QUOT.END REF.START="QS0096" CODE="201D" ID="QE0096"/> fis-sens tal-Artikolu 2(g) ta’ dan ir-regolament, li tinkludi wegħda li jiġi ttrasportat fuq titjira preċiża, individwalizzata bl-indikazzjoni tal-postijiet u l-ħinijiet tat-tluq u tal-waslu, kif ukoll bin-numru tat-titjira, u dan anki fl-ipoteżi meta dan l-operatur tat-tours ma jkunx irċieva konferma mit-trasportatur tal-ajru kkonċernat dwar il-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla ta’ din it-titjira.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(b) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li trasportatur tal-ajru jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0097" ID="QS0097"/>trasportatur tal-ajru li jopera<QUOT.END REF.START="QS0097" CODE="201D" ID="QE0097"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, fil-konfront ta’ passiġġier meta dan tal-aħħar ikun ikkonkluda kuntratt ma’ operatur tat-tours għal titjira preċiża mwettqa minn dan it-trasportatur tal-ajru mingħajr l-imsemmi trasportatur tal-ajru ma jkun ikkonferma l-ħinijiet tat-titjira jew mingħajr l-operatur tat-tours ma jkun għamel reżervazzjoni għal dan il-passiġġier mal-istess trasportatur tal-ajru.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(h), l-Artikolu 5(1)(ċ), it-tieni sentenza tal-Artikolu 7(1) kif ukoll l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ħin tal-wasla skedat ta’ titjira, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, jista’ jirriżulta, għall-finijiet tal-kumpens dovut skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0098" ID="QS0098"/>prova oħra<QUOT.END REF.START="QS0098" CODE="201D" ID="QE0098"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(g) tal-imsemmi regolament, li ntbagħtet lill-passiġġier mill-operatur tat-tours.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(l) u l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li titjira titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0099" ID="QS0099"/>kkanċellata<QUOT.END REF.START="QS0099" CODE="201D" ID="QE0099"/> meta t-trasportatur tal-ajru li jopera jressaq din it-titjira ’l quddiem b’iktar minn b’siegħa.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli għal sitwazzjoni li fiha l-ħin tal-wasla ta’ titjira mressqa ’l quddiem jinsab fil-limiti msemmija f’din id-dispożizzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">6)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5(1)(a) u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-informazzjoni dwar it-tressiq ’il quddiem tat-titjira, ikkomunikata lill-passiġġier qabel il-bidu tal-vjaġġ, tista’ tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0100" ID="QS0100"/>offerta ta’ rotta differenti<QUOT.END REF.START="QS0100" CODE="201D" ID="QE0100"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="23"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">7)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jimponi fuq it-trasportatur tal-ajru li jopera l-obbligu li jinforma lill-passiġġier tal-ajru bid-denominazzjoni eżatta u bl-indirizz tal-impriża li magħha huwa jista’ jitlob kumpens skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament kif ukoll, jekk ikun il-każ, li jippreċiża d-dokumenti li huwa għandu jannetti mat-talba tiegħu għal kumpens, mingħajr madankollu ma jimponi fuq dan it-trasportatur l-obbligu li jinforma lill-passiġġier tal-ajru bl-ammont eżatt tal-kumpens li dan tal-aħħar jista’ eventwalment jikseb skont l-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>