European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/1922

26.3.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12326 – SFPIM / LINEAS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/1922)

1.   

Fis-17 ta’ Marzu 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Société fédérale de participations et d’investissement SA — Federale Participatie -en Investeringsmaatschappij NV (“SFPIM”, il-Belġju),

—

Lineas Group NV (minn hawn ’il quddiem “Lineas”, il-Belġju), ikkontrollata minn Argos Wityu (Franza).

SFPIM se takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll esklużiv ta’ Lineas kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

SFPIM hija kumpanija pubblika proprjetà sħiħa tal-Istat Belġjan. Tinsab attiva fi tliet attivitajiet prinċipali: i) għandha parteċipazzjonijiet f’kumpaniji pubbliċi u privati; ii) tinvesti f’impriżi b’valur soċjali; u iii) tikkontribwixxi għall-politiki tal-gvern federali Belġjan u għall-implimentazzjoni ta’ proġetti f’ismu. Is-sussidjarji tal-SFPIM huma attivi primarjament fil-Belġju f’firxa wiesgħa ta’ setturi. Id-dħul tal-SFPIM jiġi ġġenerat fil-Belġju u fl-UE,

—

Lineas hija operatur tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. In-negozju ewlieni tagħha huwa l-forniment ta’ servizzi ta’ trazzjoni madwar l-Ewropa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12326 — SFPIM / LINEAS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1922/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)