|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/4995 |
13.10.2026 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2026/4995)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Haut-Poitou”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-FR-A0726-AM02 — 7.7.2026
1. Isem il-prodott
Haut-Poitou
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
3. Settur
|
☐ |
Prodotti agrikoli |
|
☑ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Franza
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Isem
Il-Ministeru għall-Agrikoltura u għas-Sovranità tal-Ikel, id-Direttorat Ġenerali għall-Prestazzjoni Ekonomika u Ambjentali tal-Intrapriżi
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li t-talba ppreżentata tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) 2024/1143.
L-emendi tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huma emendi standard skont id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143.
It-talba għal emenda tad-DOP Haut-Poitou ma tinvolvi l-ebda waħda mit-tliet sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu emenda tal-Unjoni, jiġifieri:
|
(a) |
ma tinkludix tibdil fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew fil-prodotti deżinjati mill-indikazzjoni ġeografika; |
|
(b) |
ma tirriskjax li tħassar ir-rabta mal-ambjent ġeografiku; |
|
(c) |
ma tinvolvix restrizzjonijiet ġodda fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. |
Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li t-talba tikkwalifika għal emenda hekk imsejħa “standard”.
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Titolu
Ismijiet ġeografiċi
Deskrizzjoni
Il-grupp ta’ produtturi tad-denominazzjoni għalhekk iddeċieda li jiddeżinja l-inbejjed permezz ta’ unità ġeografika usa’, bl-użu tat-terminu “Vin de Loire” minflok “Val de Loire”.
Din il-bidla timxi mal-istrateġiji ta’ komunikazzjoni adottati mill-produtturi tal-inbejjed tal-Loire.
L-objettiv huwa li din l-identità tkun tista’ tinqara aħjar u tkun allinjata aħjar mar-realtà tal-inbejjed prodotti mill-operaturi fil-baċir.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Iż-żona ġeografika u ż-żona fil-viċinanza immedjata
Deskrizzjoni
Ir-referenza għall-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali ġiet aġġornata fir-rigward tal-lista ta’ muniċipalitajiet fiż-żona ġeografika u fiż-żona fil-prossimità immedjata u tal-ismijiet ta’ ċerti muniċipalitajiet.
Ma saret l-ebda bidla fil-konfini taż-żoni kkonċernati.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Varjetajiet tad-dwieli
Deskrizzjoni
It-tħassir tar-regoli dwar il-proporzjon fl-użu. Din l-emenda ma hijiex se taffettwa l-inbejjed, peress li r-regoli dwar it-taħlit tal-varjetajiet baqgħu l-istess.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Densità tat-tħawwil
Deskrizzjoni
it-tnaqqis tad-densità minima minn 4 200 għal 4 000 pjanta għal kull ettaru u tad-distanza bejn il-pjanti fil-flanni ta’ bejn 1 u 0,90 m. It-tnaqqis żgħir fid-densità tat-tħawwil mitlub għandu jagħmilha possibbli li jiġu rikonoxxuti l-użi attwali adattati għall-iktar sitwazzjonijiet aridi, u li din il-prattika tiġi awtorizzata fiż-żoni kollha jekk l-episodji ta’ nixfa jsiru iktar frekwenti.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Regoli taż-żbir
Deskrizzjoni
Emenda tar-regoli biex jinżammu żewġ metodi ta’ żbir (Guyot jew cordon), biex jiżdied l-għadd ta’ għejun u friegħi li jagħtu l-frott (2 għejun oħra għall-inbejjed bojod) u biex issir distinzjoni bejn iż-żbir tal-varjetajiet bojod u suwed (li jikkonservaw 2 għejun inqas).
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Għoli tal-faxxina
Deskrizzjoni
It-tnaqqis tal-għoli tal-faxxina fuq il-kannizzati għad-dwieli b’żabra Guyot (minn 0,6 għal 0,5 darbiet id-distanza bejn il-flanni) u l-limitazzjoni tal-għoli tal-faxxina għad-dwieli cordon. F’kuntest ta’ tisħin, dan l-iżvilupp jirregola aħjar l-għoli tal-faxxina tad-dwieli cordon u, għad-dwieli fuq il-kannizzati b’żabra Guyot, huwa mod kif titnaqqas l-evapotraspirazzjoni u jitnaqqas ir-riskju li r-rimjiet jitkissru mir-riħ.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Prattiki oħra ta’ kultivazzjoni
Deskrizzjoni
L-introduzzjoni tal-obbligu li tinżamm il-kopertura tal-veġetazzjoni bejn il-flanni jew li tiġi kkontrollata l-veġetazzjoni spontanja permezz tal-ħdim tar-raba’ jew l-użu ta’ erbiċidi ta’ bijokontroll.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Irrigazzjoni
Deskrizzjoni
L-awtorizzazzjoni tal-irrigazzjoni għal din id-denominazzjoni b’deroga skont l-Artikolu D. 645-5 tal-Kodiċi Rurali, li timponi sistema ta’ taqtir. Din it-talba hija ġġustifikata mill-aridità ta’ ċerti żoni ta’ din il-vinja li jinsabu 50 km fin-Nofsinhar tal-Loire.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Tagħbija massima ta’ kull roqgħa tal-art
Deskrizzjoni
B’rabta mal-awtorizzazzjoni tal-irrigazzjoni, ġiet introdotta dispożizzjoni li tillimita t-tagħbija medja massima għal kull roqgħa tal-art għad-dwieli irrigati. It-tagħbija massima tad-dwieli mhux irrigati ma nbidlitx.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Ħsad
Deskrizzjoni
It-tħassir tal-projbizzjoni fuq il-ħsad. L-għarfien espert tal-operaturi jagħmilha possibbli li tingħeleb din ir-restrizzjoni, peress li l-monitoraġġ tal-maturazzjoni jissaħħaħ fil-kuntest tar-reġistri previsti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Maturazzjoni tal-għeneb
Deskrizzjoni
Iż-żamma tar-regoli attwali (minimu ta’ 60 % tal-Cabernet Franc fl-inbejjed ħomor, minimu ta’ 40 % tal-Cabernet Franc, 20 % tal-Pinot Noir u 20 % tal-Gamay fl-inbejjed rożè). Il-kitba mill-ġdid proposta hija meħtieġa wara t-tħassir tar-regoli dwar il-proporzjon fl-użu, peress li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott irreferiet għal dawn ir-regoli dwar il-varjetajiet tad-dwieli.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Standards analitiċi
Deskrizzjoni
It-tħassir tal-projbizzjoni fuq l-użu tal-faħam għall-użu enoloġiku għall-inbejjed rożè, it-tħassir tal-projbizzjoni fuq l-użu tal-laqx tal-injam għall-inbejjed bojod u rożè u ż-żieda minn 12 għal 12,5 % fil-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-inbejjed bojod u rożè li jiġu mqawwijin.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Kapaċità tal-kantini tal-inbid
Deskrizzjoni
Tnaqqis minn 1,4 għal 1,2 darba l-volum medju vinifikat. Dan it-tnaqqis, iġġustifikat mill-predominanza tal-inbejjed bojod b’newba rapida, se jippermetti t-tnaqqis tal-kostijiet tal-investiment għall-operaturi l-ġodda jew għal dawk li jixtiequ jespandu l-vinji tagħhom.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Perjodu li matulu l-inbejjed jistgħu jiċċirkolaw bejn l-imħażen awtorizzati
Deskrizzjoni
It-tħassir biex issir referenza għar-regolamentazzjoni ġenerali.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Rabta maż-żona ġeografika
Deskrizzjoni
Informazzjoni dwar iż-żona ġeografika: L-aġġornament tad-data dwar il-klima biex titqies l-evoluzzjoni fil-klima, u l-kitba mill-ġdid tal-elementi storiċi, abbażi tal-ħidma ta’ storiku li ffoka fuq l-emerġenza tal-vinja tal-Haut-Poitou. Dawn il-kjarifiki jsaħħu s-sens ta’ appartenenza tal-operaturi għal skop komuni, bl-għeruq fit-territorju u fl-istorja.
Informazzjoni dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodotti: Kjarifika dwar kif l-inbejjed rożè jsiru permezz ta’ għasir dirett, maċerazzjoni qasira jew bil-metodu saignée. Dan is-suppliment x’aktarx li jipprovdi ċertezza legali għad-diversità tal-prattiki fil-vinja.
Din l-informazzjoni hija prinċipalment aġġornament tad-data storika u ma taffettwax id-dokument uniku.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Miżuri tranżizzjonali
Deskrizzjoni
It-tħassir ta’ dan il-kapitolu mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott, li d-dispożizzjonijiet kollha tiegħu huma antikwati jew ma għadhomx rilevanti bħala riżultat tal-emendi proposti (varjetajiet tad-dwieli, densità).
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Regoli dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar
Deskrizzjoni
Emenda editorjali biex tiġi ċċarata n-natura fakultattiva tal-indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb fuq it-tikketti.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Obbligi ta’ dikjarazzjoni
Deskrizzjoni
Dikjarazzjoni minn qabel tal-użu tal-irqajja’ tal-art: tħassir tat-tiġdid taċitu u kjarifika tal-kontenut ta’ din id-dikjarazzjoni. L-obbligu ta’ dikjarazzjoni annwali taż-żoni affettwati għandu jagħmilha possibbli li wieħed ikun jaf b’mod iktar preċiż il-bażi tal-kontrolli.
Dikjarazzjoni minn qabel tal-bejgħ bl-ingrossa: minn dikjarazzjoni annwali qabel il-kummerċjalizzazzjoni tal-ewwel lott tas-sena għal dikjarazzjoni sistematika qabel kull irtirar. L-għan huwa li jkunu jistgħu jiġu organizzati aħjar il-kontrolli fuq il-prodotti.
Dikjarazzjoni tad-dispaċċ barra mit-territorju nazzjonali: żieda tal-obbligu li l-grupp ta’ produtturi jiġi infurmat bid-denominazzjoni flimkien mal-korp ta’ kontroll. Din l-emenda tirrifletti wkoll l-ambizzjoni li tittejjeb l-effiċjenza tas-sistema ta’ kontroll.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Żamma tar-reġistri
Deskrizzjoni
Reġistru tad-dwieli: sostituzzjoni tar-reġistru eżistenti tad-dwieli bi tliet reġistri ġodda (monitoraġġ tal-irqajja’ tal-art b’perċentwal ta’ nuqqasijiet, reġistru tal-kultivazzjoni b’reġistrazzjoni tat-trattamenti, reġistru ta’ monitoraġġ tal-maturazzjoni).
Reġistru tal-fabbriki tal-inbid: it-tħassir ta’ dan ir-reġistru, li ħoloq duplikazzjoni flimkien mal-obbligi regolatorji bħall-pjan tal-kantina u r-reġistru tal-immaniġġar. Ir-reġistru tal-monitoraġġ tal-lottijiet maħsuba għall-bejgħ bl-ingrossa jew għall-imballaġġ għandu jinżamm l-istess.
Dwieli taħt miżura tranżizzjonali: it-tħassir ta’ dan ir-reġistru ma għadux meħtieġ
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Punti ewlenin li jridu jiġu kkontrollati
Deskrizzjoni
Bidliet sostantivi u formali fit-tabella tal-punti ewlenin li jridu jiġu kkontrollati sabiex jiġu mmirati aħjar il-punti ta’ kontroll li jkollhom impatt fuq il-karatteristiċi tal-prodott. L-għan hawnhekk huwa li jinżammu biss ir-regoli essenzjali u li jitħassru d-dispożizzjonijiet li huma inqas importanti (nuqqasijiet, għoli tal-kannizzati, prattiki oħra ta’ kultivazzjoni, prattiki enoloġiċi, imballaġġ) jew li ma għadhomx applikabbli (varjetajiet ta’ dwieli għall-użu, miżuri tranżizzjonali). Fid-dawl tat-tħassir tar-regoli dwar il-proporzjon fl-użu tal-varjetajiet, ġie miżjud punt biex jissaħħaħ il-kontroll tat-taħlitiet.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Referenzi
Deskrizzjoni
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità (INAO) ġew aġġornati.
Id-dispożizzjoni li tikkonċerna l-kontroll tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġiet emendata.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbejjed
“Haut-Poitou”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-FR-A0726-AM02 — 7.7.2026
1. Isem/Ismijiet
Haut-Poitou
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
Franza
4. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
2204 - Inbejjed ta’ għeneb frisk, inklużi inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009
5. Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fl-Anness VII, il-Parti II, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
|
1. |
Inbid |
6. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Prodott tad-dwieli
Inbejjed bojod mhux frizzanti
Karatteristiċi organolettiċi
Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Haut-Poitou hija rriżervata għall-inbejjed bojod.
L-inbejjed bojod mhux frizzanti spiss ikollhom aromi ta’ fjuri u ta’ frott li jikkombinaw fjuri bojod, fjuri sofor u frott taċ-ċitru.
L-inbejjed bojod mhux frizzanti ikollhom karattru frisk
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
Dawn jistgħu jiġu żviluppati bl-użu ta’ tekniki differenti: għasir dirett, maċerazzjoni qasira, metodu saignée.
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal—volum) |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum) |
— |
|
Aċidità totali minima |
— |
|
Unità ta’ aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
— |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
L-inbejjed bojod mhux frizzanti jkollhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 10,5 %.
Wara l-fermentazzjoni, l-inbejjed bojod ikollhom kontenut massimu ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ 3 grammi għal kull litru.
Wara li jiġu mqawwijin, dawn l-inbejjed ma jkollhomx qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ iktar minn 12,5 %.
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
Inbejjed ħomor mhux frizzanti
Karatteristiċi organolettiċi
L-inbejjed ħomor mhux frizzanti huma eleganti, b’lewn li jxaqleb lejn ir-rubin.
Spiss ikollhom aromi ta’ frott aħmar żgħir u ċirasa qarsa.
Ikollhom noti ta’ ħwawar u jkunu friski.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
—
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum) |
— |
|
Aċidità totali minima |
— |
|
Unità ta’ aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
— |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
L-inbejjed ħomor mhux frizzanti jkollhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 11 %.
Il-fermentazzjoni malolattika titlesta għall-inbejjed ħomor.
L-inbejjed ħomor lesti biex jiġu kkummerċjalizzati bl-ingrossa jew bl-imballaġġ ikollhom kontenut ta’ aċidu maliku ta’ mhux iktar minn 0,4 grammi għal kull litru.
Wara l-fermentazzjoni, l-inbejjed ħomor ikollhom kontenut massimu ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ 2,5 grammi għal kull litru.
Wara li jiġu mqawwijin, dawn l-inbejjed ma jkollhomx qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ iktar minn 12,5 %.
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
Inbejjed rożé mhux frizzanti
Karatteristiċi organolettiċi
Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Haut-Poitou hija rriżervata għall-inbejjed rożè.
L-inbejjed rożè mhux frizzanti jkollhom aromi qawwijin ta’ frott misjur.
L-inbejjed rożè mhux frizzanti jkunu ħfief, b’nervożità iżda mingħajr ma jkunu aggressivi.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
—
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum) |
— |
|
Aċidità totali minima |
— |
|
Unità ta’ aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
— |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
L-inbejjed rożè mhux frizzanti jkollhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 10,5 %.
Wara l-fermentazzjoni, l-inbejjed rożè jkollhom kontenut massimu ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ 3 grammi għal kull litru.
Wara li jiġu mqawwijin, dawn l-inbejjed ma jkollhomx qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ iktar minn 12,5 %.
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
7. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
7.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom
Densità tat-tħawwil
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru. Dawn id-dwieli ma jistax ikollhom distanza ta’ iktar minn 2,20 metri bejn il-flanni u distanza ta’ inqas minn 0,90 metri bejn il-pjanti fl-istess flann.
Regoli taż-żbir
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-dwieli jinżabru b’żabra Guyot jew b’żabra cordon.
Varjetajiet bojod u griżi:
|
— |
B’żabra Guyot, id-dwieli jinżabru sa massimu ta’ 14-il għajn għal kull pjanta. Id-dwieli jistgħu jinżabru b’żewġ għejun addizzjonali għal kull pjanta, diment li fl-istadju fenoloġiku li jikkorrispondi għal 11 jew 12-il werqa (blanzuni separati), in-numru ta’ friegħi li jagħtu l-frott tas-sena għal kull pjanta jkun ta’ 14 jew inqas. |
|
— |
B’żabra cordon, id-dwieli jinżabru sa massimu ta’ 16-il għajn għal kull pjanta. Id-dwieli jistgħu jinżabru b’żewġ għejun addizzjonali għal kull pjanta, diment li fl-istadju fenoloġiku li jikkorrispondi għal 11 jew 12-il werqa (blanzuni separati), in-numru ta’ friegħi li jagħtu l-frott tas-sena għal kull pjanta jkun ta’ 16 jew inqas. |
Varjetajiet suwed:
|
— |
B’żabra Guyot, id-dwieli jinżabru sa massimu ta’ 12-il għajn għal kull pjanta. Id-dwieli jistgħu jinżabru b’żewġ għejun addizzjonali għal kull pjanta, diment li fl-istadju fenoloġiku li jikkorrispondi għal 11 jew 12-il werqa (blanzuni separati), in-numru ta’ friegħi li jagħtu l-frott tas-sena għal kull pjanta jkun ta’ 12 jew inqas. |
|
— |
B’żabra cordon, id-dwieli jinżabru sa massimu ta’ 14-il għajn għal kull pjanta. Id-dwieli jistgħu jinżabru b’żewġ għejun addizzjonali għal kull pjanta, diment li fl-istadju fenoloġiku li jikkorrispondi għal 11 jew 12-il werqa (blanzuni separati), in-numru ta’ friegħi li jagħtu l-frott tas-sena għal kull pjanta jkun ta’ 14 jew inqas. |
Tqawwija
Prattika enoloġika speċifika
It-tekniki ta’ tqawwija sottrattiva huma awtorizzati għall-inbejjed ħomor u r-rata massima ta’ konċentrazzjoni parzjali meta mqabbla mal-volumi użati hija ffissata għal 10 %. Wara li jiġu mqawwijin, l-inbejjed ma jridux jaqbżu l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 12,50 %.
Irrigazzjoni
Prattika enoloġika speċifika
L-irrigazzjoni permezz ta’ sistema ta’ taqtir tista’ tiġi awtorizzata, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu D. 645-5 tal-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu, f’każ ta’ stress idriku li jista’ jikkomprometti l-kwalità tal-produzzjoni tal-inbid.
7.2. Rendimenti massimi
Inbejjed bojod mhux frizzanti
|
Rendiment massimu |
72 |
|
Unità ta’ rendiment massimu |
ettolitru għal kull ettaru |
Inbejjed ħomor u rożè mhux frizzanti
|
Rendiment massimu |
66 |
|
Unità ta’ rendiment massimu |
ettolitru għal kull ettaru |
8. Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed
|
— |
Cabernet franc N |
|
— |
Gamay N |
|
— |
Gamay de Bouze N |
|
— |
Gamay de Chaudenay N |
|
— |
Merlot N |
|
— |
Pinot noir N |
|
— |
Sauvignon B - Sauvignon blanc |
|
— |
Sauvignon gris G - Fié gris |
9. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita
1°- Żona ġeografika
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tas-sena 2025:
|
— |
Dipartiment ta’ Deux-Sèvres: Doux; |
|
— |
Dipartiment ta’ Vienne: Amberre, Avanton, Beaumont Saint-Cyr, Chabournay, Champigny en Rochereau, Cherves, Chouppes, Cissé, Coussay, Craon, Cuhon, Dissay, Jaunay-Marigny, Lencloître, Maisonneuve, Massognes, Mirebeau, Neuville-de-Poitou, Saint-Georges-lès-Baillargeaux, Saint-Martin-la-Pallu, Thurageau, Vouzailles, Yversay. |
2°– Żona tar-roqgħa tal-art definita
L-inbejjed iridu jsiru esklużivament mid-dwieli li jinsabu fiż-żona tar-roqgħa tal-art tal-produzzjoni approvata mill-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u tal-Kwalità fil-laqgħat tal-kumitat nazzjonali kompetenti li saru fis-16 ta’ Novembru 2010 u fit-8 ta’ Ġunju 2016.
L-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u tal-Kwalità jissottometti l-mapep li jistabbilixxu l-konfini tal-irqajja’ taż-żoni ta’ produzzjoni approvati b’dan il-mod lill-kunsilli lokali tal-muniċipalitajiet elenkati fil-paragrafu 1.
10. Rabta maż-żona ġeografika
Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
Sommarju tar-rabta
Iż-żona ġeografika, li tinsab qrib is- “Seuil du Poitou”, li timmarka t-tranżizzjoni bejn il-Baċir ta’ Pariġi u l-Baċir ta’ Aquitain, hija l-estensjoni l-iktar fin-Nofsinhar tar-reġjun tal-vitikultura ta’ “Val de Loire”.
Iż-żona ġeografika hija bbażata fuq pjanura mmewġa b’altitudni ta’ bejn 80 metru u 120 metru, b’diversi għoljiet li jlaħħqu għoli sa madwar 150 metru. Ftit mogħdijiet tal-ilma jaqsmu din il-pjanura u jsawru r-riljievi. Verifika tal-osservazzjoni u l-analiżi mwettqa mill-vitikulturi dwar l-imġiba tad-dwieli tagħhom sabiex jiddefinixxu l-post korrett tal-vinji. Iż-żona tal-irqajja’ tal-art definita għall-ħsad tal-għeneb tikklassifika l-iktar irqajja’ tal-art favorevoli, raggruppati skont it-tip, bi:
|
— |
ħamrija taflija u tal-ġebla tal-ġir kannella, jew “art ta’ msaġar”, bi skular sew, li tisħon u li jibqgħu tajjeb fir-rebbiegħa u li jiżguraw provvista tal-ilma suffiċjenti iżda moderata lid-dielja, filwaqt li x-xquq fil-blat sottostanti jiffavorixxu l-għeruq fondi tagħha; |
|
— |
“varennes”, b’sawra ramlija li tippermetti skular naturali tajjeb u bidu bikri għad-dielja; |
|
— |
“terres d’aubues”, li spiss tkun tinsab fuq inklinazzjonijiet weqfin, tajba ħafna għall-għeruq fondi tad-dwieli u li ftit li xejn trodd l-ilma mill-ħamrija għas-sistema tal-għeruq, u dan jirriżulta fi stress moderat tal-ilma li huwa partikolarment favorevoli għall-maturazzjoni tal-għeneb. |
Il-varjetà tal-għeneb Cabernet Franc N toktor ferm fil-“petites groies” u fit-“terres d’aubues”, u f’dawn il-kundizzjonijiet issib il-bażi essenzjali għal maturazzjoni kostanti tul is-snin. Iżżid ħjiel ta’ lewn fl-inbejjed rożè u tikkontribwixxi għall-kumplessità tagħhom. L-inbejjed li jirriżultaw ikollhom ukoll struttura tannika sabiħa u jiżviluppaw aromi rikki ta’ frott misjur. Għalhekk jiffurmaw is-sinsla tal-inbejjed ħomor, u jiffurmaw mill-inqas 60 % tal-kompożizzjoni ta’ dawn l-inbejjed.
Il-varjetajiet Sauvignon B u Sauvignon Gris G jitħawlu prinċipalment b’suċċess fuq il-“grosses grossies” u l-inbejjed li jirriżultaw jesprimu karatteristiċi ta’ fjuri, friski u oriġinali. Il-varjetajiet l-oħra jipprovdu rotondità u diversità aromatika fit-taħlitiet.
Għal ġenerazzjonijiet sħaħ, l-operaturi rnexxielhom joħorġu l-kwalitajiet oriġinali ta’ dak li jipproduċu billi, minn naħa waħda, għażlu varjetajiet ta’ dwieli li jirnexxu f’kundizzjonijiet naturali favorevoli għall-iżvilupp tal-potenzjal aromatiku tagħhom u, min-naħa l-oħra, billi jiġġestixxu b’mod ottimali d-dwieli u l-potenzjal ta’ produzzjoni tagħhom, miksub permezz ta’ tħarriġ bir-reqqa u regoli stretti taż-żbir.
Id-dinamiżmu u l-għarfien espert tal-produtturi, kif ukoll ir-rabta storika tagħhom mal-pajsaġġ tal-vitikultura tagħhom, isostnu r-reputazzjoni ta’ din il-vinja antika, li reġgħet tqajmet matul ir-rikostruzzjoni tagħha wara l-kriżi tal-filossera u żdiedet b’mod sinifikanti mis-snin 80 tas-seklu 20. Xhieda ta’ dan id-dinamiżmu, il-fratellanza bakkika ta’ “Tire-Douzils”, stabbilita fl-1953 li kienet għadha attiva fl-2025, għandha l-għan li twassal biex l-inbejjed ta’ Haut-Poitou jkunu magħrufa u apprezzati, u b’hekk issaħħaħ dak li Jules Guyot sostna fl-“Etude des vignobles de France” (Studju tal-vinji ta’ Franza, Ed. Jeanne Laffitte, 1876), miġbur fil-qosor kif ġej: “Il-klima ta’ Vienne hija tajba ħafna għad-dwieli, ftit kiesħa u ftit umduża fir-rebbiegħa, ftit taħraq fis-sajf, suxxettibbli ħafna għal ġlata tardiva, iżda dan jista’ saħansitra jagħti lill-inbid ċerti kwalitajiet li ma jkollux f’postijiet oħra. Il-klima friska tagħti lill-għeneb u lill-frott l-ieħor kollu finezza li ma tkunx preżenti fejn is-sħana hija l-element permanenti u dominanti tal-veġetazzjoni”.
11. Rekwiżiti oħra applikabbli
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Regoli dwar it-tikkettar
Qafas legali
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
Id-dettalji fakultattivi kollha għandhom jinkitbu fuq it-tikketti, b’karattri li d-daqs tagħhom, kemm fl-għoli kif ukoll fil-wisa’, ma għandux ikun akbar mid-doppju ta’ dak tal-karattri li jifformaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.
Id-daqs tal-ittri tal-isem ġeografiku “Vin de Loire” ma jridx ikun akbar, kemm fl-għoli kif ukoll fil-wisa’, minn żewġ terzi tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.
Jekk l-indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb tidher fuq it-tikketti, din tinkiteb taħt l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata b’ittri tal-istess kulur u li d-daqs tagħhom, kemm fl-għoli kif ukoll fil-wisa’, ma jkunx akbar minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri tal-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.
It-tikkettar tal-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, diment li:
|
— |
tkun post irreġistrat fil-katast; |
|
— |
tkun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad. |
L-isem tal-post irreġistrat fil-katast irid ikun stampat b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx akbar, kemm fl-għoli kif ukoll fil-wisa’, minn nofs dak tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas legali
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika definita
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
Iż-żona fi prossimità immedjata, definita bid-deroga għall-vinifikazzjoni u għall-produzzjoni tal-inbejjed, tinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin fid-dipartiment ta’ Vienne, abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tas-sena 2025: Colombiers, Ouzilly, Scorbé-Clairvaux.
F’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33, iż-żona fil-viċinanza immedjata tikkorrispondi għal żona fil-viċinanza immedjata taż-żona definita kkonċernata.
Referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott (URL)
https://info.agriculture.gouv.fr/boagri/document_administratif-95737c0d-e43c-46a7-a2ef-6bb9ddad2c05
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4995/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)