Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - Protokolli u annessi - 15.Protokoll dwar ċerti kompiti tal-Bank Nazzjonali tad-Danimarka
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0346 - 0346
15. PROTOKOLL DWAR ĊERTI KOMPITI TAL-BANK NAZZJONALI TAD-DANIMARKA IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA, BIX-XEWQA li jsolvu ċertu problemi partikolari li jirrigwardaw id-Danimarka, FTEHMU dwar id-disposizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa: Artikolu uniku L-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ma jolqotx id-dritt tal-Bank Nazzjonali tad-Danimarka li jwettaq il-kompiti eżistenti tiegħu rigward dawk it-territorji tad-Danimarka li mhumiex parti mill-Unjoni. --------------------------------------------------