|
24.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 106/79 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/646
tat-23 ta' April 2015
skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kulturi tal-batterji intenzjonati li jirriduċu s-solidi organiċi u li jitqiegħdu fis-suq għal dak il-għan
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-1 ta' April 2014, l-Irlanda talbet lill-Kummissjoni tiddeċiedi, skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, dwar jekk żewġ prodotti, li jikkonsistu minn kulturi tal-batterji, intenzjonati li jirriduċu s-solidi organiċi u li jitqiegħdu fis-suq għal dak il-għan, humiex prodotti bijoċidali għall-finijiet tal-Artikolu 3(1)(a) ta' dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni fornuta, l-ewwel prodott idewweb l-ħama organika, inaqqas il-livelli tas-sulfur tal-idroġenu u l-ammonijaka tan-nitroġenu u jippurifika l-ilma tal-vaski u l-laguni, — u t-tieni prodott jaċċellera l-ossidazzjoni bijoloġika tal-iskart organiku solidu u d-degradazzjoni organika bijoloġika, itejjeb l-effiċjenza tad-diġestjoni aerobika, inaqqas il-ħama organika fil-qiegħ tal-lagi, il-vaski u sistemi tal-iskart tal-ilma u jnaqqas il-produzzjoni odoruża gassuża. |
|
(3) |
Dawn il-prodotti, bħala effett sekondarju, jirriduċu l-iżvilupp tal-algi fl-ilma iżda ma humiex intenzjonati għal dak il-għan u ma saret l-ebda stqarrija li jistgħu jintużaw għalhekk. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 huma biss il-prodotti li huma intenzjonati li jeqirdu, jimpedixxu, jrendu mhux dannuż, jipprevjenu l-azzjoni ta', jew li jeżerċitaw b'mod ieħor effett ta' kontroll fuq kwalunkwe organiżmu ta' ħsara bi kwalunkwe mezz għajr b'azzjoni sempliċiment fiżika jew mekkanika, li jikkostitwixxu prodotti bijoċidali. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kulturi tal-batterji intenzjonati li jirriduċu s-solidi organiċi, għandhom jitqiegħdu fis-suq għal dak il-għan u l-unika effett sekondarju tagħhom huwa li jirriduċu l-iżvilupp tal-algi fl-ilma għalkemm ma humiex intenzjonati għal dak il-għan, ma humiex prodotti bijoċidali għall-finijiet tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER