14.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/14


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9017 — SK Capital Partners/Schenectady International Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 325/08)

1.   

Fis-6 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

SK Capital Partners, LP (“SK Capital”) (l-Istati Uniti),

—

Addivant USA Holdings Corp. (“Addivant”) (l-Istati Uniti), ikkontrollata minn SK Capital,

—

Schenectady Internationl Group, Inc. (“SI Group”) (l-Istati Uniti).

SK Capital, permezz ta’ Addivant, takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ SI Group.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   SK Capital: ditta tal-investiment privat iffoka fuq materjali ta’ speċjalità, is-setturi tal-kimika u tal-farmaċewtika.

—   Addivant: fornitur globali ta’ addittivi ta’ speċjalità inklużi antiossidanti u sustanzi intermedjarji użati fit-titjib tal-proprjetajiet ta’ produzzjoni u prestazzjoni ta’ plastiks u gomom.

—   SI Group: manifattur u fornitur f’idejn privati ta’ addittivi ta’ prestazzjoni u ta’ intermedjarji kimiċi, attiv globalment.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9017 — SK Capital Partners/Schenectady International Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 1 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).