|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/110 |
31.1.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/110
tat-23 ta’ Jannar 2025
dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97
(notifikata bid-dokument C(2025) 209)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tal-10 ta’ Jannar 1997 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 fuq roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet ta’ roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u li jimponi d-dazju estiż fuq dawn l-importazzjonijiet reġistrati taħt ir-Regolament (KE) Nru 703/96 (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/45 tal-20 ta’ Jannar 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 dwar l-estensjoni tad-dazju anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (3),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 tal-20 ta’ Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 4 sa 7 tiegħu,
Wara li informat lill-Istati Membri,
Billi:
|
(1) |
Dazju anti-dumping japplika fuq l-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) (“id-dazju estiż”) bħala riżultat tal-estensjoni tad-dazju anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 71/97, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta l-miżuri meħtieġa biex tawtorizza l-eżenzjoni tal-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-rota li ma jevitawx id-dazju anti-dumping. |
|
(3) |
Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 88/97 (“ir-Regolament ta’ eżenzjoni”), kif emendat, li jistabbilixxi s-sistema ta’ eżenzjoni speċifika. |
|
(4) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni eżentat għadd ta’ assemblaturi tar-rota mid-dazju estiż (“il-partijiet eżentati”). |
|
(5) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/611 (5), il-Kummissjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-lista tal-partijiet li qegħdin jiġu eżaminati u l-lista aġġornata tal-partijiet eżentati. |
|
(6) |
Kif previst fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-Kummissjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea listi sussegwenti tal-partijiet eżentati. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1279 (6) l-aktar reċenti dwar l-eżenzjonijiet skont ir-Regolament ta’ eżenzjoni ġiet adottata fit-8 ta’ Mejju 2024. |
|
(7) |
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
1. TALBIET GĦAL EŻENZJONI
|
(8) |
Bejn il-21 ta’ April 2023 u t-23 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni rċeviet mingħand il-partijiet elenkati fit-Tabelli 1 u 2, talbiet għal eżenzjoni bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tiddetermina jekk dawn it-talbiet kinux ammissibbli f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
|
(9) |
Il-partijiet li talbu eżenzjoni ngħataw il-possibbiltà li jikkummentaw dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni rigward l-ammissibbiltà tat-talbiet tagħhom. |
|
(10) |
F’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-merti tat-talbiet mill-partijiet li qegħdin jitolbu eżenzjoni, il-pagament tad-dazju estiż fir-rigward ta’ kull importazzjoni ta’ partijiet essenzjali tar-rota ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera minn dawn il-partijiet elenkati fit-Tabelli 1 u 2 ta’ hawn taħt ġie sospiż minn dakinhar li l-Kummissjoni rċeviet it-talbiet debitament sostanzjati rispettivi tagħhom skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
2. AWTORIZZAZZJONI TA’ EŻENZJONI
|
(11) |
Ġie konkluż l-eżami tal-merti tat-talba tal-partijiet elenkati fit-Tabella 1. Tabella 1
|
|
(12) |
Matul l-eżami tagħha, il-Kummissjoni stabbiliet li l-valur tal-partijiet li joriġinaw miċ-Ċina kkostitwixxa anqas minn 60 % tal-valur totali tal-partijiet tar-roti kollha assemblati mill-partijiet elenkati fit-Tabella 1. |
|
(13) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-operazzjonijiet tal-assemblaġġ tal-partijiet elenkati fit-Tabella 1 jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036. |
|
(14) |
Għal din ir-raġuni, u f’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-partijiet elenkati fit-Tabella 1 issodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mid-dazju estiż. |
|
(15) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, jenħtieġ li l-eżenzjoni ssir effettiva mid-data li fiha tiġi riċevuta t-talba li tkun debitament sostanzjata skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. Id-dejn doganali fir-rigward tad-dazju estiż mill-parti li qiegħda titlob eżenzjoni jenħtieġ li, għalhekk, jitqies null mill-istess data. |
|
(16) |
Il-partijiet interessati ġew infurmati bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-merti tat-talbiet tagħhom rispettivament u ngħataw opportunità biex jikkummentaw dwarhom. Ma ġie riċevut l-ebda kumment. |
|
(17) |
Peress li l-eżenzjoni tapplika biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabella 1, jenħtieġ li l-partijiet eżentati jinnotifikaw lill-Kummissjoni (7) mingħajr dewmien b’kull bidla għal din l-eżenzjoni (pereżempju, wara li jinbidel l-isem, il-forma ġuridika jew l-indirizz jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-assemblaġġ). |
|
(18) |
F’każ li r-referenza tinbidel, jenħtieġ li l-parti eżentata tipprovdi l-informazzjoni rilevanti, inkluż dwar kull modifika fl-attività tagħha marbuta ma’ operazzjonijiet tal-assemblaġġ. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi għal tali parti. |
3. SOSPENSJONI TAL-PAGAMENTI TAD-DAZJI GĦALL-PARTIJIET LI QEGĦDIN JIĠU EŻAMINATI
|
(19) |
L-eżami tal-merti tat-talbiet mill-partijiet elenkati fit-Tabella 2 għadu għaddej. Sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-merti tat-talbiet tagħhom, il-pagament tad-dazju estiż minn dawn il-partijiet huwa sospiż. |
|
(20) |
Billi s-sospensjonijiet japplikaw biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabella 2, jenħtieġ li dawn il-partijiet jinnotifikaw lill-Kummissjoni (8) mingħajr dewmien b’kull bidla fihom (pereżempju wara bidla fl-isem, fil-forma ġuridika jew fl-indirizz jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-assemblaġġ). |
|
(21) |
F’każ ta’ bidla fir-referenza, jenħtieġ li l-parti kkonċernata tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż dwar kull modifika fl-attivitajiet tagħha marbuta ma’ operazzjonijiet tal-assemblaġġ. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi ta’ tali parti. Tabella 2
|
4. AĠĠORNAMENT TAR-REFERENZI GĦALL-PARTIJIET EŻENTATI
|
(22) |
Bejn il-15 ta’ Marzu 2024 u t-30 ta’ Ottubru 2024, il-partijiet eżentati elenkati fit-Tabella 3 nnotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet f’isimhom u/jew fl-indirizzi tagħhom. Il-Kummissjoni, wara li eżaminat l-informazzjoni ppreżentata, ikkonkludiet li dawn il-bidliet bl-ebda mod ma jaffettwaw l-operazzjonijiet tal-assemblaġġ fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni jew sospensjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ eżenzjoni. |
|
(23) |
Filwaqt li l-eżenzjoni ta’ dawn il-partijiet mid-dazju estiż awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni tibqa’ mhux affettwata, ir-referenzi għal dawn il-partijiet jenħtieġ li jiġu aġġornati. Tabella 3
|
5. PARTIJIET LI GĦALIHOM L-AWTORIZZAZZJONI TA’ EŻENZJONI HIJA REVOKATA
|
(24) |
L-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni jenħtieġ li tiġi revokata għall-parti elenkata fit-Tabella 4. Tabella 4
|
|
(25) |
Skont informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, fil-11 ta’ April 2018 il-Qorti Taljana rilevanti ddikjarat lil Sintema Sport srl falluta. Għalhekk, il-kumpanija waqqfet l-attivitajiet tagħha. |
|
(26) |
Minħabba f’hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni mogħtija lill-partijiet elenkati fit-Tabella 4 jenħtieġ li tiġi revokata, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
|
(27) |
Il-parti elenkata fit-Tabella 4 ġiet informata dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u ngħatat l-opportunità tikkummenta dwarhom. Ma wasal l-ebda kumment, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-partijiet elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu huma b’dan eżentati mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tad-dazju anti-dumping definittiv fuq roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina impost permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (9) fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 88/97, kif emendat, l-eżenzjoni għandha ssir effettiva mid-data li fiha tiġi riċevuta t-talba għal eżenzjoni rispettiva tal-partijiet. Dawn id-dati huma previsti fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data effettiva”.
L-eżenzjoni għandha tapplika biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabella f’dan l-Artikolu.
Il-partijiet eżentati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien b’kull bidla fl-isem u fl-indirizz tagħhom, filwaqt li jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment dwar kull modifika fl-attivitajiet tal-partijiet marbuta mal-operazzjonijiet tal-assemblaġġ fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni.
Partijiet eżentati
|
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Isem |
Indirizz |
Data effettiva |
||
|
899I |
Adrisport SAS |
|
21.4.2023 |
||
|
899M |
Delta Sport Sp. z o.o. |
|
22.5.2023 |
Artikolu 2
Il-partijiet elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu qegħdin jiġu eżaminati f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 88/97.
Is-sospensjonijiet tal-pagament tad-dazju anti-dumping estiż f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 għandhom isiru effettivi mid-dati li fihom jiġu riċevuti t-talbiet għas-sospensjoni rispettivi tal-partijiet. Dawn id-dati huma previsti fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data effettiva”.
Dawn is-sospensjonijiet tal-pagamenti għandhom japplikaw biss għall-partijiet li qegħdin jiġu eżaminati speċifikament imsemmija fit-Tabella f’dan l-Artikolu.
Il-partijiet li qegħdin jiġu eżaminati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien b’kull bidla fl-operazzjonijiet tal-assemblaġġ tagħhom marbuta mal-kundizzjonijiet ta’ sospensjoni u għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti kollha bħala evidenza. Dawn il-bidliet jinkludu kwalunkwe bidla fl-ismijiet, fl-attivitajiet, fil-forom ġuridiċi, u fl-indirizzi tal-partijiet, iżda mhumiex limitati biss għalihom.
Il-partijiet li qegħdin jiġu eżaminati
|
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Isem |
Indirizz |
Data effettiva |
|
89AZ |
New Cycle GmbH |
An der Schmiede 4, 26135 Oldenburg - il-Ġermanja |
5.4.2024 |
|
8031 |
PROWEN BIKES S.L. |
Poligono Industrial La Viñuela, 55 (14900-Lucena) Córdoba - Spanja |
23.8.2024 |
Artikolu 3
Ir-referenzi aġġornati għall-partijiet eżentati elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu huma previsti fil-kolonna intitolata “Referenza ġdida”. Dawn l-aġġornamenti għandhom jidħlu fis-seħħ fid-dati previsti fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data effettiva”.
Il-kodiċijiet addizzjonali TARIC korrispondenti li qabel kienu attribwiti għal dawk il-partijiet eżentati kif previst fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Kodiċi addizzjonali TARIC” jibqgħu l-istess.
Partijiet eżentati li għalihom għandha tiġi aġġornata r-referenza
|
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Referenza preċedenti |
Referenza ġdida |
Data effettiva |
||||||||
|
A221 |
|
|
13.9.2024 |
||||||||
|
C012 |
|
|
3.2.2024 |
||||||||
|
C481 |
|
|
29.4.2024 |
||||||||
|
B960 |
|
|
30.10.2024 |
Artikolu 4
L-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni mill-pagament tad-dazju anti-dumping estiż hija b’dan revokata għall-partijiet elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu.
Ir-revoka għandha ssir effettiva mid-dati previsti fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data effettiva”.
Partijiet li għalihom l-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni hija revokata
|
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Isem |
Indirizz |
Data effettiva |
||
|
A970 |
Sintema Sport S.R.L. |
|
11.4.2018 |
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partijiet elenkati fl-Artikoli 1 sa 4 u ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Maroš ŠEFČOVIČ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/71/oj. .
(3) ĠU L 16, 21.1.2020, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/45/oj.
(4) ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/88/oj.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/611 tas-17 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/97 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ wħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (ĠU L 80, 20.3.2023, p. 67, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/611/oj), l-Anness I u l-Anness II.
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni(UE) 2024/1279 tat-8 ta’ Mejju 2024 dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97 (ĠU L, 2024/1279, 21.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1279/oj).
(7) Il-partijiet huma avżati biex jużaw l-indirizz elettroniku li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu.
(8) Il-partijiet huma avżati biex jużaw l-indirizz elettroniku li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu.
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 tat-8 ta' Settembru 1993 li jimponi dazju definittiv anti-dumping lejn il-Komunità ta' biċikletti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju anti-dumping (ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/2474/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/110/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)