|
5.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-6 ta' Mejju 2014
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni fit-53 sessjoni tal-Kumitat ta' Esperti dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi tal-OTIF fir-rigward ta' ċerti emendi tal-Appendiċi C għall-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) applikabbli mill-1 ta' Jannar 2015
(2014/327/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni aderiet mal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta' Mejju 1980 kif emendata mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (minn issa 'l quddiem “il-Konvenzjoni COTIF”), bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE (1) dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni msemmija. |
|
(2) |
L-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni ta' Ċipru u Malta, japplikawil-Konvenzjoni COTIF. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixxi rekwiżiti għat-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni fi ħdan l-Istati Membri jew bejniethom, billi tirreferi għar-Regolamenti dwar it-trasport internazzjonali ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija, li jidhru bħala l-Appendiċi C tal-Konvenzjoni COTIF (l-Anness RID). Barra minn hekk, l-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva jistipula li “It-trasport ta' oġġetti perikolużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi għandu jiġi awtorizzat kemm-il darba jkun konformi mar-rekwiżiti tal-ADR, ir-RID jew l-ADN, ħlief jekk ikun indikat mod ieħor fl-Annessi.” B'hekk, l-Unjoni eżerċitat il-kompetenza tagħha f'dan is-suġġett. |
|
(4) |
Il-Kumitat ta' Esperti dwar it-Trasport ta' Merkanzija Perikoluża mwaqqaf skont l-Artikolu 13.1(d) tal-Konvenzjoni COTIF, fit-53 sessjoni tiegħu li għandha ssir fit-22 ta' Mejju 2014, huwa mistenni jieħu deċiżjonijiet dwar ċerti emendi tal-Anness għar-RID. Dawn l-emendi, li jikkonċernaw l-istandards tekniċi jew preskrizzjonijiet tekniċi uniformi, għandhom l-għan li jiżguraw it-trasport effiċjenti u sikur ta' oġġetti perikolużi filwaqt li jieħdu inkonsiderazzjoni l-progress xjentifiku u tekniku fis-settur u l-iżvilupp ta' sustanzi ġodda u oġġetti li jippreżentaw periklu matul it-trasport tagħhom. |
|
(5) |
Il-kumitat dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi stabbilit bl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2008/68/KE wettaq diskussjonijiet preliminari dwar dawn l-emendi. |
|
(6) |
Il-parti l-kbira tal-emendi proposti jkunu ġġustifikati u ta' benefiċċju, u għalhekk għandhom jiġu appoġġjati mill-Unjoni. Żewġ emendi proposti jeħtieġu li jiġu vvalutati aktar fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku. B'mod partikolari, l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, b'kooperazzjoni mal-korpi rilevanti, għandha tkompli taħdem fuq l-identifikazzjoni ta' soluzzjoni sostenibbli biex jiġu skoperti d-deraljamenti u biex jittaffew l-effetti tagħhom, inkluż l-implimentazzjoni futura ta' din is-soluzzjoni. Għalhekk, jekk l-emendi tal-aħħar jiġu approvati f'dan il-punt, l-Unjoni għandha tifformula oġġezzjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 35§4 tat-Titolu VII tal-Konvenzjoni COTIF, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea
1. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fit-53 sessjoni tal-Kumitat ta' esperti dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi fil-qafas tal-Konvenzjoni dwar it-trasport internazzjonali bil-ferrovija għandha tkun f'konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
2. Tibdil minuri fid-dokumenti msemmija fl-Anness għal din id-Deċiżjoni jista' jinftiehem mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-korp imsemmi hawn fuq mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Wara l-adozzjoni tagħha d-Deċiżjoni tal-korp imsemmi hawn fuq għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Mejju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
Ch. VASILAKOS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE tas-16 ta' Ġunju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l- Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (ĠU L 51, 23.2.2013, p. 1).
(2) Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).
ANNESS
|
Proposta |
Dokument ta' referenza |
Ħruġ |
Kummenti |
Il-pożizzjoni tal-UE |
|
1 |
L-Anness I għal OTIF/RID/CE/GTP/2012-A |
Emendi miftiehma mill-grupp ta' ħidma permanenti |
Kunsens tekniku fil-grupp ta' ħidma permanenti tal-OTIF |
Taqbel mal-emendi |
|
2 |
L-Anness I għal OTIF/RID/CE/GTP/2012-A |
L-emendi jitħallew għal aktar eżaminazzjoni mill-grupp ta' ħidma |
Dawn id-dispożizzjonijiet jinsabu bejn parentesi kwadri fid-dokument ta' referenza |
Taqbel mal-emendi |
|
3 |
OTIF/RID/CE/GTP/2013/1 |
Dispożizzjoni ta' tranżizzjoni għal ċerti pjanċi |
Kunsens tekniku fil-grupp ta' ħidma permanenti tal-OTIF |
Taqbel mal-emenda |
|
4 |
OTIF/RID/CE/GTP/2013/2 |
Applikazzjoni ta' dispożizzjoni speċjali TE 25 |
Kunsens tekniku fil-grupp ta' ħidma permanenti tal-OTIF |
Taqbel mal-emenda |
|
5 |
OTIF/RID/CE/GTP/2013/5 |
Spezzjoni ta' ċerti marki |
Kunsens tekniku fil-grupp ta' ħidma permanenti tal-OTIF |
Taqbel mal-emenda |
|
6 |
OTIF/RID/CE/GTP/2013/6 |
Informazzjoni li għandha tingħata lill-maniġer tal-infrastruttura |
Il-grupp ta' ħidma permanenti għażel it-tieni alternattiva ppreżentata fid-dokument ta' referenza. |
Taqbel mal-emenda |
|
7 |
OTIF/RID/CE/GTP/2013/11 |
Użu ta' vokabularju tekniku |
Kunsens tekniku fil-grupp ta' ħidma permanenti tal-OTIF |
Taqbel mal-emenda |
|
8 |
OTIF/RID/CE/GTP/2013/12 |
Konsegwenzi tat-tħassir tal-fuljett UIC 573 |
Kunsens tekniku fil-grupp ta' ħidma permanenti tal-OTIF |
Taqbel mal-emendi |
|
9 |
OTIF/RID/CE/GTP/2013/13 u OTIF/RID/CE/GTP/2013/15 |
Applikazzjoni ta' dispożizzjoni speċjali TE 22 |
Il-proposta għadha mhix żviluppata biżżejjed għal deċiżjoni |
Tipposponi d-deċiżjoni |
|
10 |
OTIF/RID/CE/GTP/2013/14 u OTIF/RID/CE/GTP/2013/INF.14 |
Reviżjoni editorjali ta' referenza għal dispożizzjonijiet ferrovjarji tal-UE |
Kunsens tekniku fil-grupp ta' ħidma permanenti tal-OTIF |
Taqbel mal-emendi |
|
11 |
OTIF/RID/CE/GTP/2013/16 |
Trasport ta'oġġetti perikolużi fuq ferroviji tal-passiġġieri |
Kunsens tekniku fil-grupp ta' ħidma permanenti tal-OTIF |
Taqbel mal-emenda kif riveduta fil-grupp ta' ħidma permanenti |
|
12 |
OTIF/RID/CE/GTP/2013/17 |
Emendi kkonsolidati varji miftiehma mill-grupp ta' ħidma permanenti |
Kunsens tekniku fil-grupp ta' ħidma permanenti tal-OTIF |
Taqbel mal-emendi |
|
|
OTIF/RID/CE/GTP/2013/17 |
Emendi li jitħallew għal aktar eżaminazzjoni mill-grupp ta' ħidma permanenti: |
— |
— |
|
13 |
Idem |
Dawk li qed isejħu għal opinjoni komuni mil-Laqgħa Konġunta tal-OTIF — UN-ECE |
Jeħtieġ li jiġi ffaċilitat it-trasport intermodali effiċjenti |
Taqbel mal-emendi kif irrakkomandat mil-Laqgħa Konġunta |
|
14 |
idem u OTIF/RID/CE/GTP/2013/INF.3 |
Dispożizzjonijiet rigward l-applikazzjoni obbligatorja ta' detetturi ta' deraljament f'ċerti vaguni |
L-UE ser terġa' tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha qabel ir-reviżjoni li jmiss tar-regoli. |
Tipposponi d-deċiżjoni |
|
15 |
OTIF/RID/CE/GTP/2013/3 OTIF/RID/CE/GTP/2013/9 u OTIF/RID/CE/GTP/2013/18 |
Armonizzazzjoni tar-regoli ma' dawk tal-Anness 2 ta' SMGS tal-OSJD |
Għandu jiġi ffaċilitat it-trasport effiċjenti ta' oġġetti perikolużi bejn pajjiżi OSJD tal-UE u dawk mhux tal-UE |
Taqbel mal-emendi |
|
16 |
OTIF/RID/CE/GTP/2013/INF.4 |
Trasport tal-faħam |
Ma ntlaħaq l-ebda konsensus dwar dettalji tekniċi fil-grupp ta' ħidma permanenti |
Tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-UE fuq il-post |
|
17 |
OTIF/RID/CE/GTP/2013/INF.8 |
Reviżjoni tal-Kapitolu 7.7 tal-RID |
Il-proposta ta' dan id-dokument ta' referenza se tiġi diskussa f'diskussjoni aktar ġenerali dwar ir-reviżjoni tal-Kapitolu 7.7 |
Tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-UE fuq il-post |
|
18 |
OTIF/RID/CE/GTP/2013/INF.12 |
Allinjament mar-regoli applikabbli fit-trasport bit-triq |
Dawn il-proposti jemendaw dawk fid-dokument ta' referenza OTIF/RID/CE/GTP/–2013/17 |
Taqbel mal-emendi |