Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU XX: L-AMBJENT - Artikolu 193 (ex Artikolu 176 TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0134 - 0134
Artikolu 193 (ex Artikolu 176 TKE) Il-miżuri protettivi adottati skond l-Artikolu 192, m’għandhomx jimpedixxu lil xi Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri protettivi aktar iebsa. Dawn il-miżuri għandhom ikunu kompatibbli mat-Trattati. Dawn għandhom jiġu mgħarrfa lill-Kummissjoni. --------------------------------------------------