2010R1008 — MT — 01.07.2013 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1008/2010 tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sistemi tal-wajper u l-washer tal-windskrin ta’ ċerti vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi destinati għalihom (ĠU L 292, 10.11.2010, p.2) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013 |
L 158 |
74 |
10.6.2013 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1008/2010
tad-9 ta’ Novembru 2010
dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sistemi tal-wajper u l-washer tal-windskrin ta’ ċerti vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi destinati għalihom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi destinati għalihom ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa Regolament separat għall-finijiet tal-proċedura għall-approvazzjoni tat-tip prevista mid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) ( 2 ). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 iħassar id-Direttiva tal-Kunsill 78/318/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi tal-wajper u tal-washer tal-windscreen ta’ vetturi bil-mutur ( 3 ). Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dik id-Direttiva għandhom jiddaħħlu f’dan ir-Regolament u, fejn ikun meħtieġ, ikunu emendati sabiex jiġu adattati għall-iżvilupp tal-għerf tekniku u xjentifiku. |
|
(3) |
L-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandu jaqbel ma’ dak tad-Direttiva 78/318/KEE u għalhekk ikun limitat għall-vetturi tal-kategorija M1. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi dispożizzjonijiet fundamentali dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tal-wajper u l-washer tal-windskrin u l-approvazzjoni tat-tip tas-sistemi tal-washer tal-windskrin bħala unitajiet tekniċi separati. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-proċeduri speċifiċi, it-testijiet u r-rekwiżiti għal kull approvazzjoni tat-tip bħal din. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ambitu
Dan ir-Regolament japplika għal vetturi bil-mutur tal-kategorija M1, kif definiti fl-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE, kif ukoll għas-sistemi ta’ washer tal-windskrin maħsuba sabiex jitwaħħlu fuq vetturi bil-mutur tal-kategorija M1.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tal-wajper u tal-washer tal-windskrin” tfisser vetturi li ma jkunux differenti minn xulxin f’aspetti essenzjali bħalma huma: il-karatteristiċi tas-sistema tal-wajper u tal-washer jew il-forma, id-daqs u l-karatteristiċi tal-windskrin u l-armar tiegħu;
(2) “tip ta’ sistema ta’ washer tal-windskrin” tfisser grupp ta’ sistemi ta’ washer tal-windskrin li ma jvarjawx f’aspetti importanti bħalma huma l-prestazzjoni tal-pompa, il-materjali użati, il-kapaċità ta’ ħażna, in-numru ta’ nozzles, id-daqsijiet, il-ħxuna tal-ħajt jew il-forma tas-sistema tal-washer;
(3) “magna” tfisser magna b’kombustjoni li taħdem bi fjuwil likwidu jew tal-gass;
(4) “sistema ta’ wajper tal-windskrin” tfisser is-sistema li tikkonsisti minn apparat biex jimsaħ il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin, flimkien mal-aċċessorji u l-kontrolli meħtieġa sabiex jitħaddem u jitwaqqaf l-apparat;
(5) “żona tal-wajper” tfisser l-erja tal-windskrin li tintmesaħ mix-xafra(xfafar) tal-wajper meta s-sistema tal-wajper tkun qiegħda taħdem f’kundizzjonijiet normali.
(6) “tħaddim intermittenti tas-sistema tal-wajper” tfisser mod awtomatiku mhux kontinwu ta’ tħaddim tas-sistema tal-wajper, fejn wara kull ċiklu komplet ikun hemm perjodu li matulu l-wajpers ikunu weqfin f’pożizzjoni waħda speċifika magħżula ta’ waqfien;
(7) “sistema ta’ washer tal-windskrin” tfisser is-sistema li tikkonsisti minn apparat għall-ħażna, it-trasferiment u l-immirar tal-fluwidu lejn il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin, flimkien mal-kontrolli meħtieġa sabiex jitħaddem u jitwaqqaf l-apparat;
(8) “kontroll tal-washer” tfisser l-apparat li bih is-sistema tal-washer tiġi attivata jew diżattivata b’mod manwali;
(9) “pompa tal-washer” tfisser apparat għat-trasferiment tal-fluwidu mill-kompartiment ta’ ħażna tas-sistema tal-washer għall-wiċċ ta’ barra tal-windskrin;
(10) “nozzle” tfisser apparat li jservi biex jidderiġi l-fluwidu għal fuq il-windskrin;
(11) “sistema mħaddma b’mod sħiħ” tfisser sistema li tkun ġiet attivata b’mod normali għal perjodu ta’ ħin u fejn il-fluwidu jkun ġie trasferit minn ġol-pompa, il-pajpijiet u jkunu attivati n-nozzle(s);
(12) “erja mnaddfa” tfisser l-erja preċedentement maħmuġa li ma jkollha l-ebda traċċa ta’ qtar u fdal ta’ ħmieġ wara li tkun nixfet għal kollox;
(13) “erja tal-viżjoni A” tfisser l-erja tat-test A kif definita fil-paragrafu 2.2. tal-Anness 18 għar-Regolament UNECE Nru 43 ( 4 );
(14) “erja tal-viżjoni B” tfisser l-erja mnaqqsa tat-test B kif definita fil-paragrafu 2.4. tal-Anness 18 għar-Regolament UNECE Nru 43, mingħajr l-esklużjoni tal-erja definita fil-paragrafu 2.4.1. tiegħu;
(15) “angolu tad-disinn tat-torso” tfisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali li tgħaddi mill-punt R jew il-punt ta’ referenza bilqiegħda u l-linja tat-torso f’pożizzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni tad-disinn tad-dahar tas-sit kif iddikjarata mill-manifattur tal-vettura;
(16) “punt R” jew il-punt ta’ referenza bilqiegħda jfisser il-punt tad-disinn iddefinit mill-manifattur tal-vettura għal kull pożizzjoni bilqiegħda fir-rigward tas-sistema ta’ referenza tridimensjonali;
(17) “sistema ta’ referenza tridimensjonali” tfisser gradilja ta’ referenza li tikkonsisti minn pjan lonġitudinali vertikali X-Z, pjan orizzontali X-Y u pjan trasversali vertikali Y-Z skont id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 2 tal-Anness III għal dan ir-Regolament;
(18) “marki primarji ta’ referenza” tfisser toqob, uċuħ, marki jew sinjali oħra ta’ identifikazzjoni fuq il-bodì jew ix-xasì tal-vettura li l-koordinati X, Y u Z tagħhom fil-gradilja ta’ referenza tridimensjonali huma speċifikati mill-manifattur tal-vettura;
(19) “swiċċ tal-kontroll prinċipali tal-vettura” ifisser l-istrument li bih is-sistema tal-elettronika abbord tal-vettura tinqaleb minn mitfija, kif inhu l-każ meta vettura tkun ipparkjata mingħajr ma jkun hemm preżenti x-xufier, għall-mod ta’ ħidma normali;
Artikolu 3
Approvazzjoni KE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi tagħha tal-wajper u tal-washer tal-windskrin
1. Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jissottometti lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni KE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi tagħha tal-wajper u tal-washer tal-windskrin.
2. L-applikazzjoni għandha titfassal skont il-mudell tad-dokument ta’ informazzjoni ppreżentat fil-Parti 1 tal-Anness I.
3. Jekk ikunu ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip KE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta’ numerazzjoni stabbilita fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.
Stat Membru ma jistax jassenja l-istess numru lil xi tip ieħor ta’ vettura.
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tikkonsenja ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE stabbilit skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness I.
Artikolu 4
Approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata ta’ sistemi ta’ washer tal-windskrin
1. Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jissottometti lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, l-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata għal tip ta’ sistema ta’ washer tal-windskrin.
L-applikazzjoni għandha titfassal skont il-mudell tad-dokument ta’ informazzjoni li jidher fil-Parti 1 tal-Anness II.
2. Jekk ikunu ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-Anness III għal dan ir-Regolament, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta’ numerazzjoni stabbilita fl-Anness VII għad-Direttiva 2007/46/KE.
Stat Membru ma jistax jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ unità teknika separata.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tikkonsenja ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilit skont il-mudell li jidher fil-Parti 2 tal-Anness II.
Artikolu 5
Marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata
Kull unità teknika separata li tikkonforma ma’ tip li fir-rigward tiegħu tkun ingħatat approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata skont dan ir-Regolament għandu jkollha marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata kif stipulat fil-Parti3 tal-Anness II.
Artikolu 6
Validità u estensjoni ta’ approvazzjonijiet mogħtija skont id-Direttiva 78/318/KEE
L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippermettu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi u unitajiet tekniċi separati li t-tip tagħhom ikun ġie approvat qabel id-data msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, u jkomplu jagħtu estensjoni tal-approvazzjonijiet lil dawk il-vetturi u unitajiet tekniċi separati skont it-termini tad-Direttiva 78/318/KEE.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom tal-wajper u tal-washer tal-windskrin
PARTI 1
Dokument ta’ informazzjoni
MUDELL
Dokument ta’ informazzjoni Nru … li jirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħha tal-wajper u tal-washer tal-windskrin.
L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn għandu jingħata fi skala adatta u f’dettall suffiċjenti fuq karti ta’ daqs A4 jew fuq folder f’format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.
Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati msemmija f’dan id-dokument ta’ informazzjoni jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
0. ĠENERALI
|
0.1. |
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): … |
|
0.2. |
It-tip: …
|
|
0.3. |
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura ( 5 ): …
|
|
0.4. |
Kategorija tal-vettura ( 6 ): … |
|
0.5. |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur: … |
|
0.8. |
L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: … |
|
0.9. |
L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk hemm): … |
1. KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA
|
1.1. |
Ritratti u/jew disinji ta’ vettura rappreżentattiva: … |
3. IMPJANT TAL-ENERĠIJA ( 7 )
3.2. Magna b’kombustjoni interna
|
3.2.1.8. |
Enerġija massima netta ( 8 ): … kW fi … min–1 (valur iddikjarat mill-manifattur) |
3.2.5. Sistema elettrika
|
3.2.5.1. |
Vultaġġ stmat: … V, pos./neg. ground ( 9 ) |
|
3.2.5.2. |
Ġeneratur
|
3.3. Mutur tal-elettriku
|
3.3.1.1. |
Output massimu fis-siegħa: … kW |
|
3.3.1.2. |
Vultaġġ operattiv: … V |
3.3.2. Batterija
|
3.3.2.3. |
Kapaċità: … Ah (Amp-siegħa) |
3.4. Kombinazzjoni tal-magna jew mutur
|
3.4.1. |
Vettura ibrida li taħdem bl-elettriku: iva/le (9) |
|
3.4.2. |
Kategorija tal-vettura ibrida li taħdem bl-elettriku: iċċarġjar barra mill-vettura/iċċarġjar mhux barra mill-vettura: (9) |
|
3.4.4. |
Deskrizzjoni tal-apparat ta’ ħażna tal-enerġija: (batterija, capacitor, flywheel/ġeneratur)
|
4. TRAŻMISSJONI ( 10 )
|
4.7. |
Veloċità massima ddisinjata tal-vettura (f’km/h) ( 11 ): … |
9. KAROZZERIJA
|
9.2. |
Materjali użati u metodi tal-kostruzzjoni: … |
|
9.4. |
Erja tal-viżjoni
|
|
9.5. |
Windskrin u twieqi oħra 9.5.1. Windskrin
|
|
9.6. |
Sistema tal-wajper tal-windskrin
|
|
9.7. |
Sistema tal-washer tal-windskrin
|
|
9.8. |
Tneħħija tas-silġ u tneħħija taċ-ċpar
|
|
9.10. |
L-arranġament intern 9.10.3. Is-sedili
|
Noti ta’ spjegazzjoni
PARTI 2
Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE
MUDELL
Format: A4 (210 × 297 mm)
ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE
Komunikazzjoni dwar:
|
ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi tagħha tal-wajper u tal-washer tal-windskrin |
||
|
fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1008/2010 kif emendat l-aħħar mir-Regolament (UE) Nru …/… (1) |
|||
|
Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE: … |
|||
|
Raġuni għall-estensjoni: … |
|||
|
(1) Ħassar fejn ma japplikax. |
|||
TAQSIMA I
|
0.1. |
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): … |
|
0.2. |
Tip: …
|
|
0.3. |
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura ( 12 ): …
|
|
0.4. |
Kategorija tal-vettura ( 13 ): … |
|
0.5. |
Isem u indirizz tal-manifattur: … |
|
0.8. |
Isem(ismijiet) u indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: … |
|
0.9. |
Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk hemm): … |
TAQSIMA II
|
1. |
Informazzjoni addizzjonali: ara l-Addendum. |
|
2. |
Servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: … |
|
3. |
Data tar-rapport tat-test: … |
|
4. |
Numru tar-rapport tat-test: … |
|
5. |
Rimarki (jekk hemm): ara l-Appendiċi. |
|
6. |
Post: … |
|
7. |
Data: … |
|
8. |
Firma: … |
|
Allegati |
: |
Pakkett ta’ informazzjoni Rapport tat-test |
Addendum
għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …
1. Informazzjoni addizzjonali:
1.1. Deskrizzjoni qasira tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-istruttura, il-qisien, il-linji u l-materjali kostitwenti tagħha: …
1.2. Deskrizzjoni tal-metodu ta’ ħidma tas-sistemi tal-wajper u tal-washer: …
1.3. Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tal-wajper (jiġifieri n-numru ta’ xfafar, it-tul tax-xfafar, il-qisien tad-dirgħajn tal-wajpers, eċċ): …
1.4. Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tal-washer (jiġifieri n-numru ta’ nozzles, in-numru ta’ fetħiet ta’ ħruġ għal kull nozzle, il-pompa tal-washer, il-kontenitur għall-ħażna tal-fluwidu, il-pajpijiet tal-washer u l-immuntar tagħhom mal-pompa u n-nozzles, eċċ.) …
1.5. Kapaċità ta’ ħażna tal-fluwidu (litru): …
1.6. Veloċità massima ddisinjata tal-vettura (km/h): …
2. Naħa minn fejn tinstaq il-vettura: xellug/lemin ( 14 )
3. Sistemi li jinstaqu mix-xellug u sistemi b’kollox kuntrarju fuq in-naħa opposta li jinstaqu mil-lemin: iva/le (14)
4. Spojler aerodinamiku mwaħħal fuq id-driegħ tal-wajper/xafra tal-wajper (14) fuq in-naħa tas-sewwieq/nofs/naħa tal-passiġġier/… (14)
5. Rimarki: …
ANNESS II
Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ sistemi tal-washer tal-windskrin bħala unitajiet tekniċi separati
PARTI 1
Dokument ta’ informazzjoni
MUDELL
Dokument ta’ informazzjoni Nru … li jirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip tal-KE bħala unità teknika separata ta’ sistemi tal-washer tal-windskrin.
L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn għandu jingħata fi skala xierqa u f’dettall suffiċjenti fuq karti ta’ daqs A4 jew fuq folder f’format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.
Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati msemmija f’dan id-dokument ta’ informazzjoni jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
0. ĠENERALI
|
0.1. |
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): … |
|
0.2. |
Tip: … |
|
0.3. |
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq l-unità teknika separata ( 15 ): …
|
|
0.5. |
Isem u indirizz tal-manifattur: … |
|
0.7. |
Fil-każ ta’ unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka tal-approvazzjoni tal-KE: … |
|
0.8. |
Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: … |
|
0.9. |
Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk hemm): … |
|
9.7. |
Washer tal-windskrin
|
Noti ta’ spjegazzjoni
PARTI 2
Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE
MUDELL
Format: A4 (210 × 297 mm)
ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE
Komunikazzjoni dwar:
|
ta’ tip ta’ sistema tal-washer tal-windskrin bħala unità teknika separata |
||
|
fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1008/2010, kif emendat l-aħħar mir-Regolament (UE) Nru …/… (1) |
|||
|
Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE: … |
|||
|
Raġuni għall-estensjoni: … |
|||
|
(1) Ħassar fejn ma japplikax. |
|||
TAQSIMA I
|
0.1. |
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): … |
|
0.2. |
Tip: … |
|
0.3. |
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq l-unità teknika separata ( 16 ): …
|
|
0.5. |
Isem u indirizz tal-manifattur: … |
|
0.7. |
Post u metodu tat-twaħħil tal-marka tal-approvazzjoni tal-KE: … |
|
0.8. |
Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: … |
|
0.9. |
Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk hemm): … |
TAQSIMA II
|
1. |
Informazzjoni addizzjonali: ara l-Addendum. |
|
2. |
Servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: … |
|
3. |
Data tar-rapport tat-test: … |
|
4. |
Numru tar-rapport tat-test: … |
|
5. |
Rimarki (jekk hemm): ara l-Appendiċi. |
|
6. |
Post: … |
|
7. |
Data: … |
|
8. |
Firma: … |
|
Dokumenti annessi |
: |
Pakkett ta’ informazzjoni Rapport tat-test |
Addendum
għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …
1. Informazzjoni addizzjonali:
1.1. Deskrizzjoni qasira tat-tip ta’ unità teknika separata: …
1.2. Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tal-washer:
1.2.1. Numru ta’ nozzles: …
1.2.2. Numru ta’ fetħiet ta’ ħruġ għal kull nozzle: …
1.2.3. Deskrizzjoni tal-pajpijiet tal-linja tal-washer u l-immuntar tiegħu mal-pompa u n-nozzles: …
1.2.4. Deskrizzjoni tal-pompa tal-washer: …
1.2.5. Kapaċità tal-ħażna ta’ fluwidu (litru): …
2. Adatta għan-naħa tas-sewqan: xellug / lemin ( 17 )
3. Kwalunkwe parti tas-sistema tista’ tkun pożizzjonata fil-kompartiment tal-magna: iva / le (17)
4. Unità teknika separata: universali / speċifika għall-vettura (17)
5. Rimarki: …
6. Lista tat-tipi ta’ vetturi li għalihom ġiet approvata l-unità teknika separata (jekk applikabbli): …
PARTI 3
Marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata
|
1. |
Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata għandha tikkonsisti minn:
|
|
2. |
Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata għandha titwaħħal fuq il-kontenitur ta’ ħażna tal-fluwidu għall-washer tal-windskrin b’mod illi ma tkunx tista’ titħassar u tkun tista’ tinqara b’mod ċar u faċli anki jekk l-apparat jitwaħħal mal-vettura. |
|
3. |
Eżempju ta’ marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata huwa muri fil-Figura 1. Figura 1 Eżempju ta’ marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata
|
Nota ta’ spjegazzjoni
|
Spjega |
L-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata nħarġet mill-Pajjiżi l-Baxxi taħt in-numru 0046. L-ewwel żewġ figuri “00” jindikaw li l-unità teknika separata ġiet approvata skont dan ir-Regolament. |
ANNESS III
Rekwiżiti għas-sistemi tal-wajper u tal-washer tal-windskrin
1. REKWIŻITI SPEĊIFIĊI
1.1. Sistema tal-wajper tal-windskrin.
|
1.1.1. |
Kull vettura għandha tkun attrezzata b’sistema ta’ wajper tal-windskrin li tkun kapaċi tiffunzjona meta jkun ġie attivat il-kontroll prinċipali tal-vettura, mingħajr l-ebda azzjoni min-naħa tax-xufier ħlief li jaqleb il-kontroll operattiv, meħtieġ sabiex jixgħel u jitfi s-sistema ta’ wajper tal-windskrin, għall-pożizzjoni mixgħula.
|
|
1.1.2. |
Iż-żona tal-wajper tal-windskrin għandu jkopri mill-anqas 98 % tal-erja tal-viżjoni A, kif stabbilit skont l-Appendiċi 3 għall-Anness III. |
|
1.1.3. |
Iż-żona tal-wajper tal-windskrin għandu jkopri mill-anqas 80 % tal-erja tal-viżjoni B, kif stabbilit skont l-Appendiċi 3 għall-Anness III. |
|
1.1.4. |
Iż-żona tal-wajper tal-windskrin għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 1.1.2. u 1.1.3. meta s-sistema tkun qiegħda taħdem bi frekwenza ta’ ċaqlieq li tikkorrispondi mal-paragrafu 1.1.5.1. u għandha tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2.1.10. sa 2.1.10.3. ta’ dan l-Anness. |
|
1.1.5. |
Is-sistema tal-wajper tal-windskrin għandu jkollha mill-anqas żewġ settings tal-frekwenza taċ-ċaqlieq: 1.1.5.1. Frekwenza ta’ mhux inqas minn 10 u mhux aktar minn 55 ċiklu fil-minuta. 1.1.5.2. Frekwenza ta’ mhux inqas minn 45 ċiklu komplet kull minuta. 1.1.5.3. Id-differenza bejn l-ogħla setting tal-frekwenza taċ-ċaqlieq u frekwenza aktar baxxa għandha tkun ta’ mill-anqas 15-il ċiklu fil-minuta. 1.1.5.4. It-tħaddim intermittenti tas-sistema ta’ wajper tal-windskrin jista’ jintuża sabiex jiġu osservati r-rekwiżiti tal-paragrafi 1.1.5.1. sa 1.1.5.3. ta’ dan l-Anness. |
|
1.1.6. |
Il-frekwenzi msemmija fil-paragrafi 1.1.5. sa 1.1.5.3. għandhom jiġu ttestjati fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2.1.1. sa 2.1.6 u 2.1.8. ta’ dan l-Anness. |
|
1.1.7. |
Meta s-sistema ta’ wajper tal-windskrin tiġi mwaqqfa b’riżultat tal-qalba tal-kontroll tat-tħaddim għall-pożizzjoni ta’ mitfi, id-driegħ/dirgħajn u x-xafra(xfafar) tal-wajper għandhom imorru lura għall-pożizzjoni tagħhom ta’ mistrieħ. |
|
1.1.8. |
Is-sistema ta’ wajper tal-windskrin trid tkun kapaċi tiflaħ waqfien għal mill-anqas 15-il sekonda. Jistgħu jintużaw apparat ta’ protezzjoni awtomatika taċ-ċirkwiti, bil-kundizzjoni li għall-issettjar mill-ġdid ma tkun meħtieġa l-ebda azzjoni ħlief it-tħaddim tal-kontroll operattiv tal-wajper tal-windskrin. |
|
1.1.9. |
Il-ħila ta’ reżistenza għall-waqfien tas-sistema ta’ wajper tal-windskrin li saret referenza għalih fil-paragrafu 1.1.8. għandha tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2.1.7. ta’ dan l-Anness. |
|
1.1.10. |
Jekk il-pożizzjoni ta’ mistrieħ tad-driegħ/dirgħajn jew tax-xafra(xfafar) tal-wajper tal-windskrin ma tkunx barra mill-erja tal-viżjoni B, kif stabbilit skont l-Appendiċi 3 tal-Anness III, għandu jkun possibbli li d-driegħ/dirgħajn tal-wajper jiġi/jiġu spostjat(i) manwalment b’tali mod li x-xafra(xfafar) tal-wajper tkun tista’ tintrefa’ mill-pożizzjoni tagħha fuq il-windskrin sabiex din tal-aħħar tkun tista’ titnaddaf b’mod manwali. |
|
1.1.11. |
Is-sistema ta’ wajper tal-windskrin trid tkun kapaċi taħdem għal żewġ minuti fuq windskrin xott f’temperatura ambjentali ta’ – 18 °C, mingħajr degradazzjoni tal-prestazzjoni. |
|
1.1.12. |
Il-prestazzjoni tas-sistema tal-wajper tal-windskrin f’temperatura ta’ – 18 °C għandha tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2.1.11. ta’ dan l-Anness. |
|
1.1.13. |
Is-sistema tal-wajper tal-windskrin trid tkompli tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1.2. ta’ dan l-Anness mingħajr l-ebda degradazzjoni tal-effiċjenza, meta tkun qiegħda taħdem bl-ogħla frekwenza u meta l-vettura tkun suġġetta għal veloċità relattiva tal-arja ugwali għal 80 % tal-veloċità massima ddisinjata tal-vettura jew 160 km/h, liema minnhom tkun l-inqas. L-erja tal-viżjoni A tal-windskrin għandha tiġi ppreparata skont il-paragrafi 2.1.8. u 2.1.9. ta’ dan l-Anness. L-effetti aerodinamiċi assoċjati mad-daqs u l-forma tal-windskrin, id-driegħ/dirgħajn tal-wajper u x-xafra(xfafar) tal-wajper għandhom jiġu vverifikati f’dawk il-kundizzjonijiet, billi jiġi kkunsidrat ukoll il-paragrafu 2.1.9.1. Matul it-test, ix-xafra(xfafar) tal-wajper iridu jibqgħu jmissu mal-windskrin u m’għandux ikun permess irfigħ komplet. Ix-xafra(xfafar) tal-wajper iridu jibqgħu f’kuntatt sħiħ mal-windskrin fl-erja stabbilita fil-paragrafu1.1.2 għal kull ċiklu komplet u m’għandu jkun permess l-ebda rfigħ parzjali kemm waqt ċaqlieq ’il fuq kif ukoll ’l isfel. |
1.2. Sistema tal-washer tal-windskrin.
|
1.2.1. |
Kull vettura għandha tkun mgħammra b’sistema ta’ washer tal-windskrin li tkun kapaċi tiffunzjona meta jiġi attivat l-iswiċċ ta’ kontroll prinċipali tal-vettura, u li tkun kapaċi tiflaħ it-tagħbijiet u l-pressjonijiet li jirriżultaw meta n-nozzles ikunu plaggjati u s-sistema tiġi azzjonata skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2.2.1.1. sa 2.2.1.1.2. ta’ dan l-Anness. |
|
1.2.2. |
Il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windskrin m’għandhiex tiġi affettwata ħażin mill-esponiment għaċ-ċikli ta’ temperatura skont il-paragrafi 2.2.1. sa 2.2.5. ta’ dan l-Anness. |
|
1.2.3. |
Is-sistema tal-washer tal-windskrin għandu jkollha l-kapaċità li traxxax fluwidu għal fuq l-erja fil-mira tal-windskrin, mingħajr l-ebda traċċa ta’ tnixxija, skonnettjar ta’ xi pajpijiet u funzjonament ħażin ta’ xi nozzle, f’kundizzjonijiet normali meta sottoposta għal temperaturi ambjentali ta’ bejn – 18 °C u 80 °C. Barra minn hekk, meta n-nozzles ikunu mblukkati, is-sistema m’għandha turi l-ebda sinjal ta’ tnixxija jew skonnettjar ta’ xi pajpijiet. |
|
1.2.4. |
Is-sistema tal-washer tal-windskrin trid tkun kapaċi twaddab biżżejjed fluwidu biex tnaddaf mill-anqas 60 % tal-erja tal-viżjoni A, kif stabbilit skont l-Appendiċi 3 għall-Anness III, fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2.2.6. sa 2.2.6.4. ta’ dan l-Anness. |
|
1.2.5. |
Is-sistema tal-washer tal-windskrin trid tkun tista’ tiġi attivata manwalment permezz tal-kontroll tal-washer. Barraminnhekk, l-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni tas-sistema tista’ tiġi kkoordinata u kkombinata wkoll ma’ kwalunkwe sistema oħra tal-vettura. |
|
1.2.6. |
Il-kapaċità tal-kontenitur tal-likwidu ma għandhiex tkun ta' inqas minn litru (1.0 l.) |
2. PROĊEDURA TAT-TEST
2.1. Kundizzjonijiet tat-test tas-sistema ta’ wajper tal-windskrin.
|
2.1.1. |
It-testijiet deskritti hawn isfel għandhom jitwettqu fil-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2.1.2. sa 2.1.5. sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. |
|
2.1.2. |
It-temperatura ambjentali għandha tkun bejn 5 °C u 40 °C. |
|
2.1.3. |
Il-windskrin għandu jinżamm imxarrab il-ħin kollu. |
|
2.1.4. |
Fil-każ ta’ sistema ta’ wajper tal-windskrin li taħdem bl-elettriku, għandhom jitlaħqu wkoll il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
2.1.5. |
Is-sistemi ta’ wajper tal-windskrin li jaħdmu bl-arja kkompressata jew b’vakwu jridu jkunu kapaċi jaħdmu bil-frekwenzi preskritti taċ-ċaqlieq, tkun xi tkun il-veloċità tal-magna u t-tagħbija tal-magna jew il-livelli minimi u massimi taċ-ċarġ tal-batterija speċifikati mill-manifattur għall-ħidma normali. |
|
2.1.6. |
Il-frekwenzi taċ-ċaqlieq tas-sistema ta’ wajper tal-windskrin iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafi 1.1.5. sa 1.1.5.3. ta’ dan l-Anness wara ħin ta’ ħidma preliminari ta’ 20 minuta fuq windskrin imxarrab. |
|
2.1.7. |
Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1.8. ta’ dan l-Anness għandhom ikunu ssodisfati meta d-dirgħajn tal-wajpers jinżammu f’pożizzjoni li tikkorrispondi għal nofs ċiklu, għal perjodu ta’ 15-il sekonda bil-kontroll tal-wajper tal-windskrin issettjat fil-frekwenza massima taċ-ċaqlieq. |
|
2.1.8. |
Il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin għandu jiġi żgrassat sewwa permezz tal-ispirtu metilizzat jew sustanza ekwivalenti għat-tneħħija tal-griż jew xaħam żejjed. Wara li jinxef, għandha tiġi applikata soluzzjoni ta’ ammonja ta’ mhux inqas minn 3 % u mhux aktar minn 10 %. Il-wiċċ għandu jitħalla jinxef għal darba oħra u mbagħad jintmesaħ b’ċarruta niexfa tal-qoton. |
|
2.1.9. |
Kisja tat-taħlita tat-test, skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 4 għall-Anness III, għandha tiġi applikata b’mod uniformi fuq il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin u titħalla biex tinxef.
|
|
2.1.10. |
Iż-żona tal-wajper tas-sistema ta’ wajper tal-windskrin, kif preskritt fil-paragrafu 1.1.4. ta’ dan l-Anness, għandha tiġi stabbilita skont kif ġej.
|
|
2.1.11. |
Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1.11. għandhom jintlaħqu f’temperatura ambjentali ta’ – 18 ± 3 °C li l-vettura tkun inħażnet fiha għal mill-anqas erba’ sigħat. Il-vettura għandha tiġi ppreparata biex taħdem fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2.1.4. sa 2.1.5. Matul it-test, is-sistema tal-wajper trid tkun qiegħda taħdem b’mod normali, iżda fil-frekwenza massima taċ-ċaqlieq. Iż-żona tal-wajper m’għandhiex għalfejn tiġi osservata. |
2.2. Kundizzjonijiet tat-test tas-sistema tal-washer tal-windskrin.
|
2.2.1. |
Test Nru. 1. Is-sistema tal-washer tal-windskrin għandha timtela bl-ilma, tiġi mħaddma b’mod sħiħ, u titpoġġa f’temperatura ambjentali ta’ 20 ± 2 °C għal mill-anqas erba’ sigħat. L-ilma għandu jiġi stabbilizzat f’din it-temperatura.
|
|
2.2.2. |
Test Nru. 2. Is-sistema tal-washer tal-windskrin għandha timtela bl-ilma, tiġi mħaddma b’mod sħiħ, u titpoġġa f’temperatura ambjentali ta’ – 18 ± 3 °C għal mill-anqas erba’ sigħat. L-ilma m’għandux għalfejn jiġi stabbilizzat f’din it-temperatura.
|
|
2.2.3. |
Test Nru. 3. Test tal-esponiment għal ċiklu b’temperatura baxxa.
|
|
2.2.4. |
Test Nru. 4. Test tal-esponiment għal ċiklu b’temperatura għolja.
|
|
2.2.5. |
It-testijiet tal-washer tal-windskrin kif stipulati fil-paragrafi 2.2.1. sa 2.2.4.2. għandhom jitwettqu wara xulxin fuq l-istess sistema ta’ washer tal-windskrin. Is-sistema tista’ tiġi ttestjata kif installata fuq it-tip ta’ vettura li għaliha tkun qed tintalab l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, jew separatament. Jekk tkun qiegħda tintalab approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata, is-sistema għandha tiġi ttestjata separatament. |
|
2.2.6. |
Test Nru. 5. Test tal-kapaċità tas-sistema tal-washer tal-windskrin
|
|
2.2.7. |
It-test kif stipulat fil-paragrafi 2.2.6. sa 2.2.6.4. għandu jsir dejjem fuq it-tip ta’ vettura li għaliha tkun qiegħda tintalab l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, anki meta unità teknika separata approvata tkun installata fuq il-vettura. |
Appendiċi 1
Proċedura għall-verifika tal-punt R jew il-punt ta’ referenza bilqiegħda
Il-punt R jew il-punt ta’ referenza bilqiegħda huwa stabbilit skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 3 tar-Regolament tal-UNECE Nru 17 ( 18 )
Appendiċi 2
Proċedura għall-istabbiliment tal-marki ta’ referenza primarji fis-sistema ta’ referenza tridimensjonali
Ir-relazzjonijiet dimensjonali bejn il-marki ta’ referenza primarji fuq id-disinji u l-pożizzjoni tagħhom fuq il-vettura proprja huma stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 4 għar-Regolament tal-UNECE Nru 125 ( 19 )
Appendiċi 3
Proċedura għall-istabbiliment tal-erjas tal-viżjoni fuq il-windskrins tal-vetturi
L-erjas tal-viżjoni A u B huma stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 18 għar-Regolament tal-UNECE Nru 43.
Appendiċi 4
Speċifikazzjonijiet tat-taħlita tat-test għall-ittestjar tas-sistemi tal-wajper u tal-washer tal-windskrin
|
1. |
It-taħlita tat-test li saret referenza għaliha fil-paragrafu 2.1.9. tal-Anness III għandha tikkonsisti minn dan li ġej: 1.1. Ilma, b’toqol ta’ inqas minn 205 mg/l (Ca): 92,5 % skont il-volum. 1.2. Melħ saturat fl-ilma (klorur tas-sodju), soluzzjoni: 5,0 % skont il-volum. 1.3. Trab, skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 1.3.1. sa 1.3.2.6. hawn taħt: 2,5 % skont il-volum. 1.3.1. Speċifikazzjonijiet tal-analiżi tat-trab tat-test 1.3.1.1. 68 ± 1 % SiO2 skont il-massa 1.3.1.2. 4 ± 1 % Fe2O3 skont il-massa 1.3.1.3. 16 ± 1 % Al2O3 skont il-massa 1.3.1.4. 3 ± 1 % CaO skont il-massa 1.3.1.5. 1,0 ± 0,5 % MgO skont il-massa 1.3.1.6. 4 ± 1 % Alkali skont il-massa 1.3.1.7. 2,5 ± 0,5 % telf tal-ignition skont il-massa 1.3.2. Speċifikazzjonijiet tad-distribuzzjoni tad-daqs tal-partiċelli fi trab oħxon 1.3.2.1. 12 ± 2 % ta’ partiċella b’daqs ta’ 0 5 μm 1.3.2.2. 12 ± 3 % ta’ partiċella b’daqs ta’ 5 sa 10 μm 1.3.2.3. 14 ± 3 % ta’ partiċella b’daqs ta’ 10 sa 20 μm 1.3.2.4. 23 ± 3 % ta’ partiċella b’daqs ta’ 20 sa 40 μm 1.3.2.5. 30 ± 3 % ta’ partiċella b’daqs ta’ 40 sa 80 μm 1.3.2.6. 9 ± 3 % ta’ partiċella b’daqs ta’ 80 sa 200 μm |
( 1 ) ĠU L 200, 31.07.2009, p. 1
( 2 ) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1
( 3 ) ĠU L 81, 28.3.1978, p. 49
( 4 ) ĠU L 230, 31.8.2010, p. 119.
( 5 ) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li ma jkunux rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta’ vettura, komponent jew unità teknika separata koperti b’dan id-dokument ta’ informazzjoni, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).
( 6 ) Ikklassifikata skont id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE Parti A tal-Anness II.
( 7 ) Fil-każ ta’ vettura li tista’ taħdem jew bil-petrol, diżil, eċċ., jew anki f’kombinazzjoni ma’ fjuwil ieħor, l-elementi għandhom jiġu ripetuti. Fil-każ ta’ magni u sistemi mhux konvenzjonali, dettalji ekwivalenti għal dawk imsemmija hawn fuq għandhom jiġu pprovduti mill-manifattur.
( 8 ) Stabbilita skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE (ĠU L 375, 31.12.1980, p. 46).
( 9 ) Ħassar fejn ma japplikax.
( 10 ) Id-dettalji speċifikati għandhom jingħataw għal kwalunkwe varjant propost.
( 11 ) Fir-rigward tat-trejlers, il-veloċità massima permessa mill-manifattur.
( 12 ) Jekk il-mezz tal-identifikazzjoni ta’ tip fiha karattri mhux rilevanti għad-deskrizjoni tal-vettura, il-komponent jew tipi ta' unitajiet tekniċi separati li mhumiex koperti minn dan id-dokument informattiv, it-tali karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (e.g. ABC??123??).
( 13 ) Kif imfisser fid-Direttiva 2007/46/KE, l-Anness II, Taqsima A.
( 14 ) Ħassar skont il-każ.
( 15 ) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li ma jkunux rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta’ vettura, komponent jew unità separata koperti b’dan id-dokument ta’ informazzjoni, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).
( 16 ) Jekk il-mezz tal-identifikazzjoni ta’ tip fiha karattri mhux rilevanti għad-deskrizjoni tal-vettura, il-komponent jew tipi ta' unitajiet tekniċi separati li mhumiex koperti minn dan id-dokument informattiv, it-tali karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (e.g. ABC??123??).
( 17 ) Ħassar skont il-każ.
( 18 ) GU L 373, 27.12.2006, p. 1.
( 19 ) ĠU L 200, 31.7.2010, p. 38