European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2235

9.11.2023

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 79/2023

tat-28 ta’ April 2023

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2235]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362 tal-1 ta’ Awwissu 2022 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni ta’ trailers heavy-duty fir-rigward tal-influwenza tagħhom fuq l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fuel, il-konsum tal-enerġija u l-firxa tas-sewqan b’emissjonijiet żero tal-vetturi bil-mutur u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 45zzx (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/543):

“45zzy.

32022 R 1362: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362 tal-1 ta’ Awwissu 2022 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni ta’ trailers heavy-duty fir-rigward tal-influwenza tagħhom fuq l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fuel, il-konsum tal-enerġija u l-firxa tas-sewqan b’emissjonijiet żero tal-vetturi bil-mutur u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 (ĠU L 205, 5.8.2022, p. 145).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 51a (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/683):

“-

32022 R 1362: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362 tal-1 ta’ Awwissu 2022 (ĠU L 205, 5.8.2022, p. 145).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ April 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2022 tat-18 ta’ Marzu 2022 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 205, 5.8.2022, p. 145.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)   ĠU L 182, 7.7.2022, p. 24.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2235/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)