01992R3649 — MT — 01.01.2022 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3649/92 tas-17 ta' Diċembru 1992 (ĠU L 369 18.12.1992, p. 17) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2264 tas-17 ta’ Diċembru 2021 |
L 455 |
22 |
20.12.2021 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3649/92
tas-17 ta' Diċembru 1992
dwar dokument ta' sostenn simplifikat għall-ispostament ta' ġewwa l-Komunità ta' prodotti soġġetti għat-taxxa tas-sisa li ġew mogħtija għall-konsum fl-Istat Membru ta' dispaċċ
Artikolu 1
Jekk prodotti li jkunu soġġetti għal taxxa tas-sisa u diġà rilaxxati għall-konsum fi Stat Membru wieħed ikunu maħsubin sabiex jintużaw fi Stat Membru ieħor għall-iskopijiet li hemm riferenza għalihom f'Artikolu 7 tad-Direttiva 92/12/KEE, il-persuna li tkun responsabbli għall-ispustjar ġewwa l-Komunità għandha tfassal dokument ta' sostenn simplifikat. Matul l-ispustjar ta' dawk il-prodotti minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor, id-dokument għandu jakkompanja l-kunsinna matul il-moviment u għandu jkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għal skopijiet ta' kontroll.
Artikolu 2
Artikolu 3
Jekk jiġu wżati d-dokumenti kummerċjali li hemm riferenza għalihom f’Artikolu 2 bħala d-dokument ta’ sostenn simplifikat għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar bid-dikjarazzjoni segwenti:
“Dokument ta' sostenn simplifikat (oġġetti tas-sisa) għal skopijiet ta' kontroll fiskali”
Artikolu 4
Id-dokument ta' sostenn simplifikat għandu jiġi mfassal fi tliet kopji.
Kopja 1 għandha tinżamm mill-fornitur għall-kontroll fiskali.
Kopja 2 għandha takkompanja l-oġġetti matul l-ispustjar u għandha tinżamm mir-riċevitur.
Kopja 3 għandha takkompanja l-oġġetti u għandha tintbagħat lura lill-fornitur b'ċertifikat ta' rċevuta li jindika wkoll it-trattament fiskali iżjed tal-oġġetti fl-Istat Membru ta' destinazzjoni mogħti mir-riċevitur jekk il-fornitur ikun iridha b'mod partikolari għall-iskopijiet ta' rimborż. Din il-kopja għandha tiġi mehmuża ma’ kull applikazzjoni eventwali għal rimborż li għalih hemm provdut f'Artikolu 22(3) tad-Direttiva 92/12/KEE.
Artikolu 5
Id-dokument ta' sostenn simplifikat għandu jintuża wkoll biex jakkompanja l-movimenti kummerċjali ġewwa l-Komunità ta' alkoħol żnaturat għal kollox, li għalih hemm provdut fl-Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE ( 1 ).
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1993.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Noti ta’ Spjegazzjoni
(In-naha ta’ wara ta’ kopja 1)
Spostament ġewwa 1-Komunità ta’ prodotti soġġetti ghat-taxxa tas-sisa li ġew rilaxxati ghall-konsum fl-Istat Membru ta’ dispaċċ
1. Ġenerali
1.1. Id-dokument ta’ sostenn simplifikat huwa mehtieġ ghall-skopijiet ta’ sisa skond id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta’ Frar 1992.
1.2. Id-dokument ghandu jimtela b’mod li jinqara u b’mod li d-dahliet ma jithassrux. L-informazzjoni tista’ tiġi stampata minn qabel. Tħassir jew kitba fuq li jkun hemm ma humiex permessi.
1.3. L-ispeċifikazzjoni ġenerali tal-karta li ghandha tintuża u tal-kejl tal-kaxxi huma kif stabbilit fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej Nru K 164 tal 1 ta’ Lulju 1989, paġna 3.
Il-karta ghandha tkun bajda ghall-kopji kollha b’daqs ta’ 210 millimetri b’297 millimetri b’tolleranza massima ta’ 5 millimetri inqas jew 8 millimetri iżjed fir-rigward tat-tul tagħhom.
1.4. Kull spazju mhux użat ghandu jiġi immarkat blinja sabiex xejn ma jkun jista’jiġi miżjud.
1.5. Id-dokument ta’ sostenn ikun magħmul minn tliet kopji:
|
kopja l |
ghandha tinżamm mill-fornitur. |
|
kopja 2 |
għandha takkompanja 1-oġġetti u ghandha tinżamm mir-riċevitur. |
|
kopja 3 |
ghandha takkompanja 1-oġġetti u ghandha tiġi rritornata lill-fornitur b’ċertifikat ta’ rċevuta mill-persuna msemmija fil-kaxxa 4 jekk ilfornitur jkun iridha b’mod partikolari ghal skopijiet ta’ rimborż. |
2. Intestaturi
|
Kaxxa 1 |
Fornitur:: 1-isem sħih, 1-indirizz u n-numru tal-VAT (jekk ikollha) talpersuna li tagħmel 1-oġġetti disponibbli fi Stat Membru. Jekk ikun hemm numru tas-sisa, dan għandu jiġi ndikat ukoll. |
|
Kaxxa 2 |
Riferenza ta’ transazzjoni:: numru ta’ riferenza moghti mill-persuna li tforni 1-oġġetti li jidentifika 1-ispostament mar-rekords kummerċjali tiegħu. Normalment dan ikun in-numru u d-data tal-fattura. |
|
Kaxxa 3 |
Awtorità kompetenti:: 1-isem u 1-indirizz tal-awtorità fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni lil liema ġie dikjarat minn qabel 1-ispostament. |
|
Kaxxa 4 |
Riċevitur:: 1-isem sħih, 1-indirizz u n-numru tal-VAT (jekk ikollha) tal-persuna li tirċievi 1-oġġetti. Jekk ikun hemm numru tas-sisa ghandu jiġi indikat ukoll. |
|
Kaxxa 5 |
Trasportatur:: dahhal “fornitur”, “reċipjent” jew 1-isem u 1-indirizz talpersuna responsabbli mill-arranġar tal-ewwel spostament, jekk tkun differenti mill-persuni ndikati fil-kaxxa 1 jew fil-kaxxa 4; il-mezz ta’ trasport għandu jiġi ndikat ukoll. |
|
Kaxxa 6 |
Numru ta’ riferenza u d-data tad-dikjarazzjoni:: id-dikjarazzjoni u/jew awtorizzazzjoni li għandha tingħata mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni qabel ma jibda 1-ispostament. |
|
Kaxxa 7 |
Post ta’ fejn għandha titwassal il-kunsinna:: 1-indirizz tal-kunsinna jekk differenti mill-indirizz fil-kaxxa 4. |
|
Kaxxa 8 |
Deskrizzjoni shiha tal-oġġetti, marki u numri, u t-tip ta’ pakketti:: il-marki u n-numru tal-pakketti minn barra, eż. reċipjenti; in-numru tal-pakketti nterni, eż. kartun; u d-deskrizzjoni kummerċjali taloġġetti.
Id-deskrizzjoni tista’ titkompla fuq folja separata mehmuża ma’ kull kopja. Tista’ tintuża lista tal-ippakkjar għal dan 1-iskop.
Ix-xorb tal-alkoħol u alkoholiku għajr il-birra għandhom ikollhom is-saħħa alkoholika murija (persentaġġ bil-volum ta’ 20 °C).
Il-birra għandha tidher jew fi gradi Plato jew f persentaġġ ta’ alkohol bil-volum ta’ 20 °Ċ, jew it-tnejn, skond il-htieġa tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni u 1-Istat Membru ta’ dispaċċ.
Iż-żjut minerali ghandhom juru d-densità fi 15 °Ċ.
|
|
Kaxxa 9 |
Kodiċi tal-oġġett:: il-Kodiċi NM. |
|
Kaxxa 10 |
Kwantità:: in-numru, il-piż jew il-volum kif xieraq ghall-iskopijiet ta’ taxxa tas-sisa fl-Istat Membru ta’ destinazjoni, per eżempju:
—
sigaretti, in-numru tal-oġġetti, imfissra fl-eluf,
—
sigarri u sigarillos, il-piż nett,
—
xorb tal-alkohol u alkoħoliku, litri f 20 °Ċ għal żewġ postijiet deċimali,
—
żjut minerali għajr fuel oil tqil, litri fi 15 °Ċ.
|
|
Kaxxa 11 |
Piż gross:: il-piż gross tal-kunsinna. |
|
Kaxxa 12 |
Piż nett:: il-piż tal-oġġetti mingħajr 1-ippakkjar. |
|
Kaxxa 13 |
Prezz jew valur tal-fattura:: is-somma totali tal-fattura bit-taxxa tassisa nkluża. Jekk ma jkunx hemm bejgh marbut ma’ 1-ispostament, ghandu jiddahħal il-valur kummerċjali. F’dak il-każ għandha tiġi miżjuda r-rimarka “bla bejgħ”. |
|
Kaxxa 14 |
Ċertifikati (ċerti nbejjed u spirti, produtturi żgħar indipendenti ta’ xorb alkoħoliku):: Dan 1-ispazju huwa merfugħ għal ċertifikati eventwali li jkunu meħtieġa fuq il-kopja 2 biss.
1.
Fil-każ ta’ ċerti nbejjed, iċ-ċertifikazzjoni li li jkollha x’taqsam ma’ 1-oriġini u 1-kwalità tal-prodotti ghandha, fejn ikun meħtieġ, tkun indikata skond il-leġislazzjoni tal-Komunità rilevanti.
2.
Fil-każ ta’ ċerti spirti ċ-ċertifikazzjoni li jkollha x’taqsam mal-post ta’ produzzjoni li hija mehtieġa taht il-leġislazzjoni tal-Komunità rilevanti għandha, fejn mehtieġ, tiġi indikata.
3.
Għax-xorb alkoħoliku prodott minn produtturi żgħar indipendenti awtoċertifikati, l-informazzjoni għandha tiżdied f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2266 ( 2 ) meta jkun maħsub li tintalab rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.
4.
L-alkohol etile prodott minn distillerija żghira ndipendenti, kif imfisser fid-Direttiva tal-Kunsill speċifika li tittratta 1-istrutturi ta’ taxxi tas-sisa fuq ix-xorb tal-alkoħol u alkoħolikuli għaliha jkun hemm il-hsieb li tintalab rata mnaqqsa ta’ taxxa tas-sisa fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni ghandha tiġi ċċertifikata fit-termini segwenti: “B’dan il-mezz niccertifika li 1-prodott deskritt gie prodott minn impriża żghira bi produzzjoni fis-sena ta’ qabel ta’ … ettolitri ta’ alkohol pur”. |
|
Kaxxa 15 |
Il-kumpanija tal-firmatarju, etc:: Id-dokument għandu jiġi mimli minn, jew fl-isem il-persuna għall-ispostament tal-oġġetti. Tista’ tkun kemm il-fornitur jew ir-riċevitur. Jekk il-fornitur jeħtieġ li 3 tiġi rritornata lilu b’ċertifikat ta’ rċevuta dan għandu jiġi muri. |
|
Kaxxa A |
Rekord ta’ kontroll:: 1-awtoritajiet kompetenti għandhom iniżżlu 1kontrolli applikati fuq il-kopji 2 u 3. 11- kollha ghandhom jiġu ffirmati, datati u ttimbrati mill-uffiċjal responsabbli. |
|
Kaxxa B |
Ċertifikat ta’ rċevuta:: gh tingħata mir-riċevitur u ghandha tiġi rritornata lill-fornitur jekk ikun iridha b’mod partikolari għalliskopijiet ta’ rimborż. |
( 1 ) ĠU L 316, tal-31.10.1992, p. 21.
( 2 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2266 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni u l-awtoċertifikazzjoni ta’ produtturi żgħar indipendenti ta’ xorb alkoħoliku għall-iskop tad-dazju tas-sisa (ĠU L455).