|
26.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 397/24 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1765
tal-25 ta’ Novembru 2020
li ma tapprovax il-klorofen bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi eżistenti li jridu jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi l-klorofen (Nru KE: 204-385-8; Nru CAS 120-32-1). |
|
(2) |
Il-klorofen ġie evalwat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2, diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(3) |
In-Norveġja nħatret bħala Stat Membru relatur u l-awtorità kompetenti tagħha ssottomettiet ir-rapporti tal-valutazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (l-Aġenzija) fit-22 ta’ Diċembru 2016. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali adotta l-opinjoni tal-Aġenzija fl-4 ta’ Marzu 2020 (3), wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni. |
|
(5) |
Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2 li fihom il-klorofen jistgħu ma jkunux mistennija li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 peress li l-valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa identifikat riskji inaċċettabbli. |
|
(6) |
Filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Aġenzija, mhuwiex xieraq li l-klorofen jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-klorofen (Nru KE: 204-385-8, Nru CAS: 120-32-1) mhuwiex approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).
(3) Biocidal Products Committee Opinion on the application for approval of the active substance: Chlorophene, Product type: 2, ECHA/BPC/238/2020, adottata fl-4 ta’ Marzu 2020.