|
16.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/357 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-17 ta’ April 2013
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2011
(2013/622/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7-0040/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0088/2013), |
|
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva dwar il-Mediċini Innovattivi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2011; |
|
2. |
Jipprezenta l-kummenti tiegħu fir-rizoluzzjoni t’hawn taħt; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva dwar il-Mediċini Innovattivi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-17 ta’ April 2013
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2011
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7-0040/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0088/2013), |
|
A. |
billi l-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva dwar il-Mediċini Innovattivi (l-“Impriża Konġunta”) twaqqfet f’Diċembru 2007 għal perjodu ta’ 10 snin biex ittejjeb b’mod sinifikanti l-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċess tal-iżvilupp tal-mediċini, bil-mira fit-tul li s-settur farmaċewtiku jipproduċi mediċini innovattivi li jkunu aktar effikaċi u sikuri, |
|
B. |
billi l-Impriża Konġunta bdiet tiffunzjona b’mod awtonomu fis-16 ta’ Novembru 2009, |
|
C. |
billi l-Qorti tal-Awdituri tiddikjara li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari, |
|
D. |
billi l-Qorti tal-Awdituri tat opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-Impriża Konġunta; |
|
E. |
billi l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għall-Impriża Konġunta għall-perjodu ta’ 10 snin hija EUR 1 000 000 000, somma li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka, |
Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja
|
1. |
Jinnota bi tħassib li l-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2011 u l-pjan ta’ implimentazzjoni kienu adottati mill-Bord Governattiv biss fl-4 ta’ April 2011 minħabba ż-żmien li ttieħed biex jiġu stabbiliti l-prijoritajiet xjentifiċi li kellhom jiġu inklużi fil-pjan annwali ta’ implimentazzjoni u biex ikun hemm qbil dwarhom; jinnota li dan dewwem it-tnedija tas-sejħa għal proposti u għall-ewwel kwart tas-sena kollu, l-Impriża Konġunta kienet obbligata tuża r-regola baġitarja provviżorja tal-parti minn kull tnax biex twettaq pagamenti; |
|
2. |
Jinsab imħassab dwar il-fatt li r-rata ta’ implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ EUR 159 000 000, disponibbli għal attivitajiet ta’ riċerka, kienet 66 % u li ġiet implimentata permezz ta’ impenn globali li jkopri r-raba’ sejħa għal proposti; huwa mħasseb dwar ir-rata tal-implimentazzjoni baxxa tal-baġit, u barra minn hekk, dwar l-attivitajiet sottostanti tal-Impriża Konġunta; jieħu debitament nota tal-fatt li l-livell għoli ta’ approprjazzjonijiet mhux użati tal-baġit amministrattiv (44 %) jindika li dan ma kienx ibbażat fuq stimi realistiċi; jappella għal rapport dettaljat dwar il-progress fuq dawk in-nuqqassijiet li jagħmel proposti speċifiċi għal titjib gradwali fir-rata ta’ implimentazzjoni u għal stima aktar realistika tar-riżorsi finanzjarji meħtieġa; |
|
3. |
Jiddispjaċih, għalhekk, li approprjazzjonijiet ta’ impenn li jammontaw għal EUR 117 000 000 u approprjazzjonijiet ta’ pagament li jammontaw għal EUR 65 000 000 mhux użati fis-sena finanzjarja 2010 ġew riportati għall-2011 u approprjazzjonijiet ta’ impenn li jammontaw għal EUR 62 miljun u approprjazzjonijiet ta’ pagament li jammontaw għal EUR 11 000 000 mhux użati matul is-sena finanzjarja 2011 ġew riportati għall-2012; jilqa’ t-titjib li sar għall-2012 fejn ir-rati ġenerali ta’ eżekuzzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn kienu 96 % u għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienu 97 %; |
|
4. |
Jinsab imħasseb fuq il-fatt li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta rċevew opinjoni kwalifikata mill-Qorti tal-Awdituri dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħt dawk il-kontijiet minħabba li r-rata ta’ żbalji li rriżultat mill-awditi ex post kienet ta’ 6,84 %; jieħu nota tal-fatt li l-Impriża Konġunta kkompletat awditi ex post li jkopru EUR 2,2 miljun (18,8 % tal-kontribuzzjoni aċċettata tal-Impriża Konġunta għall-ewwel sejħa validata mill-Impriża Konġunta f’Ġunju 2011); jiddispjaċih li abbażi li l-ewwel awditi tal-Impriża Konġunta applikaw il-metodoloġija tagħha stess, ir-rata ta’ żbalji misjuba kienet ta’ 4,58 % filwaqt li r-rata ta’ żbalji residwi kienet ta’ 3,72 %; jistenna li l-Qorti tal-Awdituri u l-Impriża Konġunta jaqblu fuq metodoloġija ta’ awditjar li għall-istess awditi ex post tipproduċi l-istess riżultati; itenni li l-Impriża Konġunta għandha ssaħħaħ mingħajr dewmien il-kwalità tal-kontrolli ex ante tagħha, b’mod partikolari għall-ġestjoni tal-għotjiet; jitlob li l-awtorità ta’ kwittanza tkun informata bir-riżultati tal-proċessi tal-awditu ex ante li jmiss imwettqa mill-Impriża Konġunta; |
|
5. |
Jappella, għalhekk, għal rapport dettaljat dwar il-progress li jagħmel proposti speċifiċi għal tnaqqis gradwali fir-rata ta’ żbalji; |
Sejħiet għal proposti
|
6. |
Jenfasizza l-fatt li l-Impriża Konġunta organizzat sejħiet għal proposti fl-2008, l-2009 u l-2010 li rriżultaw fi ftehimiet ta’ għotja ffirmati li ammontaw għal total ta’ EUR 269 000 000 fl-aħħar tas-sena 2011 u li fl-2012 il-ħames sejħa tnediet b’kontribuzzjoni indikattiva bbaġitjata tal-Unjoni ta’ EUR 80 000 000; jinsab imħasseb dwar il-fatt li jekk is-sejħiet għal proposti jibqgħu fil-livell kurrenti, huwa probabbli ħafna li t-total disponibbli tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni ma jintużax; jitlob lill-Impriża Konġunta tagħmel l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi li ġew allokati għall-implimetazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi; |
|
7. |
Jieħu nota tal-inkonsistenzi bejn id-deċiżjonijiet tal-Bord Governattiv u r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, jiġifieri l-fatt li fir-rapport l-ammont totali tal-Kapitolu 30-C2 “Aġenda ta’ Riċerka” (EUR 117 000 000) huwa aktar baxx mil-linja baġitarja B03000-C2 (EUR 141 000 000) li hija parti minn dak il-kapitolu; jinnota barra minn hekk, li d-Deċiżjoni tal-Bord Governattiv tat-28 ta’ Jannar 2011 tawtorizza biss ir-riport ta’ EUR 115 000 000 ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn, filwaqt li r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja juri riport ta’ EUR 117 000 000; jistieden lill-Impriża Konġunta tiżgura li d-deċiżjonijiet tal-Bord Governattiv tagħha jittieħdu inkunsiderazzjoni kif xieraq mid-Direttur Eżekuttiv; |
Sistemi ta’ kontroll intern
|
8. |
Jirrimarka li l-Qorti tal-Awdituri tirrapporta progress sinifikanti fir-rigward tas-sistemi ta’ kontroll intern matul l-2011; jinnota, madankollu, li hemm bżonn ta’ aktar xogħol sabiex jiġu stabbiliti u dokumentati l-proċeduri baġitarji u ta’ kontabbiltà u l-kontrolli relatati u evalwazzjoni formali tas-sistema ta’ kontroll intern twettqet matul l-2011; |
|
9. |
Jieħu nota tal-fatt li l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Impriża Konġunta rraporta dwar il-validazzjoni tas-sistema ta’ kontabbiltà fis-27 ta’ Settembru 2012 u enfasizza nuqqasijiet sinifikanti li jeħtieġ li jiġu indirizzati; |
Evalwazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet in natura
|
10. |
Jieħu nota tal-konstatazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-metodoloġija għall-evalwazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet in natura kienet approvata mill-Bord Governattiv fil-11 ta’ Novembru 2011 u li l-kontribuzzjonijiet in natura ġew ivvalidati permezz ta’ ċertifikazzjoni ex ante u awditi ex post iżda madankollu matul l-2011 ma twettqu l-ebda ċertifikazzjoni ex ante u awditu ex post mill-Impriża Konġunta; |
|
11. |
Ifakkar li l-Impriża Konġunta twaqqfet f’Diċembru 2007 u bdiet taħdem awtonomament f’Novembru 2009; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-metodoloġija għall-evalwazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet in natura li għandha tiġi definita fir-regoli u l-proċeduri interni tal-Impriża Konġunta f’konformità mar-Regoli Finanzjarji tagħha ġiet approvata mill-Bord Governattiv fil-11 ta’ Novembru 2011; jenfasizza l-fatt li l-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji u Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi (EFPIA) li huma membri tal-Impriża Konġunta ma setgħux għalhekk jirrapportaw dwar l-ispejjeż imġarrba matul l-ewwel perjodu ta’ rappurtar kif stabbilit fil-ftehimiet ta’ għotjiet; |
Awditu intern u s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni
|
12. |
Jieħu nota tal-fatt li fl-2011 is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni u l-Kapaċità tal-Awditjar Interna tal-Impriża Konġunta wettqu eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tar-riskju u l-pjan strateġiku ta’ awditu għall-2012-2014 ġie approvat mill-Bord Governattiv fit-3 ta’ Novembru 2011; |
|
13. |
Josserva li r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta għadhom ma ġewx emendati sabiex jinkludu d-dispożizzjoni tar-Regolament Qafas iżda l-karta ta’ missjoni tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ġiet adottata mill-Bord Governattiv fit-8 ta’ Marzu 2011; |
|
14. |
Jinsab imħasseb dwar il-fatt li filwaqt li l-Impriża Konġunta kisbet l-awtonomija tagħha f’Novembru 2009 l-ebda xogħol ta’ awditjar intern għall-assigurazzjoni bħala tali ma twettaq sa’ Marzu 2012 mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni jew mill-maniġer tal-awditjar intern u dan tal-aħħar kien direttament involut fl-attivitajiet operattivi (implimentazzjoni tal-istrateġija ex post, qafas KPI, reviżjoni taċ-ċertifikat ex ante fuq il-kontribuzzjonijiet in natura) u impenji konsultattivi oħra; |
Drittijiet ta’ Awditjar tal-Qorti tal-Awdituri
|
15. |
Huwa sorpriż mill-fatt li d-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta’ għotjiet ma jirrikonoxxux id-dritt tal-Qorti tal-Awdituri li twettaq awditu tal-kontribuzzjonijiet in natura tal-kumpaniji EFPIA għalkemm dawn huma mniżżla fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Impriża Konġunta u huma stmati li jammontaw għal EUR 1 000 000 000 matul il-ħajja tal-Impriża Konġunta; jirrmarka li kontribuzzjonijiet in natura huma awditjati mill-Impriża Konġunta b’mod konformi mal-Artikolu 12(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 73/2008 u li l-parir tal-Kummissjoni ġie mitlub mill-Impriża Konġunta dwar id-dritttijiet tal-Qorti tal-Awdituri li twettaq awditu fuq il-kontribuzzjonijiet in natura tal-kumpaniji EFPIA; |
Rapport annwali ta’ attività
|
16. |
Jenfasizza l-fatt li d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv inħarġet fi Frar 2012 mingħajr riżerva minkejja n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-effettività tal-istrateġija ta’ awditu ex-post, li hija l-kontroll ewlieni għan-nefqa operazzjonali; jinnota li skont l-Istatuti u r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta, id-Direttur Eżekuttiv huwa meħtieġ li jabbozza rapport annwali ta’ attività inkluża dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni li tiddikjara li l-informazzjoni li hemm fir-rapport tirrappreżenta stampa vera u ġusta għajr jekk speċifikat mod ieħor fi kwalunkwe riżerva; |
Kwistjonijiet oħra relatati mal-ġestjoni
|
17. |
Jinnota li fl-2011 l-Impriża Konġunta għamlet progress fil-formalizzazzjoni tal-politiki ta’ sigurtà tal-IT; josserva li l-pjan ta’ kontinwità tal-attivitajiet u l-pjan ta’ rkupru minn diżastru għadhom ma ġewx iffinalizzati; |
|
18. |
Jilqa’ l-fatt li l-Ftehim mal-Istat Ospitanti bejn l-Impriża Konġunta u l-awtoritajiet Belġjani dwar spazju għall-uffiċċji, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandhom jingħataw ġie ffirmat fit-3 ta’ Frar 2012; |
Kwistjonijiet oħra
|
19. |
Itenni l-istedina tiegħu lill-Qorti tal-Awdituri biex, fi żmien raġonevoli, tipprovdi rapport speċjali lill-Parlament dwar kwistjonijiet komuni li jinqalgħu minħabba n-natura tal-impriżi konġunti, u li għandhom jiġu indirizzati mill-impriżi konġunti flimkien mas-sħab tagħhom sabiex jiġi żgurat il-valur miżjud tagħhom u t-twettiq effiċjenti tal-programmi ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni tal-Unjoni; jirrimarka wkoll li dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-effikaċja tal-istabbiliment u l-istruttura tal-impriżi konġunti. |
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.