|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5752 |
24.10.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12152 – SPAR / VGS / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/5752)
1.
Fis-16 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
SES Spar European Shopping Centers GmbH (“SES”, l-Awstrija), ikkontrollata minn HOLDAG Beiteiligungsgesellschaft mbH (l-Awstrija), |
|
— |
Vinzenz Gruppe Service GmbH (“VGS”, l-Awstrija), ikkontrollata minn St. Vinzenz gemeinnützige Privatstiftung der Barmherzigen Schwestern (l-Awstrija). |
SES u VGS se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta ffurmata ġdida.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
SES tiżviluppa, tibni u topera proprjetajiet multifunzjonali fuq skala kbira b’enfasi fuq il-bejgħ bl-imnut u s-servizzi fl-Awstrija kif ukoll f’pajjiżi oħra tal-Ewropa ċentrali u n-Nofsinhar tal-Ewropa. SES hija parti mill-Grupp SPAR li huwa attiv fil-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut ta’ ikel u prodotti ta’ kuljum, u fil-kummerċ bl-imnut ta’ prodotti sportivi u tal-moda fl-Awstrija u fil-pajjiżi ġirien, |
|
— |
VGS hija attiva fis-settur tal-kura tas-saħħa u tal-indukrar, u tipprovdi b’mod partikolari servizzi tal-kura tas-saħħa lis-suq ġenerali bħall-parks tas-saħħa, il-faċilitajiet ta’ riabilitazzjoni u servizzi oħrajn. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża konġunta ffurmata ġdida se jkunu dawn li ġejjin:|
— |
L-impriża konġunta se topera parks tas-saħħa f’ċentri kummerċjali fl-Awstrija u se tiffoka fuq il-kiri ta’ stabbilimenti għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa u s-servizzi ta’ ġestjoni tal-post. |
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12152 — SPAR / VGS / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5752/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)