31994R1179



Official Journal L 131 , 26/05/1994 P. 0003 - 0004


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1179/94

tal-25 ta’ Mejju 1994

rigward l-ewwel lista ta’ sustanzi ta’ prijorità bħal ma hu previst permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta’ Marzu 1993 dwar l-evalwazzjoni u l-konroll tar-riskji f’sustanzi eżistenti [1], u partikolarment l-Artikoli 8 u 10 tiegħu,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 793/93 jaħseb għal sistema ta’ evalwazzjoni u kontroll tar-riskji dwar sustanzi eżistenti u billi sabiex jidħlu għal evalwazzjoni dwar ir-riskju ta’ dawn is-sustanzi, huwa xieraq li jkunu identifikati s-sustanzi ta’ prijorità li jinħtieġu attenzjoni;

Billi b’konsegwenza, l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 jinħtieġ li l-Kummissjoni tħejji lista ta’ sustanzi ta’ prijorità u billi l-Artikolu 8 ikompli jindika l-fatturi li għandhom jittieħdu f’akkont fit-tħejjija ta’ l-imsemmija lista;

Billi l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 jipprevedi li għal kull sustanza fil-listi ta’ prijorità Stat Membru għandu jingħata r-responsabbiltà għall-evalwazzjoni tiegħu u billi l-allokazzjoni ta’ sustanzi għandha tassigura sehem xieraq tar-responsabbiltà bejn Stati Membri;

Billi d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bis-saħħa ta’ l-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Lista ta’ Prijorità

1. Il-lista ta’ sustanzi ta’ prijorità hija b’hekk stabbilita u elenkata fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2. Għal kull waħda mis-sustanzi tal-lista ta’ prijorità l-Istat Membru li għandu jkun responsabbli għall-evalwazzjoni tagħha huma b’hekk innominati u huma indikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta’ Mejju 1994.

Għall-Kummissjoni

Yannis Paleokrassas

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 84, tal-5.4.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

EINECS NRU | CAS NRU | Isem tas-sustanza | Stat Membru |

200–449–4 | 60–00–4 | edetic acid | D |

200–539–3 | 62–53–3 | aniline | |

200–573–9 | 64–02–8 | tetrasodium ethylenediaminetetraacetate | D |

200–753–7 | 71–43–2 | benzene | D |

200–835–2 | 75–05–8 | acetonitrile | E |

201–167–4 | 79–01–6 | trichloroethylene | UK |

201–173–7 | 79–06–1 | acrylamide | UK |

201–177–9 | 79–10–7 | acrylic acid | D |

201–185–2 | 79–20–9 | methyl acetate | D |

201–204–4 | 79–41–4 | methacrylic acid | D |

201–297–1 | 80–62–6 | methyl methacrylate | D |

201–557–4 | 84–74–2 | dibutyl phtalate | NL |

202–049–5 | 91–20–3 | naphthalene | UK |

202–448–4 | 95–76–1 | 3,4-dichloroaniline | D |

202–453–1 | 95–80–7 | 4-methyl-m-phenylenediamine | D |

202–704–5 | 98–82–8 | cumene | E |

202–849–4 | 100–41–4 | ethylbenzene | D |

202–851–5 | 100–42–5 | styrene | UK |

202–974–4 | 101–77–9 | 4,4′; -methylenedianiline | D |

203–080–7 | 103–11–7 | 2-ethylhexyl acrylate | D |

203–400–5 | 106–46–7 | 1,4-dichlorobenzene | F |

203–450–8 | 106–99–0 | buta-1,3-diene | UK |

203–453–4 | 107–02–8 | acrylaldehyde | NL |

203–466–5 | 107–13–1 | acrylonitrile | IRL |

203–508–2 | 107–64–2 | dimethyldioctadecylammonium chloride | D |

203–545–4 | 108–05–4 | vinyl acetate | D |

203–632–7 | 108–95–2 | phenol | D |

203–772–9 | 110–49–6 | 2-methoxyehtyl acetate | NL |

203–788–6 | 110–65–6 | but-2-yne-1,4-diol | D |

203–806–2 | 110–82–7 | cyclohexane | F |

203–906–6 | 111–77–3 | 2-(2-methoxyethoxy)ethanol | NL |

203–961–6 | 112–34–5 | 2-(2-butoxietoxi)etanol | NL |

204–214–7 | 117–84–0 | dioctyl phthalate | NL |

204–825–9 | 127–18–4 | tetrachloroethylene | UK |

205–516–1 | 141–97–9 | ethyl acetoacetate | D |

214–604–9 | 1163–19–5 | bis(pentabromophenyl)ether | F/UK |

216–381–3 | 1570–64–5 | 4-chloro-o-cresol | DK |

231–634–8 | 7664–39–3 | hydrogen fluoride | NL |

251–087–9 | 32536–52–0 | diphenyl ether, octabromo derivative | F/UK |

266–027–7 | 65996–92–1 | Distillates (coal tar) | NL |

267–051–0 | 67774–74–7 | Benzene, C10–13 -alkyl derivs. | I |

287–476–5 | 85535–84–8 | Alkanes, C10–13, chloro | UK |

--------------------------------------------------