Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) - Titolu V - Disposizzjonijiet dwar politika barranija u ta' sigurtà komuni - Artikolu 25
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0021 - 0021
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0019 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0161 - Consolidated version
Artikolu 25 Bla preġudizzju għall-Artikolu 207 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Kumitat ta’ Politika u Sigurtà għandu jissorvelja s-sitwazzjoni internazzjonali ta’ dawk l-oqsma li huma koperti bil-politika barranija u ta' sigurtà komuni u għandu jikkontribwixxi għad-definizzjoni ta’ linji politiċi billi jagħti opinjonijiet lill-Kunsill fuq it-talba tal-Kunsill jew b’inizjattiva tiegħu stess. Għandu jissorvelja wkoll l-implimentazzjoni tal-linji politiċi miftiehma, bla preġudizzju għar-responsabilta' tal-Presidenza u tal-Kummissjoni. Fl-ambitu ta’ dan it-Titolu, dan il-Kumitat għandu jeżerċita, taħt is-sorveljanza tal-Kunsill, kontroll politiku u direzzjoni strateġika f’operazzjonijiet għall-kontroll ta' kriżijiet. Il-Kunsill jista’ jawtorizza lill-Kumitat, għall-iskop u għaż-żmien ta’ l-operazzjoni biex issolvi l- kriżi, kif jiġi deċiż mil-Kunsill, biex jieħu d-deċiżjonijiet xierqa rigward il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ l-operazzjoni, bla preġudizzju għall-Artikolu 47. --------------------------------------------------