|
15.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 44/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/262
tal-14 ta' Frar 2019
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-Indoneżja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 430/2013 (2), il-Kunsill impona dazju definittiv antidumping b'rati li jvarjaw minn 14,9 % sa 57,8 % fuq importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, li jeskludi komponenti ta' fittings b'kompressjoni bl-użu tal-kamin metriku ISO DIN 13 u kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils tal-ħadid malleabbli bil-kamin ċirkolari mingħajr ma jkollhom għatu, li attwalment jaqgħu fil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (“NM”) ex 7307 19 10 (il-kodiċi TARIC 7307191010) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajlandja. |
|
(2) |
Permezz tas-sentenza tat-12 ta' Lulju 2018 fil-Kawżi Magħquda C-397/17 u C-398/17, Profit Europe (3), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li n-NM trid tiġi interpretata li tfisser li l-fittings ta' tubi jew pajpijiet tal-ħadid fondut bil-grafit sferojdali jridu jiġu klassifikati taħt is-subintestatura residwa 7307 19 90 bħala fittings oħrajn tal-ħadid fondut, minflok taħt is-subintestatura 7307 11 10 bħala fittings tal-ħadid fondut mhux malleabbli, jew taħt is-subintestatura NM 7307 19 10 bħala fittings tal-ħadid fondut malleabbli. |
|
(3) |
Wara din is-sentenza, in-Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-kodiċi NM 7307 19 10 ġew modifikati, u tneħħew il-fittings tal-ħadid fondut bil-grafit sferojdali minn dak il-kodiċi NM. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1071/2012 (4) li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew pajpijiet bil-kamin, tal-ħadid fondut malleabbli, irrefera b'mod espliċitu għall-klassifikazzjoni tal-fittings fonduti ta' tubi jew pajpijiet bil-kamin tal-ħadid fondut bil-grafit sferojdali (magħruf ukoll bħala ħadid fondut duttili) taħt il-kodiċi NM 7307 19 10. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 430/2013 ikompli jirreferi għal dik il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 7307 19 10 bħala fittings tal-ħadid fondut malleabbli. Ir-referenza għall-kodiċi NM issa hija inkonsistenti mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja u man-Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda għall-kodiċi NM 7307 19 10. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-kodiċi NM ex 7307 19 90 u l-kodiċi TARIC korrispondenti jiġu inklużi wkoll fost il-kodiċijiet elenkati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 430/2013 rigward l-oġġetti li l-importazzjonijiet tagħhom ikunu soġġetti għad-dazju antidumping definittiv. |
|
(6) |
Sabiex jiġi żgurat il-ġbir effettiv tad-dazji antidumping fis-seħħ, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 430/2013 jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 430/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
it-titolu huwa sostiwit b'dan li ġej: “ Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli u ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-Indoneżja ”; |
|
(2) |
L-Artikolu 1(1) huwa sostitiwit b'dan li ġej: “1. Dazju definittiv antidumping huwa b'dan impost fuq importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli u ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li jeskludi komponenti ta' fittings b'kompressjoni bl-użu tal-kamin metriku ISO DIN 13 u kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils tal-ħadid malleabbli bil-kamin ċirkolari mingħajr ma jkollhom għatu, li attwalment jaqgħu fil-kodiċi NM ex 7307 19 10 (il-kodiċi TARIC 7307191010) u ex 7307 19 90 (il-kodiċi TARIC 7307199010) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) u t-Tajlandja.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-Indoneżja (ĠU L 129, 14.5.2013, p. 1).
(3) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Lulju 2018, il-Kawżi Magħquda C-397/17 u C-398/17, Profit Europe NV v Belgische Staat, ECLI:EU:C:2018:564.
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1071/2012 tat-14 ta' Novembru 2012 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja (ĠU L 318, 15.11.2012, p. 10).