<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-771/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0771</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:584">EU:C:2020:584</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20200716">16.7.2020</DATE> – Kawża C‑771/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il‑Kummissjoni vs L‑Ungerija (Tariffi ta’ aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni ta’ elettriku u ta’ gass naturali)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Swieq interni tal-elettriku u tal-gass naturali</KEYWORD><KEYWORD>Networks ta’ trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass naturali</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet għall-aċċess</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 714/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 14(1)</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 715/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 13(1)</KEYWORD><KEYWORD>Spejjeż</KEYWORD><KEYWORD>Iffissar tat-tariffi ta’ aċċess għan-networks</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2009/72/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 37(17)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2009/73/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 41(17)</KEYWORD><KEYWORD>Rimedji nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑771/18,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, ippreżentat fis‑<DATE ISO="20181207">7 ta’ Diċembru 2018</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn O. Beynet u K. Talabér‑Ritz, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Ungerija</HT>, irrappreżentata inizjalment minn M. Z. Fehér u Z. Wagner, sussegwentement minn M. Z. Fehér, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn S. Rodin, President tal-Awla, D. Šváby u N. Piçarra (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni, fl-iffissar tat-tariffi ta’ aċċess għan-networks, l-ispejjeż effettivament sostnuti mill-operaturi ta’ network, l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE> dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="211" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 211, p. 15</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20130417">17 ta’ April 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="115" PAGE.FIRST="39" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 115, p. 39</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament Nru 714/2009<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll taħt l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE> dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="211" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 211, p. 36</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="229" PAGE.FIRST="29" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 229, p. 29</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="87" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 309, p. 87</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament Nru 347/2013 (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Regolament Nru 715/2009<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), u li,</P></ITEM><ITEM><P>billi ma stabbilixxietx mekkaniżmu adatt sabiex jiġi żgurat dritt għal azzjoni legali kontra d-deċiżjonijiet tal-awtorità regolatorja nazzjonali, fis-sens tal-Artikolu 37(17) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE> dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda [tħassar] d-Direttiva 2003/54/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="211" PAGE.FIRST="55" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 211, p. 55</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tal-Artikolu 41(17) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE> dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="211" PAGE.FIRST="94" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 211, p. 94</REF.DOC.OJ>), l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2009/72 u 2009/73.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 714/2009</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Skont il-premessi 3, 14 u 16 tar-Regolament Nru 714/2009:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(3)</NO.P><TXT>[…] Fil-preżent, jeżistu ostakoli għall-bejgħ tal-elettriku fuq termini ugwali, mingħajr diskriminazzjoni jew żvantaġġ fil-Komunità. B’mod partikolari, aċċess mhux diskriminatorju għan-network, u livell ugwalment effettiv ta’ superviżjoni regolatorja f’kull Stat Membru, għadhom ma jeżistux filwaqt li għadhom jeżistu swieq iżolati.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>Sistema adatta ta’ sinjali ta’ lokalità għal medda twila ta’ żmien tkun meħtieġa, ibbażata fuq il-prinċipju ta’ distinzjoni tal-piżijiet imposti għal ammisjoni fin-networks għandhom jirriflettu l-bilanċ bejn il-ġenerazzjoni u l-konsum tar-reġjun konċernat, fuq il-bażi ta’ distinzjoni tal-piżijiet għal aċċess għan-networks fuq il-prodotti u/jew il-konsumaturi..</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT>Il-prekondizzjoni għal kompetizzjoni effettiva fis-suq intern tal-elettriku hija li jkun hemm tariffi trasparenti u mhux diskriminatorji għal użu ta’ networks, fosthom il-linji li jikkonnettjaw is-sistema ta’ trasmissjoni. Il-kapaċità disponibbli ta’ dawn il-linji għandhom ikunu stabbiliti fl-ogħla livelli li jippermettu standards ta’ sigurtà tat-tħaddim tan-network bla periklu.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-ispejjeż relatati mal-attivitajiet ta[n-Network Ewropew tal-Operaturi ta’ Network ta’ Trażmissjoni (ENTSO)] msemmi fl-Artikoli 4 sa 12 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 għandhom jiġġarrbu mill-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni u għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tariffi. L-awtoritajiet regolatorji għandhom japprovaw dawn l-ispejjeż biss jekk ikunu raġonevoli u xierqa.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tal-imsemmi regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ħlasijiet applikati minn operaturi tan-networks għal aċċess għan-networks għandhom ikunu trasparenti, waqt li jqisu l-ħtieġa għas-sigurtà tan-network u jirriflettu spejjeż attwalment minfuqa meta jistgħu jitqabblu ma’ dawk ta’ operatur ta’ network effiċjenti u strutturalment paragunabbli u applikati b’mod mhux diskriminatorju. Dawk il-piżijiet ma għandhomx ikunu relatati mad-distanza.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn jixraq, il-livell ta’ tariffi applikati lill-produtturi u/jew lill-konsumaturi għandu jipprovdi sinjali tal-lokalità fil-livell tal-Komunità, u jqis l-ammont ta’ telf tan-networks u l-konġestjoni kkawżata, u kemm jiswew l-investimenti fl-infrastruttura.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta jiġu stabbiliti l-ħlasijiet għal aċċess għan-networks, għandu jittieħed kont ta’ dawn li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ħlasijiet u dħul li jirriżultaw mill-mekkaniżmu ta’ kumpens tas-sistema ta’ trasmissjoni bejn in-networks;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ħlasijiet li attwalment ħarġu jew daħlu kif ukoll ħlasijiet mistennija għal perijodi fil-ġejjieni, stmati fuq il-bażi ta’ perijodi passati.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 715/2009</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessi 7 u 8 tar-Regolament Nru 715/2009 jistabbilixxu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>(7)</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kriterji li konformement magħhom jiġu determinati tariffi għall-aċċess għan-network, sabiex jiġi żgurat li jkunu konformi bis-sħiħ mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u mal-ħtiġijiet ta’ suq intern li jiffunzjona korrettament u li jittieħed kont bis-sħiħ tal-bżonn tal-integrità tas-sistema u li jiġu riflessi l-ispejjeż magħmula, sakemm dawn l-ispejjeż jikkorrispondu ma’ dawk ta’ operatur effiċjenti u strutturalment komparabbli tan-network u jkunu trasparenti, filwaqt li jinkludu qligħ xieraq mill-investimenti, u fejn ikun il-każ, b’kont meħud tal-benchmarking tat-tariffi mill-awtoritajiet regolatorji.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Fil-kalkolu tat-tariffi għall-aċċess għan-networks huwa importanti li jittieħed kont tal-ispejjeż fattwalment magħmula, sa fejn dawn l-ispejjeż jikkorrispondu għal dawk ta’ operatur effiċjenti u strutturalment komparabbli tan-network, u jkunu trasparenti, kif ukoll tal-ħtieġa li jiġi provdut qligħ xieraq fuq l-investimenti u inċentivi sabiex jinbnew infrastrutturi ġodda, inkluż trattament regolatorju speċjali għal investimenti ġodda kif previst fid-Direttiva 2009/73/KE. F’dan ir-rigward, u b’mod partikolari jekk teżisti kompetizzjoni effettiva ta’ pipeline ma’ pipeline, il-benchmarking ta’ tariffi mill-awtoritajiet regolatorji tkun konsiderazzjoni rilevanti.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-ispejjeż relatati mal-attivitajiet tal-ENTSO tal-Gass msemmi fl-Artikoli 4 sa 12 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 jiġġarrbu mill-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni u għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tariffi. L-awtoritajiet regolatorji għandhom japprovaw dawn l-ispejjeż biss jekk ikunu raġonevoli u xierqa.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(1) tal-imsemmi regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>It-tariffi, jew il-metodoloġiji użati sabiex dawn jiġu kalkolati, applikati minn operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u approvati mill-awtoritajiet regolatorji fl-Artikolu 41(6) tad-Direttiva 2009/73/KE kif ukoll it-tariffi ppubblikati fl-Artikolu 32(1) ta’ dik id-Direttiva, għandhom ikunu trasparenti, jieħdu kont tal-ħtieġa tal-integrità tas-sistema u t-titjib tagħha u jirriflettu l-ispejjeż effettivament magħmulin, sa fejn dawn l-ispejjeż jikkorrispondu ma’ dawk ta’ operatur effiċjenti u strutturalment komparabbli tan-netwerk u jkunu trasparenti filwaqt li jinkludu qligħ xieraq fuq l-investimenti, u fejn ikun il-każ b’kont meħud tal-benchmarking ta’ tariffi mill-awtoritajiet regolatorji. It-tariffi, jew il-metodi li jintużaw biex jikkalkulawhom, għandhom jiġu applikati b’mod mhux diskriminatorju.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2009/72</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/72:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni għall-ġenerazzjoni, it-trasmissjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriku, flimkien ma’ dispożizzjonijiet għall-ħarsien tal-konsumatur, bil-għan li jittejbu u jiġu integrati s-swieq kompetittivi tal-enerġija fil-Komunità. Din tistabbilixxi wkoll ir-regoli li jikkonċernaw l-organizzazzjoni u t-tħaddim tas-settur tal-elettriku, l-aċċess miftuħ għas-suq, il-kriterji u l-proċeduri applikabbli għal sejħat ta’ offerti u l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet, kif ukoll it-tħaddim ta’ sistemi. Id-Direttiva tiddefinixxi wkoll l-obbligi ta’ servizz universali u d-drittijiet tal-konsumaturi tal-elettriku u tiċċara l-obbligi tal-kompetizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 37 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="037.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtoritajiet regolatorji għandhom ikollhom id-dmirijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-iffissar jew l-approvazzjoni, bi qbil mal-kriterji ta’ trasparenza, ta’ tariffi ta’ trasmissjoni jew ta’ distribuzzjoni jew tal-metodoloġiji tagħhom;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="037.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu responsabbli għall-iffissar jew l-approvazzjoni fi żmien biżżejjed qabel ma jidħlu fis-seħħ għall-inqas tal-metodoloġiji użati sabiex jiġu kkalkulati jew stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-konnessjoni u l-aċċess għan-netwerks nazzjonali, inklużi t-tariffi għat-trasmissjoni u d-distribuzzjoni jew il-metodoloġiji tagħhom. Dawk it-tariffi jew il-metodoloġiji, għandhom jippermettu li l-investimenti meħtieġa fin-netwerks jsiru b’mod li jippermetti lil dawk l-investimenti jiżguraw il-vijabbiltà tan-netwerks;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="037.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jkunu qed jistipulaw jew japprovaw it-tariffi jew il-metodoloġiji u s-servizzi ta’ bilanċjar, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jiżguraw li l-operaturi tan-netwerks ta’ trasmissjoni u distribuzzjoni jingħataw inċentiva adegwata, kemm fil-perijodu qasir kif ukoll għal fit-tul, biex iżidu l-effiċjenzi, irawmu l-integrazzjoni tas-suq u s-sigurtà tal-provvista u jappoġġaw l-attivitajiet ta’ riċerka relatati.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="037.017"><NO.PARAG>17.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi adatti fuq il-livell nazzjonali li taħthom, entità affettwata minn deċiżjoni tal-awtorità nazzjonali regolatorja jkollha d-dritt tal-appell lil korp li huwa indipendenti mill-partijiet involuti u minn kull gvern.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2009/73</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2009/73:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni għat-trasmissjoni, id-distribuzzjoni, il-provvista u ħażna ta’ gass naturali. Hija tippreskrivi r-regoli marbuta mal-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-settur tal-gass naturali, l-aċċess għas-suq, il-kriterji u l-proċeduri applikabbli għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet għat-trasmissjoni, id-distribuzzjoni, il-provvista u l-ħżin ta’ gass naturali u l-operazzjoni tas-sistemi.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 41 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="041.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtoritajiet regolatorji għandhom ikollhom id-dmirijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li jiffissaw jew japprovaw, b’konformità ma’ kriterji trasparenti, tariffi ta’ trasmissjoni regolata jew ta’ distribuzzjoni jew il-metodoloġiji tagħhom;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="041.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu responsabbli biex jistipulaw jew japprovaw biżżejjed qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom, mill-inqas il-metodoloġiji użati għall-kalkolu jew l-istabbiliment tat-termini u l-kondizzjonijiet għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-konnessjoni u l-aċċess għan-networks nazzjonali, inklużi tariffi tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni, u pattijiet, kondizzjonijiet u tariffi għall-aċċess għall-faċilitajiet LNG. Dawk it-tariffi, jew metodoloġiji għandhom jippermettu l-investimenti meħtieġa fin-networks u faċilitajiet [ta’ gass naturali likwifikat LNG)] li jsiru b’mod li jippermetti lil dawn l-investimenti li jaċċertaw il-vijabbiltà tan-networks u tal-faċilitajiet LNG;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="041.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jkunu qed jistipulaw jew japprovaw it-tariffi jew il-metodoloġiji u s-servizzi tal-ibbilanċjar, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni u ta’ distribuzzjoni jingħataw inċentiva adatta, kemm fil-perijodu qasir kif ukoll għal fit-tul, biex iżidu l-effiċjenzi, irawmu l-integrazzjoni tas-suq u s-sigurtà tal-provvista u jappoġġjaw l-attivitajiet ta’ riċerka relatati.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="041.017"><NO.PARAG>17.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi adegwati fuq livell nazzjonali li bihom parti affettwata minn deċiżjoni ta’ awtorità regolatorja jkollha d-dritt għall-appell lil entità indipendenti mill-partijiet involuti u ta’ kwalunkwe gvern.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ungeriż</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar l-Elettriku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 178 SZ tal-Liġi Nru LXXXVI tal‑2007 dwar l-Elettriku (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Liġi dwar l-Elettriku<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="178.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-immaniġġar tal-fatturazzjonijiet tagħhom, id-detenturi ta’ awtorizzazzjoni skont din il-liġi u d-detenturi ta’ awtorizzazzjoni ta’ linja privata ma jistgħux jgħaddu fuq il-klijenti kuntrattwali tagħhom l-ispejjeż relatati mat-taxxa fuq it-tranżazzjonjiet finanzjarji (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>ispejjeż ta’ tranżazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) li għaliha tissuġġettahom il-Liġi Nru CXVI tal‑2012 dwar taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji. Għaldaqstant, l-ispejjeż ta’ tranżazzjoni ma jistgħux jiġu integrati, direttament jew indirettament, fil-prezz tal-prodott jew tas-servizz ipprovdut mid-detenturi msemmija iktar ’il fuq, u ma jistgħux jiġu ffatturati separatament, iżda għandhom jiġu sostnuti kompletament mill-imsemmija detenturi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="178.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-detenturi ta’ awtorizzazzjoni skont din il-liġi ma jistgħux jgħaddu fuq il-klijenti kuntrattwali tagħhom l-imposta speċjali fuq id-dħul u t-taxxa fuq in-networks ta’ servizzi ta’ utilità pubblika (iktar ’il quddiem, flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>imposti speċjali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) li għalihom jissuġġettawhom il-Liġi Nru LXVII tal‑2008 dwar il-Kompetittività tat-Tisħin Urban u l-Liġi Nru CLXVIII tal‑2012 dwar it-Taxxa fuq in-Networks ta’ Servizzi ta’ Utilità Pubblika (iktar ’il quddiem, flimkien, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Liġijiet dwar l-Imposti Speċjali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>). Għaldaqstant, l-imposti speċjali ma jistgħux jiġu integrati, direttament jew indirettament, fil-prezz tal-prodott jew tas-servizz ipprovdut mid-detenturi msemmija iktar ’il fuq, u ma jistgħux jiġu ffatturati separatament. Il-piż fiskali għandu jiġi sostnut kompletament mill-persuni taxxabbli, fis-sens tal-Liġijiet dwar l-Imposti Speċjali.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar il-Provvista ta’ Gass Naturali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 103 tal-Liġi Nru XL tal‑2008 dwar il-Provvista ta’ Gass Naturali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Liġi dwar il-Provvista ta’ Gass Naturali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="103.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-produtturi u d-detenturi ta’ awtorizzazzjoni skont din il-liġi ma jistgħux jgħaddu fuq il-klijenti kuntrattwali tagħhom l-imposta fuq id-dħul u t-taxxa fuq in-networks ta’ servizzi ta’ utilità pubblika (iktar ’il quddiem, flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>imposti speċjali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) li għalihom jissuġġettawhom il-Liġi Nru LXVII tal‑2008 dwar il-Kompetittività tat-Tisħin Urban u l-Liġi Nru CLXVIII tal‑2012 dwar it-Taxxa fuq in-Networks ta’ Servizzi ta’ Utilità Pubblika (iktar ’il quddiem, flimkien, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Liġijiet dwar l-Imposti Speċjali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>). Għaldaqstant, l-imposti speċjali ma jistgħux jiġu integrati, direttament jew indirettament, fil-prezz tal-prodott jew tas-servizz ipprovdut mill-produtturi u mid-detenturi msemmija iktar ’il fuq, u ma jistgħux jiġu ffatturati separatament. Il-piż fiskali għandu jiġi sostnut kompletament mill-persuni taxxabbli fis-sens tal-Liġijiet dwar l-Imposti Speċjali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="103.004A"><NO.PARAG>4a.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-immaniġġar tal-fatturazzjonijiet tagħhom, il-produtturi u d-detenturi ta’ awtorizzazzjoni skont din il-liġi ma jistgħux jgħaddu fuq il-klijenti kuntrattwali tagħhom l-ispejjeż relatati mat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>ispejjeż ta’ tranżazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) li għaliha tissuġġettahom il-Liġi Nru CXVI tal‑2012 dwar taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji. Għaldaqstant, l-ispejjeż ta’ tranżazzjoni ma jistgħux jiġu integrati, direttament jew indirettament, fil-prezz tal-prodott jew tas-servizz ipprovdut mill-produtturi u mid-detenturi msemmija iktar ’il fuq, u ma jistgħux jiġu ffatturati separatament, iżda għandhom jiġu sostnuti kompletament mill-imsemmija produtturi u detenturi.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi li Temenda, għal Finijiet ta’ Armonizzazzjoni, il-Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-Liġi Nru LIX tal‑2016 li Temenda, għal Finijiet ta’ Armonizzazzjoni, il-Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Liġi li Temenda, għal Finijiet ta’ Armonizzazzjoni, il-Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Fil-parti bit-titolu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Regoli ġenerali ta’ proċedura tal-Awtorità<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> tal-Liġi dwar l-Elettriku, wara l-Artikolu 168, għandu jiżdied l-Artikolu 168 A sussegwenti:</P><QUOT.S LEVEL="2"><ARTICLE IDENTIFIER="168A"><TI.ART><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Artikolu 168 A</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="168A.001"><NO.PARAG>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Fil-kuntest tal-modalitajiet ta’ ffissar tat-tariffi ta’ użu, tar-remunerazzjoni għal servizzi mwettqa minn distributur permezz ta’ tarifikazzjoni speċjali u tat-tariffi ta’ konnessjoni, huwa biss id-detentur tal-awtorizzazzjoni tan-network ikkonċernata li għandu jitqies bħala klijent.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="168A.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>F’terminu ta’ 15-il jum min-notifika ta’ deċiżjoni tal-Awtorità li tiffissa tariffi ta’ użu, ir-remunerazzjoni għal servizzi mwettqa minn distributur permezz ta’ tarifikazzjoni speċjali u tariffi ta’ konnessjoni, il-klijent ikkonċernat jista’ jressaq quddiem il-qorti li għandha ġurisdizzjoni fil-qasam amministrattiv talba għal stħarriġ ġudizzjarju tal-imsemmija deċiżjoni mill-perspettiva tal-legalità tagħha billi jippreżenta rikors kontra l-Awtorità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="168A.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>It-talba għal stħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjoni li tiffissa tariffi ta’ użu, ir-remunerazzjoni għal servizzi mwettqa minn distributur permezz ta’ tarifikazzjoni speċjali u tariffi ta’ konnessjoni hija rikors straordinarju u l-qorti adita għandha tiddeċiedi mhux iktar tard minn 30 jum mit-tressiq tal-imsemmija talba.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/><QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></PARAG></ARTICLE></QUOT.S></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 tal-Liġi li Temenda, għal Finijiet ta’ Armonizzazzjoni, il-Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Fil-Liġi dwar il-Provvista ta’ Gass Naturali, għandu jiżdied l-Artikolu 129 A sussegwenti qabel it-titolu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Kooperazzjoni internazzjonali u relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/>:</P><QUOT.S LEVEL="2"><ARTICLE IDENTIFIER="129A"><TI.ART><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Artikolu 129 A:</TI.ART><STI.ART>[…]</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="129A.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>F’terminu ta’ 15-il jum min-notifika ta’ deċiżjoni tal-Awtorità li tiffissa tariffi ta’ użu, ir-remunerazzjoni għal servizzi mwettqa minn operatur ta’ network permezz ta’ tarifikazzjoni speċjali u tariffi ta’ konnessjoni, il-klijent ikkonċernat jista’ jressaq quddiem il-qorti li għandha ġurisdizzjoni fil-qasam amministrattiv talba għal stħarriġ ġudizzjarju tal-imsemmija deċiżjoni mill-perspettiva tal-legalità tagħha billi jippreżenta rikors kontra l-Awtorità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="129A.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>It-talba għal stħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjoni li tiffissa tariffi ta’ użu, ir-remunerazzjoni għal servizzi mwettqa minn operatur ta’ network permezz ta’ tarifikazzjoni speċjali u tariffi ta’ konnessjoni hija rikors straordinarju u l-qorti adita għandha tiddeċiedi mhux iktar tard minn 30 jum mit-tressiq tal-imsemmija talba.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/><QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></PARAG></ARTICLE></QUOT.S></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 29(2) tal-Liġi li Temenda, għal Finijiet ta’ Armonizzazzjoni, il-Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Fl-Artikolu 12 tal-Liġi Nru XXII tal‑2013 li Tistabbilixxi l-Awtorità Regolatorja Ungeriża tas-Settur tal-Enerġija u tas-Servizzi ta’ Utilità Pubblika, għandhom jiżdiedu l-punti (n) u (o) sussegwenti:</P><QUOT.S LEVEL="2"><P><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>[Il-President tal-Awtorità]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(n)</NO.P><TXT>għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi t-tariffi ta’ użu tan-network tal-elettriku u t-tariffi ta’ konnessjoni man-network tal-elettriku, kif ukoll ir-remunerazzjoni għal servizzi mwettqa minn distributur permezz ta’ tarifikazzjoni speċjali skont il-bżonnijiet tad-detentur tal-awtorizzazzjoni jew tal-utent u r-remunerazzjoni għal servizzi mwettqa minn distributur permezz ta’ tarifikazzjoni speċjali fil-każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt mill-klijent;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(o)</NO.P><TXT>għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi t-tariffi ta’ użu tan-network ta’ gass naturali u t-tariffi ta’ konnessjoni man-network ta’ gass naturali, kif ukoll ir-remunerazzjoni għal servizzi mwettqa mill-operaturi ta’ network permezz ta’ tarifikazzjoni speċjali skont il-bżonnijiet tad-detentur tal-awtorizzazzjoni jew tal-utent u r-remunerazzjoni għal servizzi mwettqa mill-operaturi ta’ network permezz ta’ tarifikazzjoni speċjali fil-każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt mill-utent.<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/><QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi li Temenda, għal Finijiet ta’ Regolazzjoni tal-Prezzijiet, Ċerti Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Liġi Nru CLXXXIII tal‑2016 li Temenda, għal Finijiet ta’ Regolazzjoni tal-Prezzijiet, Ċerti Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija (iktar ’il quddiem il-“Liġi li Temenda, għal Finijiet ta’ Regolazzjoni tal-Prezzijiet, Ċerti Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija) tħassar, fl-Artikolu 6(4) tagħha, l-Artikolu 168 A tal-Liġi dwar l-Elettriku u, fl-Artikolu 12(3) tagħha, il-paragrafi 2 sa 7 tal-Artikolu 129 A tal-Liġi dwar il-Provvista ta’ Gass Naturali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-Liġi li Temenda, għal Finijiet ta’ Regolazzjoni tal-Prezzijiet, Ċerti Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Fil-[Liġi dwar l-Elettriku], għandu jiżdied l-Artikolu 178 U sussegwenti qabel it-titolu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Dispożizzjonijiet ta’ dħul fis-seħħ<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="2019" ID="QE0033"/>:</P><QUOT.S LEVEL="2"><ARTICLE IDENTIFIER="178U"><TI.ART>‘Artikolu 178 U</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="178U.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-regolamenti previsti fl-Artikolu 143(5), fl-Artikolu 146(4) u fl-Artikolu 146 A(3) ta’ din il-liġi, kif emendati bil-[Liġi li Temenda, għal Finijiet ta’ Regolazzjoni tal-Prezzijiet, Ċerti Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija], sabiex jiġu ffissati t-tariffi dovuti, għandhom jiġu applikati għall-ewwel darba mill‑<DATE ISO="20170101">1 ta’ Jannar 2017</DATE>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="178U.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-deċiżjonijiet ippubblikati abbażi tal-Artikolu 143(5), tal-Artikolu 146(4) u tal-Artikolu 146 A(3) ta’ din il-liġi, kif emendati bil-[Liġi li Temenda, għal Finijiet ta’ Armonizzazzjoni, il-Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija], ma għandhomx jidħlu fis-seħħ.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="178U.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk deċiżjoni ppubblikata abbażi tal-Artikolu 143(5), tal-Artikolu 146(4) u tal-Artikolu 146 A(3) ta’ din il-liġi, kif emendati bil-[Liġi li Temenda, għal Finijiet ta’ Armonizzazzjoni, il-Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija], tkun is-suġġett ta’ proċedura ta’ stħarriġ ġudizzjarju fil-mument tad-dħul fis-seħħ tal-[Liġi li Temenda, għal Finijiet ta’ Regolazzjoni tal-Prezzijiet, Ċerti Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija], il-qorti adita għandha ttemm din l-azzjoni.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="9"?><PARAG IDENTIFIER="178U.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi kif emendati bil-[Liġi li Temenda, għal Finijiet ta’ Regolazzjoni tal-Prezzijiet, Ċerti Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija] għandhom ukoll jiġu applikati għall-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji pendenti.’<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></ALINEA></PARAG></ARTICLE></QUOT.S></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-Liġi li Temenda, għal Finijiet ta’ Regolazzjoni tal-Prezzijiet, Ċerti Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>Fil-Kapitolu XVIII tal-Liġi dwar il-Provvista ta’ Gass Naturali, għandu jiżdied l-Artikolu 146 M sussegwenti:</P><QUOT.S LEVEL="2"><ARTICLE IDENTIFIER="146M"><TI.ART><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>Artikolu 146 M</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="146M.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-regolamenti previsti fl-Artikolu 104 B(4), fl-Artikolu 106(3) u fl-Artikolu 108(2) ta’ din il-liġi, kif emendati bil-[Liġi li Temenda, għal Finijiet ta’ Regolazzjoni tal-Prezzijiet, Ċerti Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija], sabiex jiġu ffissati t-tariffi dovuti, għandhom jiġu applikati għall-ewwel darba mill‑<DATE ISO="20170101">1 ta’ Jannar 2017</DATE>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="146M.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-deċiżjonijiet ippubblikati abbażi tal-Artikolu 104 B(4) tal-Artikolu 106(3) u tal-Artikolu 108(2) ta’ din il-liġi, kif emendati bil-[Liġi li Temenda, għal Finijiet ta’ Armonizzazzjoni, il-Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija], ma għandhomx jidħlu fis-seħħ.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="146M.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk deċiżjoni ppubblikata abbażi tal-Artikolu 104 B(4), tal-Artikolu 106(3) u tal-Artikolu 108(2) ta’ din il-liġi, kif emendati bil-[Liġi li Temenda, għal Finijiet ta’ Armonizzazzjoni, il-Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija], tkun is-suġġett ta’ proċedura ta’ stħarriġ ġudizzjarju fil-mument tad-dħul fis-seħħ tal-[Liġi li Temenda, għal Finijiet ta’ Regolazzjoni tal-Prezzijiet, Ċerti Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija], il-qorti adita għandha ttemm din l-azzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="146M.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi kif emendati bil-[Liġi li Temenda, għal Finijiet ta’ Regolazzjoni tal-Prezzijiet, Ċerti Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija] għandhom ukoll jiġu applikati għall-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji pendenti.<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="2019" ID="QE0035"/><QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></ALINEA></PARAG></ARTICLE></QUOT.S></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tal-Liġi li Temenda, għal Finijiet ta’ Regolazzjoni tal-Prezzijiet, Ċerti Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Fl-Artikolu 12(n) u (o) tal-Liġi Nru XXII tal‑2013 li Tistabbilixxi l-Awtorità Regolatorja Ungeriża tas-Settur tal-Enerġija u tas-Servizzi ta’ Utilità Pubblika, il-kliem <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>għandu jadotta deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="2019" ID="QE0037"/> għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>għandu jadotta regolament<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="2019" ID="QE0038"/>.<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20130715">15 ta’ Lulju 2013</DATE>, fil-kuntest tal-fajl <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>EU Pilot<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> Nru 5366/13/ENER, il-Kummissjoni għamlet lill-Ungerija diversi mistoqsijiet dwar it-traspożizzjoni tad-Direttivi 2009/72 u 2009/73 u l-applikazzjoni tar-Regolamenti Nri 715/2009 u 714/2009, f’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, in-natura nondiskriminatorja tal-aċċess għan-network minn terzi, l-indipendenza, is-setgħat u l-funzjonament tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, ir-regoli dwar it-tariffi ta’ aċċess għan-networks u l-aċċess transkonfinali għall-infrastrutturi tan-networks.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-awtoritajiet nazzjonali wieġbu għal dawn il-mistoqsijiet permezz ta’ ittri tat‑23 ta’ Ottubru u tal‑<DATE ISO="20131211">11 ta’ Diċembru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20150227">27 ta’ Frar 2015</DATE>, peress li kienet tqis li t-tweġiba mogħtija mill-Ungerija ma kinitx tneħħi d-dubji li hija kellha dwar il-konformità tal-leġiżlazzjoni Ungeriża mad-dritt tal-Unjoni u peress li, f’diversi aspetti, din il-leġiżlazzjoni ma kinitx konformi mad-direttivi u r-regolamenti msemmija iktar ’il fuq, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lil dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-Ungerija wieġbet għal din l-ittra ta’ intimazzjoni permezz ta’ ittri tat‑8 ta’ Mejju u tas‑<DATE ISO="20150707">7 ta’ Lulju 2015</DATE> u kkompletat l-informazzjoni kkomunikata permezz ta’ ittri tat‑23 ta’ Novembru u tas‑<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE> kif ukoll tat‑13 u tal‑<DATE ISO="20160520">20 ta’ Mejju 2016</DATE>. Mat-tweġiba supplimentari tiegħu tad‑<DATE ISO="20160719">19 ta’ Lulju 2016</DATE>, dan l-Istat Membru hemeż it-test tal-Liġi li Temenda, għal Finijiet ta’ Armonizzazzjoni, il-Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Peress li kienet tqis li l-miżuri nnotifikati mill-awtoritajiet Ungeriżi bi tweġiba għall-imsemmija ittra ta’ intimazzjoni ma kinux solvew il-problemi kollha rrilevati f’din tal-aħħar, il-Kummissjoni bagħtet lill-Ungerija, fid‑<DATE ISO="20161209">9 ta’ Diċembru 2016</DATE>, opinjoni motivata li tikkonstata n-nuqqas ta’ dan l-Istat Membru li jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 41(6) tad-Direttiva 2009/73, taħt l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 714/2009 u taħt l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 715/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-Ungerija wieġbet għal din l-opinjoni motivata permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20170208">8 ta’ Frar 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Wara li eżaminat din it-tweġiba, il-Kummissjoni qieset li l-problemi rrilevati kienu solvuti. Madankollu, fid-dawl tal-emendi magħmula, sadanittant, fir-rigward tal-Liġi li Temenda, għal Finijiet ta’ Regolazzjoni tal-Prezzijiet, Ċerti Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija, il-Kummissjoni qieset li l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha billi ma stabbilixxietx mekkaniżmu adatt sabiex jiġi żgurat dritt għal azzjoni legali kontra d-deċiżjonijiet tal-awtorità regolatorja nazzjonali, fis-sens tal-Artikolu 37(17) tad-Direttiva 2009/72 u tal-Artikolu 41(17) tad-Direttiva 2009/73. Fit‑<DATE ISO="20170428">28 ta’ April 2017</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet opinjoni motivata supplimentari lil dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20170628">28 ta’ Ġunju 2017</DATE>, l-Ungerija wieġbet għal din l-opinjoni motivata supplimentari, billi rreferiet għat-tweġiba tagħha għall-opinjoni motivata preċedenti, li fiha hija kienet indikat li, sadanittant, hija kienet emendat il-Liġi dwar il-Provvista ta’ Gass Naturali, fid-dawl tar-rekwiżiti tat-Tielet Pakkett <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>dwar l-Enerġija<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, li kienu daħlu fis-seħħ fl‑1 ta’ Ottubru u fit‑<DATE ISO="20161222">22 ta’ Diċembru 2016</DATE>, u li b’hekk hija kienet irrendiet is-setgħat tal-awtorità regolatorja nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 41(6) tad-Direttiva 2009/73.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Peress li kienet tqis li l-Ungerija ma kkonformatx mal-obbligi li jirriżultaw, minn naħa, mill-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 714/2009 u mill-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 715/2009 kif ukoll, min-naħa l-oħra, mill-Artikolu 37(17) tad-Direttiva 2009/72 u mill-Artikolu 41(17) tad-Direttiva 2009/73, il-Kummissjoni ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 714/2009 u tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 715/2009</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni, fl-ewwel lok, li l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 714/2009 u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 715/2009 jistabbilixxu l-prinċipju ta’ orjentazzjoni tat-tariffi ta’ aċċess għan-networks skont l-ispejjeż sostnuti mill-operaturi tagħhom u ma jipprevedux restrizzjonijiet fir-rigward tal-ispejjeż li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-iffissar tat-tariffi ta’ aċċess għan-networks. Skont il-Kummissjoni, dawn id-dispożizzjonijiet jimponu li dawn it-tariffi jirriflettu l-ispejjeż kollha sostnuti minn dawn l-operaturi, sa fejn dawn l-ispejjeż ikunu trasparenti u jkunu<?PAGE NO="11"?> jikkorrispondu għal dawk ta’ operatur ta’ network effikaċi u strutturalment paragunabbli, filwaqt li l-Artikolu 178 SZ(1) u (2) tal-Liġi dwar l-Elettriku u l-Artikolu 103(4) u (4a) tal-Liġi dwar il-Provvista ta’ Gass Naturali, li jipprekludu lill-operaturi ta’ network milli jgħaddu fuq il-konsumaturi l-ammonti tal-imposta speċjali fuq in-networks ta’ trażmissjoni ta’ enerġija kif ukoll it-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, ma jippermettux lill-awtorità regolatorja nazzjonali, fl-iffissar tat-tariffi ta’ aċċess għan-networks, tieħu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż relatati ma’ din l-imposta u ma’ din it-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni ssostni li l-projbizzjoni, għall-awtorità regolatorja nazzjonali, li tieħu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż inkwistjoni, fl-iffissar tat-tariffi ta’ aċċess għan-networks, ma hija ġġustifikata minn ebda raġuni oġġettiva. Fil-fatt, ir-raġuni invokata mill-Ungerija fit-tweġiba tagħha għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni, jiġifieri li l-għan imfittex mid-dispożizzjonijiet kontenzjużi jikkonsisti fit-tnaqqis tal-prezzijiet tal-gass u tal-elettriku mħallsa mill-utent resident finali, ma hijiex rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirrileva li, ċertament, l-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 2009/72 u l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2009/73 jippermettu lill-Istati Membri jadottaw miżuri ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, b’mod partikolari għall-ġlieda kontra l-faqar tal-enerġija. Madankollu, huma jistgħu jagħmlu dan biss bil-kundizzjoni li tali miżuri ma jostakolawx il-funzjonament tajjeb tas-suq, li jeżiġi, b’mod partikolari, l-osservanza tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>prinċipju ta’ orjentazzjoni tat-tariffi ta’ aċċess għan-networks<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-argument tal-Ungerija li mir-Regolamenti Nri 714/2009 u 715/2009 u mid-Direttivi 2009/72 u 2009/73 jirriżulta li huwa l-leġiżlatur nazzjonali, fl-adozzjoni tar-regoli dwar l-iffissar tat-tariffi ta’ aċċess għan-networks, li għandu jsib il-bilanċ adegwat bejn l-interessi kontradittorji tal-operaturi ta’ network u tal-konsumaturi, il-Kummissjoni ssostni li t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>Tielet Pakkett dwar l-Enerġija<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, adottat fit‑<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE>, li jinkludi b’mod partikolari d-Direttivi 2009/72 u 2009/73, kif ukoll ir-Regolamenti Nri 714/2009 u 715/2009, ma jħallix marġni ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri. Fil-fatt, l-interessi tal-operaturi ta’ network u dawk tal-konsumaturi kienu ttieħdu kompletament inkunsiderazzjoni, mil-leġiżlatur tal-Unjoni, fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 714/2009 u fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 715/2009. B’hekk, jekk it-tariffi ta’ aċċess għan-networks ma jirriflettux l-ispejjeż kollha sostnuti mill-operaturi, dawn ma jkunux jilħqu livell raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, il-Kummissjoni tqis li, indipendentement mill-effetti ekonomiċi tal-miżura inkwistjoni, huwa stabbilit li l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 714/2009 u taħt l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 715/2009. Għaldaqstant, ma huwiex neċessarju li l-Kummissjoni turi l-effett tal-leġiżlazzjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>L-Ungerija ssostni, filwaqt li tirreferi għas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19831129">29 ta’ Novembru 1983</DATE>, <NAME.CASE>Roussel Laboratoria <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>181/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:352">EU:C:1983:352</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni ġiet adottata fil-kuntest tal-awtonomija fiskali tal-Istati Membri fil-qasam tal-imposti diretti u hija applikabbli għall-operaturi kollha ta’ network b’mod ġenerali u nondiskriminatorju, b’osservanza għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam ta’ nondiskriminazzjoni bejn il-persuni taxxabbli. L-Ungerija tqis li t-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u l-imposta fuq id-dħul tal-fornituri ta’ enerġija ma humiex rilevanti għall-iffissar tat-tariffi ta’ aċċess għan-networks.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>L-Ungerija tilmenta li l-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 714/2009 u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 715/2009, sa fejn hija la qed tieħu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi partikolari tas-suq u lanqas l-għan u l-portata tar-regolazzjoni tal-prezzijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Ungerija ssostni, fl-ewwel lok, li l-operazzjoni ta’ networks hija qasam speċjali tas-suq tal-enerġija, li fih jeżisti monopolju naturali, jiġifieri, in-network ta’ trażmissjoni ta’ elettriku u n-network ta’ trażmissjoni ta’ gass naturali. L-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 714/2009 u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 715/2009 għandhom għalhekk l-għan li jżommu t-tariffi ta’<?PAGE NO="12"?> aċċess għal dawn in-networks fuq livell baxx u ekwu u li jnaqqsu r-riskju li dawn l-operaturi, li għandhom monopolju, jabbużaw mill-pożizzjoni dominanti tagħhom, inkluż permezz ta’ tarifikazzjoni eċċessiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-Ungerija ssostni li l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 714/2009 u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 715/2009 ma jinkludux regoli jew metodoloġiji ddettaljati dwar id-determinazzjoni tal-ispejjeż li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-iffissar tat-tariffi. Skont dan l-Istat Membru, mil-loġika tas-sistema stabbilita minn dawn ir-regolamenti, kif ukoll mid-Direttivi 2009/72 u 2009/73, jirriżulta li huwa l-leġiżlatur nazzjonali li għandu jevalwa, fil-limiti stabbiliti mill-imsemmija regolamenti u direttivi, l-interessi tal-atturi kollha tas-suq tal-enerġija, inklużi dawk tal-konsumaturi, kif ukoll l-interess pubbliku, b’mod partikolari s-sigurtà ta’ provvista u l-protezzjoni tal-ambjent, u li għandu jadotta, abbażi ta’ din l-evalwazzjoni, regoli nazzjonali ddettaljati, konformi mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tfittex l-interess pubbliku li jikkonsisti fiż-żamma tal-prezz tal-elettriku u tal-gass naturali fuq livell raġonevoli għall-konsumatur finali, impost mill-konċiljazzjoni, li huma l-Istati Membri li għandhom jagħmlu, bejn, minn naħa, l-interess tal-operaturi ta’ network li t-tariffi ta’ aċċess għan-networks ikunu jinkludu l-ispejjeż kollha sostnuti u, min-naħa l-oħra, l-interessi tal-konsumaturi u tal-utenti l-oħra tan-networks li dawn it-tariffi jibqgħu fuq livell ekwu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-Ungerija ssostni li t-tariffi ta’ aċċess għan-networks għandhom jirriflettu b’mod adatt l-ispejjeż tal-operaturi ta’ network, b’mod konformi mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 714/2009 u mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 715/2009. Hija tenfasizza li l-Kummissjoni ma tallegax li, minħabba l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, it-tariffi ta’ aċċess għan-networks huma ffissati fuq livell li jikkomprometti l-attività tal-operaturi ta’ networks jew il-manutenzjoni adatta tan-networks.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Ungerija tosserva li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija l-Kummissjoni li għandha tistabbilixxi l-eżistenza tal-allegat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Il-Kummissjoni ma ressqitx ir-raġunijiet li għalihom il-profitti tal-operaturi ta’ network, fl-Ungerija, ma jistgħux jitqiesu bħala adatti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk, hekk kif issostni l-Kummissjoni, l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 714/2009 u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 715/2009 jimponux li l-ispejjeż kollha, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, inklużi l-ispejjeż relatati mal-imposta speċjali fuq in-networks ta’ trażmissjoni ta’ enerġija u mat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji inkwistjoni, għandhom neċessarjament jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali fl-iffissar tat-tariffi ta’ aċċess għan-networks, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem ta’ dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet, iżda għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll il-kuntest tagħhom u l-għanijiet li l-leġiżlazzjoni li dawn jiffurmaw parti minnha trid tilħaq (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200303">3 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>X (Mandat ta’ arrest Ewropew – Inkriminazzjoni doppja)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑717/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:142">EU:C:2020:142</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, il-kliem tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 714/2009 u tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 715/2009, għandu jiġi kkonstatat li dan huwa limitat għal dikjarazzjoni ġenerali tal-ispejjeż li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-iffissar tat-tariffi ta’ aċċess għan-networks, mingħajr ma jiġi ppreċiżat jekk dawn l-ispejjeż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>kollha<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-kuntest li jaqgħu taħtu l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 714/2009 u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 715/2009, għandu jiġi rrilevat li dawn ir-regolamenti jidentifikaw biss xi kategoriji tal-ispejjeż li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tat-tariffi ta’ aċċess<?PAGE NO="13"?> għan-networks. Dan huwa, b’mod partikolari, il-każ għall-ispejjeż marbuta mal-attivitajiet tan-network Ewropew tal-operaturi ta’ network ta’ trażmissjoni ta’ elettriku, li għandhom ikunu raġonevoli u adatti (Artikolu 11 tar-Regolament Nru 714/2009 u Artikolu 11 tar-Regolament Nru 715/2009) u għall-ispejjeż ta’ investiment relatati mal-infrastrutturi (Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 714/2009).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tielet lok, tal-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li taħtha jaqgħu d-dispożizzjonijiet inkwistjoni, mill-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 714/2009 u mill-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 715/2009 jirriżulta li dawn ir-regolamenti huma intiżi li jistabbilixxu regoli nondiskriminatorji ta’ aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass naturali u li jiffaċilitaw il-ħolqien ta’ swieq bl-ingrossa li jkunu trasparenti, li jiffunzjonaw tajjeb u li jkollhom livell għoli ta’ sigurtà ta’ provvista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Issa, dawn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu b’mod effikaċi mingħajr ma t-tariffi ta’ aċċess għan-networks għandhom jirriflettu l-ispejjeż kollha effettivament sostnuti mill-operaturi ta’ dawn in-networks. Dawn it-tariffi jikkontribwixxu għat-twettiq ta’ tali għanijiet sa fejn dawn għandhom, minn naħa, ikunu trasparenti u applikati b’mod nondiskriminatorju għall-utenti kollha (premessa 16 u Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 714/2009 kif ukoll il-premessa 7 u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 715/2009) u, min-naħa l-oħra, jiżguraw livell ta’ qligħ adatt, li jippermetti lill-operaturi jwettqu l-investimenti neċessarji għall-vijabbiltà tan-networks ta’ trażmissjoni ta’ elettriku u ta’ gass naturali (Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament Nru 714/2009 kif ukoll il-premessa 8 u l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 715/2009).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-interpretazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni, li l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 714/2009 u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 715/2009 jimponu li l-ispejjeż kollha, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, inklużi dawk relatati mal-imposta speċjali fuq in-networks ta’ trażmissjoni ta’ enerġija u mat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji inkwistjoni, għandhom neċessarjament jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali fl-iffissar tat-tariffi ta’ aċċess għan-networks, ma tistax tiġi aċċettata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex invalidata mill-argument tal-Kummissjoni li, jekk l-operaturi ta’ network ma jistgħux jgħaddu l-ispejjeż relatati mal-imposta speċjali fuq in-networks ta’ trażmissjoni ta’ enerġija u mat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, il-profitti tagħhom ma jilħqux livell raġonevoli. Fil-fatt, il-livell tat-tariffi ta’ aċċess għan-networks ma huwiex iddeterminat biss abbażi tal-ispejjeż sostnuti mill-operaturi ta’ network.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel nett, minn qari flimkien tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 714/2009 u tal-Artikolu 37(6)(a) tad-Direttiva 2009/72, minn naħa, kif ukoll tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 715/2009 u tal-Artikolu 41(6)(a) tad-Direttiva 2009/73, min-naħa l-oħra, jirriżulta li l-livell ta’ dawn it-tariffi għandu jiġi ddeterminat ukoll abbażi tal-investimenti neċessarji għall-vijabbiltà tan-networks ta’ trażmissjoni ta’ elettriku u ta’ gass naturali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>It-tieni nett, skont l-Artikolu 37(8) tad-Direttiva 2009/72 u l-Artikolu 41(8) tad-Direttiva 2009/73, fl-iffissar tat-tariffi ta’ aċċess għan-networks, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jipprevedu miżuri ta’ inċentivi adatti, kemm għal żmien qasir kif ukoll fit-tul, sabiex jinkoraġġixxu lill-operaturi ta’ network itejbu l-prestazzjoni tagħhom, jippromwovu l-integrazzjoni tas-suq u s-sigurtà tal-provvista kif ukoll isostnu attivitajiet ta’ riċerka relatati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>It-tielet nett, minn qari flimkien tal-premessa 14 u tal-Artikolu 14(2) u (3) tar-Regolament Nru 714/2009 jirriżulta li l-livell tat-tariffi ta’ aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni ta’ elettriku għandu jirrifletti l-ispejjeż ta’ investiment relatati mal-infrastrutturi u l-bilanċ bejn il-produzzjoni u l-konsum tar-reġjun ikkonċernat. Għal dan il-għan, it-telf ta’ network u l-konġestjoni kkawżati, kif ukoll il-ħlasijiet li jirriżultaw mill-mekkaniżmu ta’ kumpens bejn operaturi ta’ network u l-ħlasijiet effettivament imwettqa, ikkalkolati abbażi tal-perijodi passati, għandhom ukoll jittieħdu inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, minn qari flimkien tal-Artikolu 13(1) u tal-premessi 7 u 8 tar-Regolament Nru 715/2009 jirriżulta li l-livell tat-tariffi ta’ aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali għandu jinkludi qligħ adatt fuq l-investimenti u inċentivi għall-bini ta’ infrastrutturi ġodda u wkoll jieħu inkunsiderazzjoni, jekk ikun il-każ, l-analiżi komparattivi tat-tariffi mwettqa mill-awtoritajiet regolatorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li l-ewwel ilment imressaq mill-Kummissjoni jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni lment, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 37(17) tad-Direttiva 2009/72 u tal-Artikolu 41(17) tad-Direttiva 2009/73</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 37(17) tad-Direttiva 2009/72 u taħt l-Artikolu 41(17) tad-Direttiva 2009/73, billi ma stabbilixxietx mekkaniżmu adatt sabiex jiġi żgurat dritt għal azzjoni legali effettiva kontra d-deċiżjonijiet tal-awtorità regolatorja nazzjonali, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Skont il-Kummissjoni, tali dritt għal azzjoni legali huwa korollarju tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, li jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tosserva, fl-ewwel lok, li d-dritt għal azzjoni legali, quddiem qorti amministrattiva, kontra d-deċiżjonijiet tal-awtorità amministrattiva regolatorja nazzjonali, imsemmi fl-Artikolu 168(10) tal-Liġi dwar l-Elettriku u fl-Artikolu 129 tal-Liġi dwar il-Provvista ta’ Gass Naturali, ma jestendix għar-regolamenti li permezz tagħhom din l-awtorità tiffissa t-tariffi ta’ aċċess għan-networks. Fil-fatt, dawn ir-regolamenti jistgħu jiġu kkontestati biss quddiem l-Alkotmánybíróság (il-Qorti Kostituzzjonali, l-Ungerija), permezz ta’ lment minħabba antikostituzzjonalità, skont l-Artikolu 26 tal-Liġi Nru CLI tal‑2011 dwar il-Qorti Kostituzzjonali. Ebda rimedju ġudizzjarju ieħor ma huwa previst sabiex jiġu kkontestati dawn ir-regolamenti. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 29 ta’ din il-liġi, l-Alkotmánybíróság (il-Qorti Kostituzzjonali) tista’ tiġi adita biss b’ilmenti minħabba antikostituzzjonalità <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>relatati ma’ kwistjoni kostituzzjonali fundamentali<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li d-Direttivi 2009/72 u 2009/73 saħħew ir-rwol tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, billi jistabbilixxu rekwiżiti iktar stretti ta’ indipendenza fir-rigward tal-entitajiet pubbliċi u privati u billi jagħtuhom setgħat ġodda li jippermettulhom jieħdu deċiżjonijiet legalment vinkolanti f’ċertu numru ta’ oqsma. Dawn id-direttivi kkontrobilanċjaw l-indipendenza u s-setgħa ikbar ta’ dawn l-awtoritajiet permezz ta’ regoli dwar ir-responsabbiltà tagħhom, li fosthom l-Artikolu 37(17) tad-Direttiva 2009/72 u l-Artikolu 41(17) tad-Direttiva 2009/73 għandhom rwol ċentrali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni ssostni, filwaqt li tirreferi għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030522">22 ta’ Mejju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Connect Austria</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑462/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:297">EU:C:2003:297</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fil-kuntest ta’ kawża li tirrigwarda dispożizzjoni analoga għall-Artikolu 37(17) tad-Direttiva 2009/72, u għall-Artikolu 41(17) tad-Direttiva 2009/73, jiġifieri, l-Artikolu 5a(3) tad-Direttiva 90/387/KEE tat‑<DATE ISO="19900628">28 ta’ Ġunju 1990</DATE> dwar l-istabbiliment ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni permezz tal-implimentazzjoni tal-provvista ta’ network miftuħ ta’ telekomunikazzjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="192" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1990">ĠU 1990, L 192, p. 1</REF.DOC.OJ>), li dritt għal azzjoni legali quddiem qorti kostituzzjoni, limitat għal ksur tal-liġi kostituzzjonali jew ta’ trattat internazzjonali, ma jistax jikkostitwixxi mekkaniżmu adatt, fis-sens tad-dispożizzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tenfasizza li, fit-tweġiba tagħha għall-ittra ta’ intimazzjoni, l-Ungerija rrikonoxxiet in-neċessità li tirrimedja din is-sitwazzjoni u adottat, sussegwentement, matul is-sena 2016, il-Liġi li Temenda, għal Finijiet ta’ Armonizzazzjoni, il-Liġijiet li Jirregolaw is-Settur tal-Enerġija. Skont din il-liġi, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiddefinixxi biss, permezz ta’ regolament, il-prinċipji u l-kuntest għall-iffissar tat-tariffi, filwaqt li t-tariffi fil-veru sens tal-kelma għandhom jiġu ffissati permezz ta’ deċiżjonijiet individwali, fatt li jirrendi possibbli stħarriġ ġudizzjarju sħiħ u totali ta’ dawn id-deċiżjonijiet. Madankollu, skont liġi sussegwenti, adottata wkoll matul is-sena 2016, li temenda, għal finijiet ta’ regolazzjoni tal-prezzijiet, ċerti liġijiet li jirregolaw is-settur tal-enerġija, it-tariffi fil-veru sens tal-kelma għandhom, minn issa ’il quddiem, jiġu stabbiliti permezz ta’ regolamenti tal-awtorità regolatorja nazzjonali u, għal din ir-raġuni, jistgħu jkunu suġġetti biss għal rikors quddiem l-Alkotmánybíróság (il-Qorti Kostituzzjonali).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>L-Ungerija ssostni li l-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ, sa fejn din tipprevedi l-possibbiltà li jiġu kkontestati r-regolamenti tal-awtorità regolatorja nazzjonali quddiem l-Alkotmánybíróság (il-Qorti Kostituzzjonali), hija konformi mal-Artikolu 37(17) tad-Direttiva 2009/72 u mal-Artikolu 41(17) tad-Direttiva 2009/73. Fil-fatt, l-iffissar tat-tariffi ta’ aċċess għan-networks jeżiġi l-adozzjoni ta’ regolament u mhux ta’ att amministrattiv individwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>L-Ungerija tippreċiża li l-eżami mwettaq mill-Alkotmánybíróság (il-Qorti Kostituzzjonali) huwa limitat biss għall-kwistjonijiet ta’ natura kostituzzjonali li bihom hija adita din il-qorti u għall-kwistjonijiet li hija tista’ teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> taħt ċerti kundizzjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 37(17) tad-Direttiva 2009/72 u l-Artikolu 41(17) tad-Direttiva 2009/73 jimponu lill-Istati Membri jistabbilixxu, fuq livell nazzjonali, mekkaniżmi adatti li jippermettu lil parti leża minn deċiżjoni tal-awtorità regolatorja tadixxi lil organu indipendenti mill-partijiet ikkonċernati u mill-gvern. Tali rekwiżit huwa korollarju tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, li jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, li jirriżulta mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri u li huwa stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Chalkor vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑386/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:815">EU:C:2011:815</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam, huwa l-ordinament ġuridiku ta’ kull Stat Membru li għandu jidentifika l-qrati li għandhom ġurisdizzjoni u li għandu jirregola l-modalitajiet proċedurali tal-azzjonijiet intiżi li jiżguraw is-salvagwardja tad-drittijiet li l-partijiet f’kawża jisiltu mid-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19761216">16 ta’ Diċembru 1976</DATE>, <NAME.CASE>Rewe‑Zentralfinanz u Rewe‑Zentral</NAME.CASE>, <NO.CASE>33/76</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:188">EU:C:1976:188</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0005">5</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070313">13 ta’ Marzu 2007</DATE>, <NAME.CASE>Unibet</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑432/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:163">EU:C:2007:163</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), mingħajr madankollu ma jippreġudika d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150319">19 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>E.On Földgáz Trade</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑510/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:189">EU:C:2015:189</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0115">115</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-leġiżlazzjoni Ungeriża stabbilixxiet, fl-Artikolu 168(10) tal-Liġi dwar l-Elettriku u fl-Artikolu 129 tal-Liġi dwar il-Provvista ta’ Gass Naturali, dritt għal azzjoni legali ġenerali quddiem qorti amministrattiva kontra d-deċiżjonijiet tal-awtorità regolatorja nazzjonali. Madankollu, fir-rigward tal-iffissar, permezz ta’ regolament, tal-ammont tat-tariffi ta’ aċċess għan-networks, li għandu jkun kopert mill-garanzija prevista fl-Artikolu 37(17) tad-Direttiva 2009/72 u fl-Artikolu 41(17) tad-Direttiva 2009/73, hemm lok li jiġi kkonstatat li tali ffissar, peress li għandu l-forma ta’ regolament, jista’ jkun biss is-suġġett ta’ lment quddiem l-Alkotmánybíróság (il-Qorti Kostituzzjonali) <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>relata[t] ma’ kwistjoni kostituzzjonali fundamentali<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, skont l-Artikolu 29 tal-Liġi Nru CLI tal‑2011 dwar il-Qorti Kostituzzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Issa, skont ġurisprudenza stabbilita, fir-rigward tad-dritt ta’ aċċess għal qorti, sabiex tali organu jkun jista’ jiddeċiedi dwar kontestazzjoni li tirrigwarda drittijiet u obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni, b’mod konformi mal-Artikolu 47 tal-Karta, huwa għandu jkollu kompetenza sabiex jeżamina l-kwistjonijiet kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti għas-soluzzjoni tat-tilwima li huwa jkun adit biha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121106">6 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Otis <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑199/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:684">EU:C:2012:684</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-rikors quddiem l-Alkotmánybíróság (il-Qorti Kostituzzjonali), previst mil-leġiżlazzjoni Ungeriża, kontra r-regolamenti tal-awtorità regolatorja nazzjonali li jiffissaw t-tariffi ta’ aċċess għan-networks, sa fejn dan huwa limitat għall-istħarriġ tal-osservanza ta’ ċerti elementi tad-dritt kostituzzjonali, ma jistax jitqies bħala li jikkostitwixxi mekkaniżmu adatt, fis-sens tal-Artikolu 37(17) tad-Direttiva 2009/72 u tal-Artikolu 41(17) tad-Direttiva 2009/73.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni lment tal-Kummissjoni għandu jiġi milqugħ sa fejn dan jirrigwarda l-possibbiltajiet limitati li jiġu kkontestati, quddiem qorti, ir-regolamenti tal-awtorità regolatorja nazzjonali li jiffissaw it-tariffi ta’ aċċess għan-networks.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għandu jiġi kkonstatat li, billi ma żguratx dritt għal azzjoni legali effettiva kontra r-regolamenti tal-awtorità regolatorja nazzjonali li jiffissaw it-tariffi ta’ aċċess għan-networks, l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 37(17) tad-Direttiva 2009/72, kif ukoll taħt l-Artikolu 41(17) tad-Direttiva 2009/73, u</P></ITEM><ITEM><P>il-kumplament tar-rikors għandu jiġi miċħud.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, jekk il-partijiet jitilfu rispettivament fuq waħda jew iktar mit-talbiet tagħhom, kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. Fil-kawża preżenti, peress li l-partijiet tilfu rispettivament fuq kap jew iktar tat-talbiet tagħhom, hemm lok li jiġi deċiż li kull parti tbati l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi ma żguratx dritt għal azzjoni legali effettiva kontra r-regolamenti tal-awtorità regolatorja nazzjonali li jiffissaw it-tariffi ta’ aċċess għan-networks, l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 37(17) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE> dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda [tħassar] d-Direttiva 2003/54/KE, kif ukoll taħt l-Artikolu 41(17) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE> dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea u l-Ungerija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>