European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/856

24.4.2024

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/856

tal-1 ta’ Diċembru 2023

li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ix-xenarji ta’ xokk superviżorji, is-suppożizzjonijiet komuni ta’ mmudellar u parametriċi u x’jikkostitwixxi tnaqqis kbir

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 98(5a), it-tielet subparagrafu, tagħha,

Billi:

(1)

Ix-xenarji ta’ xokk superviżorji ġew speċifikati mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (Basel Committee on Banking Supervision, BCBS) (2) u huma riflessi fil-Linji Gwida tal-Awtorità Bankarja Ewropea dwar il-ġestjoni tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet li mhumiex parti mill-portafoll tan-negozjar (3) li japplikaw mit-30 ta’ Ġunju 2019. Huwa xieraq li x-xenarji ta’ xokk superviżorji stabbiliti f’dan ir-Regolament jibnu fuq dik l-ispeċifikazzjoni u dik il-metodoloġija.

(2)

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur ekonomiku tal-ekwità u tal-introjtu mill-imgħax nett, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati s-suppożizzjonijiet komuni ta’ mmudellar u parametriċi li jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw. Għal dak l-għan, għall-kalkolu tal-introjtu mill-imgħax nett, jenħtieġ li tintuża suppożizzjoni kostanti tal-karta bilanċjali fuq perjodu ta’ sena, filwaqt li, għall-kalkolu tal-valur ekonomiku tal-ekwità, jenħtieġ li tintuża suppożizzjoni ta’ karta bilanċjali b’waqfien naturali meta l-pożizzjonijiet li jimmaturaw ma jiġux sostitwiti. Dawn is-suppożizzjonijiet għandhom l-għan li jipprovdu bilanċ tajjeb f’termini tal-preċiżjoni tal-kalkolu, l-affidabbiltà tal-istimi u l-kumplessità operazzjonali.

(3)

Sabiex jintlaħaq il-bilanċ it-tajjeb bejn l-iżgurar tal-komparabbiltà tar-riżultati u l-għoti tal-flessibbiltà meħtieġa minħabba l-orizzont fit-tul u kumplessità operazzjonali inerenti, jenħtieġ li l-marġnijiet kummerċjali u l-komponenti tal-firxa jiġu inklużi fil-kalkolu tal-introjtu mill-imgħax nett, iżda għall-kalkolu tal-valur ekonomiku tal-ekwità, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jipproċedu f’konformità mal-approċċ ta’ ġestjoni u kejl interni tagħhom għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax fil-portafoll mhux tan-negozjar.

(4)

Skont l-istandards tal-BCBS, jenħtieġ li kwalunkwe test tal-anomalija awtorizzat flimkien mat-test dwar il-valur ekonomiku tal-ekwità juża limitu biex jidentifika banek anomali li jkun tal-anqas strett daqs dak applikat għat-test fuq il-valur ekonomiku tal-ekwità (15 % tal-kapital tal-Grad 1). Jenħtieġ li dak il-livell limitu fil-fatt jirrifletti l-ambjent attwali b’mod prudenzjalment sod u proporzjonat, u b’hekk jikkontribwixxi għaċ-ċertezza legali u l-kisba ta’ armonizzazzjoni madwar l-Unjoni, filwaqt li jitqies ukoll il-fatt li jekk jinqabżu l-limiti għat-testijiet tal-anomalija għall-valur ekonomiku tal-ekwità u għall-introjtu mill-imgħax nett, la l-istituzzjonijiet ma neċessarjament ikunu meħtieġa jikkalibraw mill-ġdid l-arranġamenti, il-proċessi jew il-mekkaniżmi interni tagħhom, u l-mudelli u l-approċċi korrispondenti, u lanqas ma jinvolvi l-eżerċizzju awtomatiku tas-setgħat superviżorji, meta l-ġestjoni mill-istituzzjoni tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tkun adegwata, proporzjonata għall-mudell tan-negozju u l-istituzzjoni ma tkunx esposta b’mod eċċessiv għal tali riskju.

(5)

Sabiex jiġu żgurati metodoloġiji armonizzati għat-testijiet superviżorji tal-anomalija dwar x’jikkostitwixxi tnaqqis kbir fl-introjtu mill-imgħax nett bħala riżultat ta’ bidla f’daqqa u mhux mistennija fir-rati tal-imgħax, jenħtieġ li jiġi introdott livell limitu tal-anqas strett daqs il-limitu għat-test superviżorju tal-anomalija fuq il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll speċifikazzjoni tal-kalkolu tal-introjtu mill-imgħax nett.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea.

(7)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji relatati potenzjali u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Xenarji ta’ xokk superviżorji

1.   Is-sitt xenarji ta’ xokk superviżorji msemmija fl-Artikolu 98(5), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

xokk parallel ’il fuq, fejn ikun hemm ċaqliq ’il fuq parallel tal-kurva tar-rendiment bl-istess xokk pożittiv tar-rata tal-imgħax għall-maturitajiet kollha;

(b)

xokk parallel ’l isfel, fejn ikun hemm ċaqliq ’l isfel parallel tal-kurva tar-rendiment bl-istess xokk negattiv tar-rata tal-imgħax għall-maturitajiet kollha;

(c)

xokk ta’ żieda fil-kurva tar-rendiment, fejn ikun hemm bidla ta’ żieda fil-kurva tar-rendiment, b’xokkijiet negattivi fir-rata tal-imgħax għal maturitajiet iqsar u xokkijiet pożittivi fir-rata tal-imgħax għal maturitajiet itwal;

(d)

xokk ta’ tnaqqis fil-kurva tar-rendiment, fejn ikun hemm bidla ta’ tnaqqis fil-kurva tar-rendiment, b’xokkijiet pożittivi fir-rata tal-imgħax għal maturitajiet iqsar u xokkijiet negattivi fir-rata tal-imgħax għal maturitajiet itwal;

(e)

xokk ’il fuq fir-rati qosra, b’xokkijiet pożittivi akbar fir-rati tal-imgħax għal maturitajiet iqsar biex jikkonverġu mal-linja bażi għal maturitajiet itwal;

(f)

xokk ’l isfel fir-rati qosra, b’xokkijiet negattivi akbar fir-rati tal-imgħax għal maturitajiet iqsar biex jikkonverġu mal-linja bażi għal maturitajiet itwal.

2.   Iż-żewġ xenarji ta’ xokk superviżorji msemmija fl-Artikolu 98(5), it-tieni subparagrafu, il-punt (b), tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

xokk parallel ’il fuq, fejn ikun hemm ċaqliq parallel ’il fuq tal-kurva tar-rendiment bl-istess xokkijiet pożittivi tar-rata tal-imgħax għall-maturitajiet kollha;

(b)

xokk parallel ’l isfel, fejn ikun hemm ċaqliq parallel ’l isfel tal-kurva tar-rendiment bl-istess xokkijiet negattivi tar-rata tal-imgħax għall-maturitajiet kollha.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw ix-xenarji ta’ xokk superviżorji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fuq il-bażi tax-xokkijiet tar-rata tal-imgħax speċifiċi għall-munita stabbiliti fil-Parti A tal-Anness jew, għall-muniti mhux speċifikati fih, fuq il-bażi ta’ xokkijiet fir-rati tal-imgħax ikkalibrati f’konformità mal-Parti B tal-Anness.

L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-kalibrazzjoni tax-xokkijiet fir-rati tal-imgħax f’konformità mal-Parti B tal-Anness mill-inqas kull ħames snin.

4.   Ix-xenarji ta’ xokk superviżorji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għall-iskopertura tal-istituzzjonijiet għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar denominata f’kull munita separatament li għaliha l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet rilevanti, jiġifieri meta l-valur kontabilistiku tal-assi jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji denominati f’dik il-munita jammonta għal waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

5 % jew aktar tal-assi jew obbligazzjonijiet finanzjarji totali tal-portafoll mhux tan-negozjar;

(b)

inqas minn 5 % tal-assi jew obbligazzjonijiet finanzjarji totali tal-portafoll mhux tan-negozjar jekk is-somma tal-assi jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji inklużi fil-kalkolu tkun inqas minn 90 % tal-assi finanzjarji totali tal-portafoll mhux tan-negozjar, esklużi l-assi tanġibbli, jew l-obbligazzjonijiet.

Artikolu 2

Speċifikazzjoni tax-xenarji ta’ xokk superviżorji

Mogħtija għal kull munita c id-daqs speċifikat tax-xokkijiet paralleli, qosra u twal fuq ir-rata tal-imgħax “mingħajr riskju”, għandhom jiġu applikati l-parametrizzazzjonijiet li ġejjin tas-sitt xenarji ta’ xokk superviżorji:

(1)

Xokk parallel għall-munita c: Xokk parallel kostanti ’l fuq jew ’l isfel fit-taqsimiet tal-ħin kollha:

Formula

(2)

Xokk fuq ir-rati fil-qosor għall-munita c:

Formula

meta tk ikun il-punt nofsani (fiż-żmien) tat-taqsima tal-ħin k.

(3)

Xokk fuq ir-rati fit-tul għall-munita c:

Formula

(4)

Xokkijiet tar-rotazzjoni għall-munita c:

Formula
;

Formula

Artikolu 3

Bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità tal-istituzzjoni

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu fil-kalkoli tagħhom tal-valur ekonomiku tal-ekwità s-suppożizzjonijiet komuni ta’ mmudellar u parametriċi stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 10:

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu dan li ġej fil-kalkoli tagħhom tal-valur ekonomiku tal-ekwità:

(a)

il-pożizzjonijiet kollha dwar il-portafolli mhux tan-negozjar minn strumenti sensittivi għar-rata tal-imgħax;

(b)

negozju żgħir tal-portafoll tan-negozjar skont it-tifsira tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) sakemm ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax tagħhom ma jinqabadx f’miżura oħra tar-riskju;

(c)

opzjonijiet awtomatiċi u ta’ mġiba;

(d)

obbligi ta’ pensjonijiet u assi ta’ pjanijiet tal-pensjoni sakemm ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax tagħhom ma jinqabadx f’miżura tar-riskju oħra;

(e)

il-flussi tal-flus minn strumenti sensittivi għar-rata tal-imgħax, li għandhom jinkludu kwalunkwe ripagament tal-kapital, kwalunkwe pprezzar mill-ġdid tal-kapital u kwalunkwe pagament tal-imgħax relatat;

(f)

rati tal-imgħax massimi u minimi speċifiċi għall-istrumenti.

Għall-fini tal-punt (c), l-istituzzjonijiet għandhom jaġġustaw is-suppożizzjonijiet ewlenin tal-immudellar tal-imġiba ta’ strumenti sensittivi għar-rata tal-imgħax għall-karatteristiki ta’ xenarji differenti tar-rati tal-imgħax filwaqt li jqisu l-limiti ta’ proporzjonalità u ta’ materjalità stabbiliti fl-Artikolu 8(10), l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 12(2) u l-Artikolu 23(1) ta’ r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/857 (6).

3.   L-istrumenti kollha tal-Grad 1 ta’ ekwità komuni u fondi proprji perpetwi oħra mingħajr ebda data eżerċitabbli għandhom jiġu esklużi mill-kalkoli.

4.   L-istituzzjonijiet bi proporzjon ta’ skoperturi li ma jrendux ta’ 2 % jew aktar għandhom jinkludu skoperturi li ma jrendux bħala strumenti sensittivi għar-rata tal-imgħax ġenerali li jenħtieġ li l-immudellar tagħhom jirrifletti l-flussi ta’ flus mistennija u t-twaqqit tagħhom. Skoperturi li ma jrendux għandhom jiġu inklużi netti mill-provvedimenti. Għal dawn il-finijiet, skoperturi li ma jrendux għandhom jiġu ddeterminati minn titoli ta’ dejn, self u avvanzi kklassifikati bħala li ma jrendux f’konformità mal-Artikolu 47a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, filwaqt li l-proporzjon tal-iskoperturi li ma jrendux għandu jiġi kkalkulat bħala l-ammont ta’ skoperturi li ma jrendux diviż bl-ammont ta’ titoli ta’ dejn, self u avvanzi grossi totali kkalkulat fil-livell tal-istituzzjoni.

5.   Il-marġnijiet kummerċjali u komponenti tal-firxa oħrajn fil-pagamenti tal-imgħax f’termini tal-esklużjoni tagħhom mill-flussi ta’ flus jew tal-inklużjoni tagħhom fihom għandhom jiġu ttrattati f’konformità mal-approċċ ta’ ġestjoni u kejl interni tal-istituzzjonijiet għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax fil-portafoll mhux tan-negozjar. Jekk il-marġnijiet kummerċjali u komponenti oħra tal-firxa jiġu esklużi, l-istituzzjonijiet għandhom:

(a)

jużaw metodoloġija trasparenti għall-identifikazzjoni tar-rata mingħajr riskju fil-bidu ta’ kull strument;

(b)

jużaw metodoloġija li tiġi applikata b’mod konsistenti fost l-unitajiet tan-negozju;

(c)

jiżguraw li l-esklużjoni ta’ marġnijiet kummerċjali u komponenti oħra tal-firxa mill-flussi tal-flus tkun konsistenti ma’ kif l-istituzzjoni timmaniġġja u tiħħeġġja r-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar;

(d)

jinnotifikaw l-esklużjoni tagħhom lill-awtorità kompetenti.

6.   Il-bidla fil-valur ekonomiku tal-ekwità għandha tiġi kkalkolata bis-suppożizzjoni ta’ karta bilanċjali b’waqfien naturali, fejn il-pożizzjonijiet eżistenti jimmaturaw u ma jiġux sostitwiti.

7.   Għandha tiġi applikata rata tal-imgħax minima wara x-xokk li tiddependi mill-maturità għal kull munita li tibda b’-150 punt bażi għall-maturità immedjata. Dak il-limitu minimu għandu jiżdied bi tliet punti bażi fis-sena, u eventwalment jilħaq 0 % għal maturitajiet ta’ 50 sena u aktar. Jekk ir-rati tal-imgħax osservati jkunu aktar baxxi mir-rata tal-imgħax minima wara x-xokk, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rata tal-imgħax osservata aktar baxxa.

8.   Meta jikkalkulaw il-bidla aggregata għal kull xenarju ta’ xokk tar-rata tal-imgħax, l-istituzzjonijiet għandhom iżidu flimkien kwalunkwe bidla negattiva u pożittiva li sseħħ f’kull munita. Muniti għajr il-munita tar-rapportar għandhom jiġu kkonvertiti għall-munita tar-rapportar bir-rata spot FX tal-Bank Ċentrali Ewropew fid-data ta’ referenza. Il-bidliet pożittivi għandhom jiġu ponderati b’fattur ta’ 50 % jew fattur ta’ 80 % fil-każ ta’ Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju — muniti fl-ERM II b’faxxa ta’ fluttwazzjoni miftiehma formalment idjaq mill-faxxa standard ta’ +/- 15 %. Il-qligħ ponderat għandu jiġi rikonoxxut sal-akbar bejn (a) il-valur assolut tal-bidliet negattivi fil-muniti EUR jew ERM II u (b) ir-riżultat tal-applikazzjoni ta’ fattur ta’ 50 % għall-bidliet pożittivi tal-muniti ERM II jew EUR, rispettivament.

9.   Għall-iskontar, għandha tiġi applikata kurva tar-rendiment ġenerali xierqa “mingħajr riskju” għal kull munita. Dik il-kurva tar-rendiment ma għandhiex tinkludi firxiet tal-kreditu jew firxiet tal-likwidità li huma speċifiċi għal strument, għal settur jew għal entità.

10.   Fil-valutazzjoni tar-riskju ta’ prodotti sensittivi għar-rata tal-imgħax li huma marbuta mal-inflazzjoni jew fatturi oħra tas-suq, għandhom jiġu applikati suppożizzjonijiet prudenti. Dawk is-suppożizzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-valur attwali/l-aħħar osservat, fuq previżjonijiet ta’ istitut ta’ riċerka ekonomika ta’ reputazzjoni tajba jew fuq prattiki tas-suq oħrajn ġeneralment aċċettati u għandhom ġeneralment ikunu indipendenti mix-xenarju.

Artikolu 4

Bidliet fl-introjtu mill-imgħax nett tal-istituzzjoni

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu fil-kalkoli tagħhom tal-introjtu mill-imgħax nett is-suppożizzjonijiet komuni ta’ mmudellar u parametriċi stabbiliti fl-Artikolu 3(2), (3) u (4) u minn (7) sa (10). Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu fil-kalkoli tagħhom tal-introjtu mill-imgħax nett is-suppożizzjonijiet komuni ta’ mmudellar u parametriċi stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 4 ta’dan l-Artikolu.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw fil-kalkoli tagħhom l-introjtu mill-imgħax u l-ispejjeż tal-imgħax fuq perjodu ta’ sena irrispettivament mill-maturità u t-trattament kontabilistiku tal-istrumenti rilevanti tal-portafoll mhux tan-negozjar sensittivi għar-rati tal-imgħax.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-kalkoli tagħhom marġnijiet kummerċjali u komponenti oħra tal-firxa.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-bidla fl-introjtu mill-imgħax nett bis-suppożizzjoni ta’ karta bilanċjali kostanti, fejn id-daqs u l-kompożizzjoni totali tagħha, inklużi l-entrati fil-karta bilanċjali u barra minnha, għandhom jinżammu billi l-istrumenti bi flussi tal-flus li jimmaturaw jew li jiġu pprezzati mill-ġdid jiġu sostitwiti bi strumenti ġodda li għandhom karatteristiki komparabbli fir-rigward tal-munita, l-ammont u l-perjodu ta’ pprezzar mill-ġdid tal-istrumenti li jiġġeneraw l-ipprezzar mill-ġdid tal-flussi tal-flus. Il-marġnijiet tal-istrumenti l-ġodda għandhom ikunu bbażati fuq il-marġnijiet minn prodotti mixtrija jew mibjugħa reċentement b’karatteristiki simili. Fil-każ ta’ strumenti bi prezzijiet tas-suq osservabbli għandhom jintużaw firxiet tas-suq riċenti u mhux firxiet storiċi tas-suq.

Artikolu 5

Tnaqqis kbir

1.   Tnaqqis kbir għall-fini tal-Artikolu 98(5), it-tieni subparagrafu, il-punt (b), tad-Direttiva 2013/36/UE għandu jkun tnaqqis fl-introjtu mill-imgħax nett ta’ sena ta’ istituzzjoni b’aktar minn 5 % tal-kapital tal-Grad 1 tagħha, li jirriżulta minn bidla f’daqqa u mhux mistennija fir-rati tal-imgħax kif stabbilit fi kwalunkwe wieħed miż-żewġ xenarji ta’ xokk superviżorji stabbiliti fl-Artikolu 1(2).

2.   Tnaqqis kbir imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-formula li ġejja:

Formula

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

(2)  SRP – Supervisory review process – SRP31 – Interest rate risk in the banking book (ħolqa).

(3)  EBA/GL/2018/02 tat-18 ta’ Lulju 2018 (ħolqa).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/857 tal-1 ta’ Diċembru 2023 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw metodoloġija standardizzata u metodoloġija standardizzata ssimplifikata biex jiġu evalwati r-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati tal-imgħax li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll l-introjtu mill-imgħax nett ta’ attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar ta’ istituzzjoni (ĠU L, 2024/857, 24.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/857/oj).


ANNESS

Parti A: Xokkijiet tar-rati tal-imgħax

Formula

 

ARS

AUD

BGN

BRL

CAD

CHF

CNY

CZK

DKK

EUR

GBP

Paralleli

400

300

250

400

200

100

250

200

200

200

250

Fil-qosor

500

450

350

500

300

150

300

250

250

250

300

Fit-tul

300

200

150

300

150

100

150

100

150

100

150


 

HKD

HUF

IDR

INR

JPY

KRW

MXN

PLN

RON

RUB

SAR

Paralleli

200

300

400

400

100

300

400

250

350

400

200

Fil-qosor

250

450

500

500

100

400

500

350

500

500

300

Fit-tul

100

200

350

300

100

200

300

150

250

300

150


 

SEK

SGD

TRY

USD

ZAR

Paralleli

200

150

400

200

400

Fil-qosor

300

200

500

300

500

Fit-tul

150

100

300

150

300


ARS

Peso Arġentin

INR

Rupee Indjan

AUD

Dollaru Awstraljan

JPY

Yen Ġappuniż

BGN

Lev Bulgaru

KRW

Won Sud Korean

BRL

Real Brażiljan

MXN

Peso Messikan

CAD

Dollaru Kanadiż

PLN

Zloty Pollakk

CHF

Frank Żvizzeru

RON

Leu Rumen

CNY

Yuan Ċiniż

RUB

Rublu Russu

CZK

Krona Ċeka

SAR

Riyal Sawdi

DKK

Krona Daniża

SEK

Krona Żvediża

EUR

Euro

SGD

Dollaru Singaporjan

GBP

Lira sterlina

TRY

Lira Torka

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

USD

Dollaru Amerikan

HUF

Forint Ungeriż

ZAR

Rand Sud Afrikan

IDR

Rupiah Indoneżjan

 

 

Parti B: Kalibrazzjoni ta’ xokkijiet fir-rati tal-imgħax għal muniti mhux imsemmija fil-Parti A

(1)

L-istituzzjonijiet għandhom l-ewwel jikkalkulaw ir-rata medja tal-imgħax ta’ kuljum billi jiġbru serje kronoloġika ta’ 16-il sena ta’ rati tal-imgħax “mingħajr riskju” ta’ kuljum, mingħajr firxiet tal-kreditu jew firxiet tal-likwidità speċifiċi għall-istrumenti jew speċifiċi għall-entità, għal kull munita għall-maturitajiet 3M, 6M, 1Y, 2Y, 5Y, 7Y, 10Y, 15Y u 20Y u mbagħad jikkalkolaw ir-rata tal-imgħax medja aritmetika għal kull munita c għall-osservazzjonijiet kollha fis-serje kronoloġika u għall-maturitajiet kollha. Ir-riżultat għandu jkun miżura waħda għal kull munita.

(2)

Meta r-rata medja tal-imgħax ikkalkulata f’konformità mal-punt (1) għall-ewwel seba’ snin tkun akbar minn 700 punt bażi, għandha tintuża d-data mill-aktar 10 snin reċenti, soġġett għad-disponibbiltà tad-data. Meta r-rata medja tal-imgħax ikkalkulata f’konformità mal-punt (1) għall-ewwel seba’ snin tkun 700 punt bażi jew inqas, għandha tintuża s-serje kronoloġika sħiħa ta’ 16-il sena ta’ data.

(3)

Ix-xokk parallel, fil-qosor u fit-tul tar-rata tal-imgħax skont il-munita għandu jiġi derivat mill-applikazzjoni tal-parametru tax-xokk globali rilevanti mit-Tabella 1 għar-rata tal-imgħax medja kkalkolata f’konformità mal-punt (1) u (2).

Tabella 1

Parametri tax-xokk tar-rata tal-imgħax globali tal-linja bażi

Paralleli

Formula

60 %

Fil-qosor

Formula

85 %

Fit-tul

Formula

40 %

(4)

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw minimu ta’ 100 punt bażi kif ukoll limiti massimi varjabbli ta’ 500 punt bażi għax-xokk fuq terminu qasir, 400 punt bażi għax-xokk parallel u 300 punt bażi għax-xokk fit-tul, rispettivament.

(5)

Is-sett ta’ xokkijiet fir-rati tal-imgħax skont il-munita mbagħad għandu jitqarreb għall-eqreb 50 punt bażi.

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/856/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)