|
10.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 221/28 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10328 — CDPQ/ATI/ATI European Communications Infrastructure Business)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 221/06)
1.
Fit-2 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Caisse de dépôt et placement du Québec (“CDPQ”, il-Kanada) |
|
— |
American Tower International Inc. (“ATI”, l-Istati Uniti tal-Amerka) |
|
— |
ATI’s European Communications Infrastructure Business. (“il-Kumpanija fil-Mira”). |
CDPQ u ATI jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Kumpanija fil-Mira li għandha l-assi fil-Ġermanja, il-Polonja, Franza u Spanja.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
CDPQ: investitur istituzzjonali fit-tul li tiġġestixxi fondi primarjament għal pjanijiet tal-pensjoni u tal-assikurazzjoni pubbliċi u parapubbliċi fil-Provinċja tal-Québec. CDPQ hija t-tieni l-akbar ġestjoni tal-fondi tal-pensjonijiet fil-Kanada, |
|
— |
ATI: sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ American Towers LLC, li hija stess hija sussidjarja u proprjetà kollha kemm hi ta’ American Tower Corporation (ATC). ATC hija sid u operatur indipendenti ta’ infrastruttura tal-komunikazzjonijiet mingħajr fili passivi, li għandha portafoll ta’ madwar 183 000 sit tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni fil-Amerki, l-Ewropa, l-Afrika u l-Asja, |
|
— |
il-Kumpanija fil-Mira: toffri servizzi li jospitaw network ta’ telekomunikazzjoni tal-mobile li huwa newtrali mill-operatur lil siti tal-infrastruttura tal-komunikazzjonijiet mingħajr fili passivi fi Franza, il-Ġermanja, il-Polonja u, bħala riżultat tal-akkwist parallel ta’ kumpanija oħra (Telxius) minn ATI, fi Spanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10328 — CDPQ/ATI/ATI European Communications Infrastructure Business
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).