23.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10102 — VIG/AEGON CEE)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 293/04)

1.   

Fil-15 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Vienna Insurance Group AG Wiener Versicherung Gruppe (“VIG”; l-Awstrija),

—

AEGON Hungary Holding B.V., AEGON Hungary Holding II B.V., AEGON Poland/Romania Holding B.V., u AEGON Turkey Holding B.V. (flimkien “AEGON CEE”).

VIG takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ AEGON CEE kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

VIG hija l-kumpanija azzjonarja ta’ Vienna Insurance Group, grupp internazzjonali tal-assigurazzjoni bil-kwartieri ġenerali fi Vjenna, l-Awstrija. Hija twettaq in-negozju tagħha permezz ta’ sussidjarji u fergħat fi 30 pajjiż. VIG prinċipalment toffri servizzi ta’ assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja,

—

AEGON CEE tinkludi n-negozji Ungeriżi, Pollakki, Rumeni u Torok ta’ Aegon N.V. (in-Netherlands). Aegon CEE hija attiva fl-oqsma tal-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja, tan-negozju tal-fondi tal-pensjonijiet, tas-servizzi tal-immaniġġar tal-assi u tas-servizzi anċillari relatati.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10102 — VIG/AEGON CEE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).