|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6588 |
25.10.2024 |
Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela
(C/2024/6588)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Rafael Ramón BLANCO MARRERO (Nru 20), is-Sur Elvis Eduardo HIDROBO AMOROSO (Nru 29), is-Sur Remigio CEBALLOS ICHASO (Nru 37) u s-Sur Jesús Emilio VÁSQUEZ QUINTERO (Nru 52), persuni li jidhru fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 (1) u fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm fis-seħħ id-deżinjazzjoni tal-persuni msemmija hawn fuq inkluż restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati.
Dawk il-persuni huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet prevista għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel 4 ta’ Novembru 2024 , fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 Horizontal and Global Affairs |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6588/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)