3.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 332/19


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9462 — Emil Frey Group/Autocommerce/Avto Triglav/AC-Mobil)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 332/09)

1.   

Fil- 25 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Emil Frey Automobil Holding d.o.o. (is-Slovenja), tappartjeni għall-Emil Frey Group (l-Isvizzera),

—

Autocommerce d.o.o. (“Autocommerce”, is-Slovenja), proprjetà ta’ ACH 2 d.o.o. (is-Slovenja),

—

Avto Triglav d.o.o. (“Avto Triglav”, is-Slovenja), proprjetà ta’ ACH 2 d.o.o.,

—

AC-Mobil d.o.o. (“AC-Mobil”, is-Slovenja), proprjetà ta’ ACH 2 d.o.o.

L-Emil Frey Group jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Autocommerce, Avto Triglav u AC-Mobil kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

L-Emil Frey Group huwa attiv fl-importazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ vetturi bil-mutur ġodda u użati ta’ marki differenti fl-Iżvizzera, fil-Ġermanja, fi Franza, fil-Belġju, fin-Netherlands, fis-Slovakkja, fis-Slovenja, fis-Serbja, fir-Repubblika Ċeka, fl-Ungerija, fil-Polonja, fil-Kroazja u fl-Awstrija kemm fil-livell bl-ingrossa kif ukoll fil-livell tal-konsumaturi, inkluża d-distribuzzjoni ta’ spare parts tat-tagħmir oriġinali u servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni,

—

Autocommerce tbigħ vetturi bil-mutur ġodda u użati fis-settur tal-bejgħ bl-imnut fis-Slovenja,

—

Avto Triglav tbigħ vetturi bil-mutur ġodda u użati fis-settur tal-bejgħ bl-ingrossa u f’dak tal-konsumaturi fis-Slovenja, fil-Kroazja u f’pajjiżi oħra Ewropej,

—

AC-Mobil tbigħ vettur bil-mutur ġodda u użati fis-settur tal-bejgħ bl-ingrossa u f’dak tal-konsumaturi fis-Slovenja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9462 — Emil Frey Group/Autocommerce/Avto Triglav/AC-Mobil

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 229fs64301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).