5.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/28


P9_TA(2022)0382

Finanzi Diġitali: Emenda tad-Direttiva li tikkonċerna r-rekwiżiti tar-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Novembru 2022 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/43/KE, 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/65/UE, (UE) 2015/2366 u (UE) 2016/2341 (COM(2020)0596 – C9-0303/2020 – 2020/0268(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2023/C 161/09)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0596),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 53(1) u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0303/2020),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Ġunju 2021 (1),

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-24 ta' Frar 2021 (2),,

—

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta’ Ġunju 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0340/2021),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jissuġġerixxi li l-att jiġi ċitat bħala “id-Direttiva DORA”;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 343, 26.8.2021, p. 1.

(2)  ĠU C 155, 30.4.2021, p. 38.


P9_TC1-COD(2020)0268

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta’ Novembru 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE, 2014/65/UE, (UE) 2015/2366 u (UE) 2016/2341 fir-rigward tar-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2022/2556.)