|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/862 |
3.2.2025 |
Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping
(C/2025/862)
1.
Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami ta’ skadenza. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dumping u dannu. F’każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità jelaboraw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami, jirribattuhom jew jikkummentaw dwarhom.
3. Skadenza
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li trid tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit G-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Il-Belġju (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
|
4. |
Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.
|
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/2020-08-11.
(2) TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu.
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl (00:00) tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/862/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)