|
2.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1343
tad-29 ta’ Lulju 2022
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwu għall-aċekinoċil, għall-klorantraniliprol u għall-emamektin f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi ta’ residwi (“MRLs”) għall-aċekinoċil, għall-klorantraniliprol u għall-emamektin ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”) ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti għall-aċekinoċil f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (2). Għal xi prodotti, l-Awtorità rrakkomandat li l-MRLs eżistenti jogħlew jew jibqgħu kif inhuma. L-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. L-awtorità kkonkludiet ukoll li fir-rigward tal-MRLs għall-grapefruit, għal-larinġ, għal-lumi, għall-ixkomp, għall-mandolin, għall-ġellewż/cobnuts, għat-tuffieħ, għal-lanġas, għall-isfarġel, għan-naspli, għall-loquats/naspli tal-Ġappun, għall-għeneb tal-mejda u tal-inbid, għat-tadam, għall-brunġiel, għall-ħops, għall-ħnieżer (muskoli, xaħam, fwied, kliewi), għall-bovini (muskoli, xaħam, fwied, kliewi, ħalib), għall-ekwini (muskoli, xaħam, fwied, kliewi, ħalib) ma kinitx disponibbli xi informazzjoni u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni minn dawk li jimmaniġġjaw ir-riskju. Peress li ma hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Dawn l-MRLs se jiġu rieżaminati; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(3) |
L-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti għall-klorantraniliprol, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (3). Huwa rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għal-lewż, għall-ġewż tal-Brażil, għall-ġewż tal-anakardju, għall-qastan, għall-ġewż tal-Indi, għall-ġellewż/cobnuts, għall-macadamia, għall-ġewż Amerikan, għall-qlub tal-ġewż tal-arżnu, għall-pistaċċi, għall-ġewż, għat-tuffieħ, għall-lanġas, għall-isfarġel, għan-naspli, għal-loquats/naspli tal-Ġappun, għall-qamħirrum ħelu, għall-pastard, għall-krafes, għall-kafeni u għall-muskoli (ħnieżer, bovini, nagħaġ, mogħoż u ekwini). Għal prodotti oħrajn, huwa rrakkomandat li l-MRLs eżistenti jogħlew jew jibqgħu kif inhuma. L-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Għall-kaboċċi (kales), l-Awtorità rrakkomandat li jinżamm l-MRL eżistenti ta’ 20 mg/kg. Madankollu, l-Istati Membri talbu li l-MRL għall-kaboċċi (kales) jiżdied għal 40 mg/kg, li huwa l-limitu massimu ta’ residwi tal-codex (CXL) għall-weraq tar-ravanell, minħabba li l-weraq tar-ravanell bħalissa huma kklassifikati fil-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 taħt is-sottogrupp “Kaboċċi (kales)”. Fl-2015 meta s-CXL għall-weraq tar-ravanell ġie introdott fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-weraq tar-ravanell ma kinux imsemmija b’mod espliċitu fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Għalhekk, dawn tqiesu li jappartjenu għas-sottogrupp “Għelejjel tal-weraq żgħar (inkluż l-ispeċijiet tal-brassika) u mhux għas-sottogrupp “Kaboċċi (kales)”. L-Istati Membri talbu li jsegwu l-klassifikazzjoni attwali. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li fir-rigward tal-MRLs għall-bżar ħelu, għall-bettieħ, għad-dulliegħ, għall-weraq tad-dwieli u speċijiet simili, għall-karawett, għaż-żerriegħa tal-ġirasol u għal-lift/żerriegħa tal-kanola ma kinitx disponibbli xi informazzjoni u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni minn dawk li jimmaniġġjaw ir-riskju. Peress li ma hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Dawn l-MRLs se jiġu rieżaminati; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(4) |
L-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti għall-emamektin, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (4). Hija pproponiet li tinbidel id-definizzjoni tar-residwu għal emamektin B1a u l-imlieħ tiegħu, espressa bħala emamektin B1a (bażi ħielsa). Irrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għall-għajnbaqar, għall-patata, għall-ħjar, għall-ħjar tal-pikles, għaz-zukkini, għall-bettieħ, għad-dulliegħ, għall-brokkli, għall-pastard, għall-kaboċċi ta’ Brussell, għall-kaboċċi bir-ras, għall-ħass tal-ħaruf/insalata tal-qamħ, għall-ħass, għall-krexxuni u nebbieta u rimjiet oħra, għall-krexxuni tal-art, għall-aruka, għall-mustarda ħamra, għall-għelejjel tal-weraq żgħar (inkluż l-ispeċijiet tal-brassika), għas-sorfolja, għall-kurrat selvaġġ, għall-weraq tal-karfus, għat-tursin, għas-salvja, għall-klin, għas-sagħtar, għall-ħabaq u l-fjuri li jittieklu, għall-weraq tar-rand, għall-istregun, għall-piżelli (bla mżiewed) u għall-qaqoċċ. Għal prodotti oħrajn, l-Awtorità rrakkomandat li jiżdied il-livell tal-MRLs jew li jinżamm dak eżistenti. L-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li fir-rigward tal-MRLs għal-larinġ, għal-lumi, għall-mandolin, għall-għeneb tal-mejda u tal-inbid, għall-qara’ aħmar, għall-iskarola/l-indivja tal-weraq wiesa’, għaż-żerriegħa tal-qoton, għall-ħnieżer (muskoli, xaħam, fwied, kliewi), għall-bovini (muskoli, xaħam, fwied, kliewi), għan-nagħaġ (muskoli, xaħam, fwied, kliewi), għall-mogħoż (muskoli, xaħam, fwied, kliewi), għall-ekwini (muskoli, xaħam, fwied, kliewi), għal annimali terrestri oħrajn tar-razzett (muskoli, xaħam, fwied, kliewi) u għall-ħalib (bhejjem tal-ifrat, nagħaġ, mogħoż, żwiemel) ma kinitx disponibbli xi informazzjoni u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni minn dawk li jimmaniġġjaw ir-riskju. Billi ma hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Dawn l-MRLs se jiġu rieżaminati; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li fir-rigward tal-MRL għall-berquq ma kinitx disponibbli xi informazzjoni. Tressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 li titlob modifika tal-MRLs eżistenti għal prodotti oħra fosthom għall-berquq ukoll. Fl-opinjoni tagħha (5), l-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti kollha fir-rigward tal-kompletezza tas-sottomissjoni tad-data ġew issodisfati, u li l-modifika tal-MRL għall-berquq mitluba mill-applikant kienet aċċettabbli. Din il-modifika ġiet indirizzata fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/476 (6) u għalhekk l-informazzjoni addizzjonali għall-berquq mhijiex meħtieġa. |
|
(5) |
Is-CXLs eżistenti ġew ikkunsidrati fl-opinjonijiet motivati tal-Awtorità. Is-CXLs, meqjusin sikuri għall-konsumaturi fl-Unjoni, tqiesu biex jiġu stabbiliti l-MRLs. |
|
(6) |
Fir-rigward ta’ prodotti li fuqhom l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernat mhuwiex awtorizzat fl-Unjoni, u li għalihom ma jeżistu l-ebda tolleranzi għall-importazzjoni jew CXLs, jenħtieġ li l-MRLs jiġu stabbiliti fil-limitu ta’ determinazzjoni speċifiku, inkella jenħtieġ li japplika l-MRL prestabbilit, kif previst fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu addattati ċerti limiti ta’ determinazzjoni. Fir-rigward ta’ diversi sustanzi, dawk il-laboratorji kkonkludew li għal ċertu komoditajiet l-iżvilupp tekniku jirrikjedi li jiġu stabbiliti limiti speċifiċi ta’ determinazzjoni. |
|
(8) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tal-kwistjoni kkunsidrata, l-emendi x-xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(9) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u tqiesu l-kummenti tagħhom. |
|
(10) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Sabiex il-prodotti jkunu jistgħu jiġu kkummerċjalizzati, ipproċessati u kkunsmati b’mod normali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi arranġament tranżitorju għall-prodotti li jkunu ġew immanifatturati qabel il-modifika tal-MRLs u li l-informazzjoni dwarhom turi li qed jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi. |
|
(12) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-prodotti li ġew manifatturati fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel it-22 ta’ Frar 2023.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-22 ta’ Frar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 070, 16.3.2005, p. 1.
(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Opinjoni motivata tar-rieżami tal-livelli massimi ta’ residwi eżistenti għall-aċekinoċil f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for acequinocyl according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005). EFSA Journal 2020; 18(1): 5983.
(3) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Opinjoni motivata tar-rieżami tal-livelli massimi ta’ residwi eżistenti għall-klorantraniliprol f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for chlorantraniliprole according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005). EFSA Journal 2020; 18(9): 6235.
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Opinjoni motivata tar-rieżami tal-livelli massimi ta’ residwi eżistenti għall-emamektin f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for emamectin according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005). EFSA Journal 2019;17(8):5803.
(5) Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-livelli massimi ta’ residwi eżistenti għall-emamektin f’diversi għelejjel (Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for emamectin in various crops). EFSA Journal 2021;19(8):6824.
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/476 tal-24 ta’ Marzu 2022 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwu għall-aċidu aċetiku, l-ażossistrobina, il-benżovindiflupir, iċ-ċjantraniliprol, iċ-ċiflufenammid, l-emamektina, il-flutolanil, il-kubrit tal-ġir, il-maltodestrina u l-prokwinażid f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 98, 25.3.2022, p. 9).
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II, jiżdiedu l-kolonni li ġejjin għall-aċekinoċil, għall-klorantraniliprol u għall-emamektin: “Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fil-Parti A tal-Anness III, il-kolonni għall-aċekinoċil, għall-klorantraniliprol u għall-emamektin jitħassru. |
(*1) Jindika l-aktar limitu baxx tal-kwantifikazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li japplikaw l-MRLs għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I