Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 16 u 17 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29. p. 367), kif ukoll tal-Artikoli 16 u 27 tad‑Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi [netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi] (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29. p. 349) - Impożizzjoni fuq operatur tal-obbligu li jikseb awtorizazzjoni għat-tariffi bl-imnut għall-provvista ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet b’veloċità għolja mingħajr ma saret analiżi tas-suq.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi rregolat it-tariffi bl-imnut għall-provvista ta’ aċċess għall-internet b’veloċità għolja mingħajr ma qabel wettqet analiżi tas-suq, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 16 u 17 tad-Direttiva 2002/22/KE tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali), kif ukoll tal‑Artikoli 16 u 27 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi [netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi] (Direttiva Kwadru [Qafas]).

2) Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.