European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/5426

19.10.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12624 – OCP GROUP / KI GROUP / JFC1)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/5426)

1.   

Fis-7 ta’ Ottubru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

KAES Phosphate Holdings, LLC (“KAES”, l-Istati Uniti), ikkontrollata minn Koch, Inc, (“KI”, l-Istati Uniti),

—

OCP Nutricrops S.A. (“OCPN”, il-Marokk), ikkontrollata minn OCP S.A., (“OCP”, il-Marokk),

—

Jorf Fertilizers Company I, S.A. (“JFC1”, il-Marokk), ikkontrollata mill-OCPN.

KAES u OCPN jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ JFC1.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

KAES hija parti mill-KI Group li jikkontrolla portafoll varjat ta’ kumpaniji involuti fir-raffinar u l-kimiċi, tagħmir u teknoloġiji li jipproċessaw u jikkontrollaw it-tniġġis, minerali, fertilizzanti, kummerċ fil-komoditajiet u servizzi, polimeri u fibri, ħġieġ, prodotti tal-foresti u l-konsumatur, konnetturi elettroniċi, stampar u ppakkjar, software tal-intrapriżi u investimenti. Permezz tas-sussidjarja tiegħu Koch Fertilizer, LLC, KI Group jiddistribwixxi fertilizzanti fosfatiċi barra miż-ŻEE,

—

OCPN huwa parti mill-Grupp OCP li huwa produttur, fornitur u distributur globali ta’ fertilizzanti bbażati fuq il-fosfat. OCP huwa wkoll attiv fl-estrazzjoni u l-bejgħ tal-blat fosfatiku, u l-konverżjoni tiegħu f’aċidu fosforiku.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża JFC1 huma dawn li ġejjin: il-produzzjoni tal-aċidu fosforiku u tal-fertilizzanti bbażati fuq il-fosfat (inklużi l-fosfat tad-diammonju u l-fosfat tal-monoammonju).

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12624 — OCP GROUP / KI GROUP / JFC1

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5426/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)