|
26.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 255/96 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-23 ta’ April 2009
dwar il-kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-baġit għas-Seba’, it-Tmien u d-Disa’ Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2007
(2009/641/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta’ kwittanza tal-2006 (COM(2008) 629 u l-anness tiegħu SEC(2008) 2579), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet ta’ dħul u nfiq għas-Seba’, it-Tmien u d-Disa’ Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2007 (COM(2008) 490 – C6-0296/2008), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni finanzjarja tas-Seba’, it-Tmien u d-Disa’ Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena 2007 (COM(2008) 224), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mis-Seba’, it-Tmien u d-Disa’ Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-10 ta’ Frar 2009 (5042/2009 – C6-0057/2009, 5044/2009 – C6-0058/2009, 5045/2009 – C6-0059/2009), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (3) u rivedut fil-Lussembrugu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċizjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjizi u territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea (id-‘Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni tal-pajjizi u territorji extra-Ewropej’) (5), emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/249/KE tad-19 ta’ Marzu 2007 (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta’ Diċembru 1995, bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja skont it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-Raba’ Konvenzjoni ACP-KE (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta’ Settembru 2000, bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja skont il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000, u l-allokazzjoni tal-assistenza finanzjarja lill-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat KE (8), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għal koperazzjoni fl-iffinanzjar tal-iżvilupp taħt ir-raba’ Konvenzjoni ACP-KE (9), |
|
— |
wara li kkkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 li japplika għad-Disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (10), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 70 u 71, it-tielet inċiż tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, u l-Anness V tagħhom, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0159/2009), |
|
1. |
Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tas-Seba’, it-Tmien u d-Disa’ Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2007; |
|
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta’ hawn taħt; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u lill-istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali ta’ verifika tal-Istati Membri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Hans-Gert PÖTTERING
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 273.
(2) ĠU C 277, 31.10.2008, p. 243.
(3) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(4) ĠU L 287, 28.10.2005, p. 1.
(5) ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1 u ĠU L 324, 7.12.2001, p. 1.
(6) ĠU L 109, 26.4.2007, p. 33.
(7) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
(8) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-23 ta’ April 2009
li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tas-Seba’, it-Tmien u d-Disa’ Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2007
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta’ kwittanza tal-2006 (COM(2008) 629 u l-anness tiegħu SEC(2008) 2579), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet ta’ dħul u nfiq għas-Seba’, it-Tmien u d-Disa’ Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2007 (COM(2008) 490 – C6-0296/2008), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni finanzjarja tas-Seba’, it-Tmien u d-Disa’ Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena 2007 (COM(2008) 224), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mis-Seba’, it-Tmien u d-Disa’ Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-10 ta’ Frar 2009 (5042/2009 – C6-0057/2009, 5044/2009 – C6-0058/2009, 5045/2009 – C6-0059/2009), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (3) u rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċizjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjizi u territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea (id-‘Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni tal-pajjizi u territorji extra-Ewropej’) (5), emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/249/KE tad-19 ta’ Marzu 2007 (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta’ Diċembru 1995, bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja skont it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-Raba’ Konvenzjoni ACP-KE (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta’ Settembru 2000, bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja skont il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000, u l-allokazzjoni tal-assistenza finanzjarja lill-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat KE (8), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għal koperazzjoni fl-iffinanzjar tal-iżvilupp taħt ir-raba’ Konvenzjoni ACP-KE (9), |
|
— |
wara li kkkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 li japplika għad-Disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (10), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 70 u 71, it-tielet inċiż tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, u l-Anness V tagħhom, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0159/2009), |
|
A. |
billi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp huwa l-iktar strument finanzjarju importanti tal-Unjoni Ewropea għall-koperazzjoni fil-qasam tal-iżvilupp mal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku; |
|
B. |
billi l-ammont totali tal-għajnuna li tgħaddi mill-EDF se tiżdied b’mod konsiderevoli fis-snin li ġejjin minħabba li l-ammont tal-għajnuna Komunitarja skont l-Għaxar EDF għall-perjodu mill-2008 sal-2013 ġie stabbilit bħala EUR 21 966 000 000 (krediti tal-operat għall-pajjiżi tal-AKP minbarra l-Pajjiżi u Territorji Barranin) li jirrappreżentaw żieda ta’ 62 % mqabbla mal-allokazzjonijiet finanzjarji skont id-Disa’ EDF, |
|
C. |
billi l-appoġġ mill-baġit huwa strument ta’ għajnuna li jirrikjedi bidla paradigmatika fis-sorveljanza parlamentari li jkopri d-dħul kollu u r-riżultati tal-ħruġ, |
|
D. |
billi qiegħed ikun iddeterminat b’mod kontinwu biex jiġu żviluppati l-kapaċitajiet ta’ sorveljanza sabiex jintlaħqu l-obbligi bl-aktar mod effikaċi possibbli bħala awtorità ta’ kwittanza, |
|
1. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li “l-amministrazzjonijiet dgħajfa” u “l-governanza dgħajfa” huma riskji sinifikanti f’ħafna pajjiżi benefiċjarji li jaffettwaw il-ġestjoni tajba tal-EDFs (it-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-punti 1 sa 5 tar-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mill-EDFs); |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, waqt “l-ipperfezzjonar” tal-istrateġija ta’ kontroll tagħha (punti 1 sa 5 tar-Rapport Annwali), biex tidentifika l-punt li fih in-nuqqas ta’ riżultati u l-ispejjeż jkunu jeħtieġu bidla fil-politika; |
|
3. |
Huwa tal-opinjoni li l-istrateġija ta’ implimentazzjoni għall-Għaxar EDF (EUR 21 966 miljun għall-perjodu mill-2008 sal-2013) għandha tiffoka fuq oqsma ta’ importanza kruċjali sabiex jiġi żgurat żvilupp sostenibbli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħti prijortià lill-proliferazzjoni u tevitaha; |
|
4. |
Jemmen li l-Kummissjoni, fl-isforz biex tagħti prijorità lill-attivitajiet ta’ żvilupp tagħha u tikkonċentra fuqhom, tista’ tfittex opportunitajiet biex tagħti aktar assistenza lill-pajjiżi b’introjtu baxx; |
|
5. |
Jirrimarka li għandha tingħata l-attenzjoni dovuta lis-sostenibilità tal-interventi tal-Kummissjoni inkluża l-formulazzjoni ta’ strateġija ta’ ħruġ ċara u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni; jikkunsidra li l-valutazzjoni mkabbra tar-riżultati tirrapreżenta fattur importanti ħafna biex tiġi żgurata l-leġittimità demokratika fir-rigward tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE; |
Implimentazzjoni finanzjarja
|
6. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-prestazzjoni tal-Kummissjoni fl-2007, u jinnota li l-pagamenti żdiedu bi 12 % u l-impenji żdiedu b’9 %, filwaqt li ż-żieda fl-impenji pendenti baqgħet ta’ 2,8 %; jikkunsidra li r-rata ta’ implimentazzjoni ta’ 3,7 snin bħala waħda aċċettabbli meta wieħed jikkunsidra ż-żieda fl-effiċjenza; |
|
7. |
Jilqa’ l-impenn tal-finanzjament kollu disponibbli għad-Disa’ EDF fl-2007; jistieden lill-Kummissjoni tifformula rakkomandazzjonijiet applikabbli għall-partijiet mhux impenjati tat-Tmien EDF; jenfasizza madankollu li l-impenn malajr tal-fondi m’għandux jitwettaq għad-detriment tal-kwalità tal-proġetti; |
|
8. |
Ifakkar fl-impenn tal-Kummissjoni (11) li tiżgura li jiġi allokat limitu ta’ referenza ta’ 20 % tal-assistenza allokata tagħha skont l-Istrument ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) għall-edukazzjoni bażika u sekondarja u għas-saħħa bażika; jistidinha biex tirrapporta rigward l-EDFs b’rabta mal-parametru imsemmi; |
|
9. |
Juri t-tħassib tiegħu għas-sejbiet li hemm fir-Rapport Speċjali Nru 10/2008 tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Assistenza għall-Iżvilupp għas-Servizzi tas-Saħħa tal-KE fl-Afrika Sub-Saħara, li jindika li “Allokazzjonijiet finanzjarji għas-settur tas-saħħa fl-Afrika Sub-Saħara ma żdidux mill-2000 ‘l hawn bħala proporzjon tal-assistenza tal-iżvilupp totali minkejja l-impenji tal-Kummissjoni għall-MDGs u l-kriżi tas-saħħa fl-Afrika Sub-Saħara”; jistieden lill-Kummissjoni tipprijoritizza l-appoġġ għas-sistemi tas-saħħa u tidentifika l-aktar strumenti xierqa li bihom titwassal l-għajnuna f’dan il-qasam; |
Il-ġestjoni finanzjarja tal-EDFs mill-Kummissjoni
|
10. |
Jinnota b’sodisfazzjon li l-opinjoni tal-Qorti dwar ir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja tas-Seba', it-Tmien u d-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2007msemmi hawn fuq jirrappreżenta “deskrizzjoni preċiża tal-kisbiet tal-objettivi għas-sena finanzjarja, il-qagħda finanzjarja u l-avvenimenti li kellhom influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet li saru fl-2007” (punt 13 tar-Rapport Annwali tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp); |
|
11. |
Jiddispjaċih, madankollu, li s-segwitu tal-Kummissjoni għall-osservazzjonijiet li saru mill-Qorti f’għadd ta’ każijiet ma kienx adegwat; jenfasizza li l-azzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti huwa element importanti tar-responsabilità għall-awtorità ta’ kwittanza; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni “se tagħti tagħrif aktar dettaljat fil-ġejjieni” (punt 13 tar-Rapport Annwali tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp); |
Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri
Affidabilità tal-kontijiet
|
12. |
Jinnota li, skont l-Artikoli 1 u 103(3) tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 li japplika għad-Disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp, id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni ma testendix għar-riżorsi tad-Disa’ EDF (EUR 2 200 000 000) li hi ġestita mill-EIB, u li l-EIB hu responsabbli għaliha (noti ta’ qiegħ il-paġna 2 u 11 tar-Rapport Annwali tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp); |
|
13. |
Jinnota li l-Qorti hi tal-opinjoni li l-kontijiet annwali finali tas-Seba’, it-Tmien u d-Disa’ EDFs jippreżentaw tajjeb, fl-aspetti materjali kollha, il-qagħda finanzjarja tal-EDFs fil-31 ta’ Diċembru 2007 (paragrafu VI, Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni); |
|
14. |
Jinnota li l-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Kummissjoni ma wrietx il-validità tas-suppożizzjonijiet użati għall-estimi tal-provvediment għall-ispejjeż imġarrba u li dan jista’ jwassal għal dikjarazzjoni aktar baxxa tal-infiq dovut, kif ukoll għal dikjarazzjoni aktar għolja tal-ammont ta’ garanziji murija fin-noti għar-rendikonti finanzjarji (paragrafu VII, Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni); |
Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi
|
15. |
Huwa jinnota li:
|
Kummenti fuq it-tagħrif ippreżentat mill-Qorti b’appoġġ għad-Dikjarazzjoni tal-Assigurazzjoni
L-ambitu tal-verifika
|
16. |
Jinnota li l-osservazzjonijiet tal-Qorti rigward il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi huma bbażati fuq:
|
Affidabilità tal-kontijiet
|
17. |
Jiddispjaċih li l-Kummissjoni għadha ma tistax tagħti tagħrif sħiħ dwar il-kontabilità minħabba diffikultajiet tekniċi; jinnota li skont it-tweġiba tal-Kummissjoni “l-introduzzjoni tas-sistema l-ġdida tal-kontabilità mill-2009 se tegħleb il-limitazzjonijiet attwali” (punt 16 tar-Rapport Annwali dwar l-EDFs); jilqa’ b’sodisfazzjon l-introduzzjoni tas-sistema tal-ABAC-EDF fi Frar 2009; |
|
18. |
Jinnota li r-rimarka rikorrenti tal-Qorti dwar il-validità tal-istrateġija statistika tal-Kummissjoni użata biex tikkalkula l-provvediment għall-ispejjeż imġarrba fil-perjodu tar-rappurtaġġ li matulu ma jkunux daħlu fatturi sa tmiem is-sena; jinnota wkoll li dan il-provvediment jammonta għal EUR 2 087 000 000 jew 83 % tal-passiv totali (punt 17 tar-Rapport Annwali dwar l-EDFs); jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tipperfezzjina u ttejjeb l-istrateġija tagħha; |
Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi
|
19. |
Jinnota d-differenza ta’ opinjoni bejn il-Kummissjoni u l-Qorti rigward il-mument meta għandhom “jitfasslu” u “jiġu ffirmati” ftehimiet ta’ finanzjament (punt 19 tar-Rapport Annwali dwar l-EDFs); jiddispjaċih għall-messaġġ xejn ċar lill-awtorità ta’ kwittanza, u jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti kjarifika sabiex il-partijiet kollha - il-Kummissjoni u l-Istati AKP - jifhmu l-istess ħaġa bil-kelma “jitfasslu”; |
|
20. |
Jinnota li l-Qorti, waqt li kienet qed tiċċekkja t-tranżazzjonijiet, ma setgħetx tikseb id-dokumentazzjoni relavanti mingħand il-korpi tan-NU fil-każ ta’ żewġ pagamenti (minn mostra ta’ ħdax-il pagament); jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, sabiex tiżgura konformità sħiħa mal-ftehim ta’ qafas finanzjarju u amministrattiv; |
|
21. |
Jinnota li, fuq il-bażi tar-riżultati tal-verifika tagħha (punti 32-47 tar-Rapport Annwali dwar l-EDFs), il-Qorti tikkonkludi li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll ta’ Europe Aid għall-EDFs huma biss “parzjalment effettivi” (punt 53 tar-Rapport Annwali dwar l-EDFs); |
|
22. |
Jinnota wkoll li, mid-disa’ elementi tas-sistema ta’ kontroll interna fil-livell ċentrali, sitta huma effettivi, tnejn huma parzjalment effettivi u element wieħed - il-kwantità tal-missjonijiet ta’ monitoraġġ - m’hu effettiv xejn, u li mill-ħames elementi tas-sistema ta’ kontroll interna fil-livell ta’ delegazzjonijiet, żewġ elementi huma effettivi u tlieta huma biss parzjalment effettivi (Tabella 3 tar-Rapport Annwali dwar l-EDFs); |
|
23. |
Jinnota li l-Kummissjoni tqis li “minħabba r-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli għaliha, (…) waqqfet sistemi ta’ kontroll li jagħtu assigurazzjoni raġonevoli” (punt 53 tar-Rapport Annwali dwar l-EDFs); |
|
24. |
Jikkunsidra li r-risposti tal-Kummissjoni mhumiex sodisfaċenti fis-sens li donnha li ma tixtieqx tirrevedi l-arranġament li ħolqot, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħti tagħrif aktar preċiż dwar il-kunċett ta’ “assigurazzjoni raġonevoli” u, b’mod partikulari, rigward il-proporzjon attwali bejn in-nefqa u l-benefiċċju tal-kontrolli u r-rata attwali ta’ żbalji, kif ukoll analiżi li turi liema riżorsi umani u finanzjarji addizzjonali huma meħtieġa għat-titjib tas-sistema ta’ kontroll sabiex il-Qorti tkun tista’ tagħti marka “effettiva” bħala evalwazzjoni globali; |
|
25. |
Jinnota li l-Qorti enfasizzat l-inadegwatezza tal-kontrolli mwettqa mis-superviżuri jew l-awdituri, li tindika d-djgħufija fis-servizzi superviżorju u ta’ kontrolli; stieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, sabiex issaħħaħ il-kontrolli tagħha u, b’mod partikulari, sabiex tintroduċi sistemi ta’ reviżjoni ta’ rapporti esterni ta’ verifika sabiex tiġi ċċekkjata l-kwalità tagħhom; |
Impenji u ħlasijiet tal-appoġġ baġitarju
|
26. |
Jinnota li f’ħamsa mill-15-il impenn ta’ appoġġ baġitarju analizzati, il-Qorti sabet
|
|
27. |
Jenfasizza li l-Qorti hi tal-opinjoni li r-rekwiżiti tal-Ftehim ta’ Cotonou - li l-ġestjoni tan-nefqa pubblika għandha tkun trasparenti, responsabbli u effettiva biżżejjed - ma ntlaħqux f’dawn il-ħames każijiet; |
|
28. |
Ifakkar li “riskju fiduċjarju” ifisser li jkun hemm riskju li l-flus ta’ dawk li jħallsu t-taxxa fl-Ewropa ma jintużawx għall-iskopijiet maħsuba, ma jiksbux valur għall-flus jew ma jingħatax kont tagħhom kif jixraq; |
|
29. |
Jinnota wkoll li l-Kummissjoni “ma taqbilx mal-evalwazzjoni tal-Qorti” li l-impenji, skont il-Kummissjoni, saru wara evalwazzjoni ta’ “progress pożittiv suffiċjenti fis-sistemi ta’ ġestjoni finanzjarja pubblika”, li l-pajjiżi kkonċernati wara “komplew juru progress” u “baqgħu fit-triq it-tajba għal aktar appoġġ baġitarju” (punt 26 tar-Rapport Annwali dwar l-EDFs); |
|
30. |
Jiddispjaċih li t-tweġiba tal-Kummissjoni ma tirriflettix il-gravità tas-sejbiet tal-Qorti (“kwistjonijiet importanti preokkupanti”, “riskju fiduċjarju għoli ħafna”); jikkunsidra li l-użu ta’ espressjonijiet miftuħa li ma jkunux ibbażati fuq ir-riżultati, bħal “suffiċjenti”, “progress” u “fit-triq it-tajba” f’dan il-kuntest serju mhumiex adegwati u jinħassu superfiċjali; |
|
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħti l-evidenza li fuqha bbażat il-konklużjonijiet tagħha u biex tippreżentaha b’mod li jkun jidher ċar xi progress ikun sar (minn fejn sa fejn) u għaliex dan l-ammont ta’ progress tqies bħala “suffiċjenti”; |
|
32. |
Jinnota li f'seba’ mit-33 ftehimiet ta’ finanzjament analizzati, il-Qorti sabet li l-provvedimenti tal-ftehimiet ta’ finanzjament għall-appoġġ baġitarju ma kinux sħaħ jew ċari, billi ma kienx fihom il-kundizzjonijiet ġenerali għall-appoġġ baġitarju, iddefinew b’mod ambigwu l-metodu għall-kalkolu tal-ammonti għall-iżburżar jew irreferew għal impenji magħmula mill-gvern bla ma ddefinew data prospettiva u l-konsegwenzi meta dawn l-impenji ma jiġux sodisfati (punt 27 tar-Rapport Annwali dwar l-EDFs); jinnota wkoll li l-Kummissjoni “se (…) tfittex li tkompli ttejjeb il-kwalità tal-ftehimiet ta’ finanzjament skont l-għaxar EDF”; |
|
33. |
Jinnota, rigward il-ħlasijiet ta’ appoġġ baġitarju, li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma “affettwati b’livell materjali ta’ żbalji” (punt 52(b) tar-Rapport Annwali dwar l-EDFs) minħabba:
|
|
34. |
Jinnota wkoll is-sejbiet li ġejjin mill-Qorti rigward sitta mit-30 pagament analizzati:
|
|
35. |
Jinnota li skont it-tweġiba tagħha “l-Kummissjoni tibbilanċja l-progress li jkun sar, l-impenn politiku għal riformi u l-oqsma ta’ tħassib li jkun baqa’ sabiex tasal għal deċiżjoni infurmata” (tweġiba tal-Kummissjoni għal punt 29 tar-Rapport Annwali dwar l-EDFs); |
|
36. |
Huwa mħasseb dwar il-konklużjonijiet tal-Qorti, iżda huwa mħasseb aktar bir-risposti tal-Kummissjoni, li juru li l-Kummissjoni ma tridx taqsam l-informazzjoni li fuqhom tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha dwar l-appoġġ baġitarju; |
Sorveljanza Parlamentari effettiva
|
37. |
Jemmen li d-deċiżjoni li l-appoġġ baġitarju jintuża bħala strument tal-għajnuna għall-iżvilupp jagħmel parti mis-setgħat tal-eżekuttiv, u li l-operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju m’għandhomx jirrikjedu approvazzjoni parlamentari minn qabel; |
|
38. |
Jinnota li l-valutazzjoni parlamentari tal-appoġġ baġitarju m’għandhiex tiffoka biss fuq ir-riskji iżda wkoll fuq il-benefiċċji, kif ukoll fuq ir-riskji u l-benefiċċji tal-għoti ta’ għajnuna alternattiva; jinnota barra minn hekk li l-istrateġiji tal-proġetti tradizzjonali użati għal diversi għexieren ta’ snin ma ħallewx ir-riżultati mistennija; |
|
39. |
Jemmen li l-għan aħħari tas-sorveljanza parlamentari hu li l-għajnuna tkun effettiva, li tfisser użu effettiv, ekonomiku, legali u regolari tal-għajnuna għall-iżvilupp sostenibbli, u jqis li s-sorveljanza tal-għajnuna baġitarja hi parti mill-isforzi ġenerali tiegħu li jissorvelja l-effettività u r-riżultati tal-infiq ġenerali għall-iżvilupp; |
|
40. |
Jiddispjaċih li m’għandux biżżejjed informazzjoni siewja, komprensiva u affidabbli biex iwettaq sorveljanza effettiva tar-riżultati tal-appoġġ baġitarju; |
|
41. |
Jitlob biex tintemm is-sistema preċedenti ta’ Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (EDFs) konsekuttivi permezz tal--konsolidazzjoni sħiħa tal-iffinanzjar ta’ koperazzjoni UE/ACP fil-baġit tal-UE biex tkun żgurata sorveljanza parlamentari tal-allokazzjoni ta’ riżorsi taħt l-EDFs; |
Rapport annwali dwar l-użu tal-appoġġ baġitarju
|
42. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tħejji rapport annwali dwar l-użu tal-appoġġ baġitarju – u lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit biex ifassal rapport fuq l-inizjattiva tiegħu dwar dan ir-rapport annwali – li jkun jinkludi informazzjoni siewja, komprensiva, affidabbli, analitika u evalwattiva, u mhux biss deskrittiva, dwar:
|
|
43. |
Jistieden barra minn hekk lill-Kummissjoni sabiex tidentifika, bl-akbar reqqa liema huma l-pajjiżi jew il-kwistjonijiet tal-implimentazzjoni tal-appoġġ baġitarju fejn tkun utli attenzjoni parlamentari partikolari biex titjieb ir-resposabbilizzazzjoni tad-donaturi; |
|
44. |
Jistieden ukoll lill-Kummissjoni sabiex tintroduċi monitoraġġ annwali ta’ dan ir-riskju; |
Valutazzjoni u maniġment tar-riskji
|
45. |
Jinnota li meta l-fondi jgħaddu minn sistemi f’pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma dgħajfa jinħoloq riskju ta’ ineffiċjenza u ħela, u li għaldaqstant tinħtieġ valutazzjoni komprensiva tar-riskju fiduċjarju qabel il-bidu tal-programmi ta’ appoġġ baġitarju; |
|
46. |
Ifakkar li l-Kummissjoni mhix tuża sistema fejn il-valutazzjoni tar-riskju tirriżulta f’limitu minimu ċar ta’ valuri li taħtu l-appoġġ baġitarju m’għandux jingħata, iżda pjuttost qed tuża sistema ta’ “approċċ dinamiku” fejn il-grad ta’ diskrezzjoni huwa ħafna ogħla; |
|
47. |
Huwa tal-fehma li l-grad ogħla ta’ diskrezzjoni f’deċiżjonijiet dwar l-appoġġ tal-baġit meħuda permezz tal-“approċċ dinamiku” irid ikun ibbilanċjat permezz ta’ livell daqstant għoli ta’ trasparenza; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni sabiex tagħmel disponibbli lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u lill-Kumitat għall-Iżvilupp, l-informazzjoni li fuqha qed tibbaża l-valutazzjonijiet tagħha; |
|
48. |
Jistenna b’mod partikolari li jirċievi informazzjoni espliċita dwar il-valutazzjonijiet tar-riskju u analiżijiet tar-riskju li tagħmel il-Kummissjoni tas-sistemi tal-gvern fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-fehma tagħha dwar is-sinjifikat tan-nuqqasijiet tas-sistemi mil-lat ta’ ineffiċjenzi potenzjali u l-ħela tal-għajnuna, u stimi, kwantifikati kemm jista’ jkun, ta’ dawn il-fatturi, kif ukoll tagħrif dwar il-miżuri meħuda, jew li se jittieħdu fil-ġejjieni, sabiex jiġu mmitigati r-riskji identifikati; |
Retorika jew realtà
|
49. |
Jinnota li l-Kummissarju responsabbli Louis Michel, fil-ktejjeb intitolat “Appoġġ baġitarju - Kwistjoni ta’ fiduċja reċiproka” (12) jiddikjara li “l-unika soluzzjoni hi l-appoġġ baġitarju, u ammont ikbar minnu. Għal din ir-raġuni ddeċidejt li nżid il-proporzjon tal-appoġġ baġitarju minn 20 % tal-finanzjament għal 50 %”; |
|
50. |
Jistieden lill-Kummissarju biex jirrevedi dawn l-intenzjonijiet sakemm ir-retorika tkun inbidlet f’realtà u tkun disponibbli evidenza konklużiva li turi sa liema punt l-appoġġ baġitarju hu ta’ valur aħjar għall-flus minn strumenti oħra tal-għajnuna, jew li kellu impatt fuq il-faqar tad-dħul; |
|
51. |
Jinnota l-ittra u n-nota mill-Kummissarju Louis Michel lis-Sur Jacek Uczkiewicz, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u b’kopja lis-Sur Herbert Bösch, Chairperson tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bid-data tad-9 Jannar 2009 (DR/amw/S(08)0418) li fiha l-Kummissarju jindika li:
|
|
52. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni aċċettat l-osservazzjonijiet tal-QEA, kif ukoll l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni, u jistenna bil-ħerqa li jkun infurmat dwar il-pjan dettaljat u dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-“approċċ imtejjeb” (ibidem paġna1); |
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
|
53. |
Jistieden lill-Qorti biex tinfurmah dwar il-kwalità tal-valutazzjoni u tal-immaniġġjar tar-riskju tal-Kummissjoni, u jixtieq jara aktar verifiki tal-prestazzjoni li jivvalutaw ir-riżultati tal-infiq għall-iżvilupp b’mod ġenerali u l-appoġġ baġitarju b’mod partikolari; |
Il-parlamenti ta’ pajjiżi riċevituri
|
54. |
Jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu biex jistabbilixxi kuntatti diretti mal-kumitati magħżula tal-parlamenti tal-pajjiżi riċevituri sabiex jinkoraġġixxi u jappoġġa l-irwol tagħhom fl-iżgurar tal-effettività tal-għajnuna permezz ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza parlamentari; |
|
55. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprijoritizza l-appoġġ għall-pajjiżi msieħba sabiex jiġi żviluppat il-kontroll parlamentari u l-kapaċitajiet ta’ verifika, b’mod partikulari meta l-għajnuna tingħata permezz tal-assistenza baġitarja u jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta regolarment dwar il-progress miksub; |
|
56. |
Huwa tal-fehma li l-involviment tal-parlamenti nazzjonali, tas-soċjetà ċivili u tal-awtoritajiet lokali fil-pajjiżi sħab huwa indispensabbli biex ikun hemm sjieda ġenwina tal-proċess; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel kull sforz biex ittejjeb id-djalogu ma’ dawn l-entitajiet fl-istadji differenti kollha tal-proċess tal-ipprogrammar; |
L-involviment tal-Istati tal-ACP
|
57. |
Jinsab imħasseb dwar “in-nuqqas ta' involviment mill-Istati ACP” għall-iżgurar ta’ kontroll effettiv tal-infiq tal-EDF u jinsab diżappuntat li d-delegazzjonijiet “jista’ jkollhom fiduċja limitata biss fil-kontrolli mwettqa mill-amministrazzjonijiet tal-NAOs (Uffiċjali Awtorizzanti Nazzjonali)” (punt 36 tar-Rapport Annwali dwar l-EDFs); |
|
58. |
Jinnota li NAOs huma obbligatorji fl-Istati ACP iżda li ma jeżistux fil-pajjiżi RELEX li qed jiżviluppaw; jistieden lill-Kummissjoni biex tinfurmah dwar l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-approċċ tal-EDF u biex tevalwa l-aħjar prattiki fl-Istati ACP sabiex jitjieb il-kontroll tal-infiq mill-EDF mill-amministrazzjonijiet tal-NAOs; |
|
59. |
Jinnota wkoll li “n-nuqqas ta’ kapaċità u riżorsi fi ħdan l-amministrazzjonijiet tal-NAOs” hija “rrappurtata regolarment mid-delegazzjonijiet” (punt 41 tar-Rapport Annwali dwar l-EDFs) lis-servizzi ċentrali ta’ Europe Aid; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinformah bil-feedback mogħti lid-delegazzjonijiet dwar din il-kwistjoni; |
Riżorsi Umani
|
60. |
Jinnota li, skont il-Qorti, l-għadd tal-persunal tal-Kummissjoni meta mqabbla mal-fondi impenjati qed jonqos, u li l-ebda żieda sinifikanti ta’ persunal mhi prevista minkejja li hi prevista żieda sostanzjali fl-impenji fl-għaxar EDF (punt 33 tar-Rapport Annwali dwar l-EDFs); |
|
61. |
Jaqbel bis-sħiħ mal-Qorti li “jeżistu riskju li n-nuqqas jew id-distribuzzjoni inadegwata tal-persunal, jew l-indisponibbiltà ta’ ħiliet u għarfien speċifiċi għandu impatt fuq il-kwalità tal-kontrolli, il-verifika u l-monitoraġġ” (punt 33 tar-Rapport Annwali dwar l-EDFs); |
|
62. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tispjega kif għandha l-ħsieb li tiġġestixxi t-tensjoni - jekk mhux kontradizzjoni – li teżisti bejn il-ħtieġa għal riżorsi umani addizzjonali fil-delegazzjonijiet u l-impenn tagħha “li żżomm reklutaġġ stabbli ġaladarba l-persunal kollu relatat mat-tkabbir ikun integrat, mingħajr ebda talba għal postijiet tax-xogħol ġodda għall-perijodu 2009-2013” u “biex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ ġodda fl-oqsma ewlenin tal-politika esklussivament permezz ta’ trasferimenti fi ħdan u bejn id-dipartimenti” (13); |
|
63. |
Huwa tal-fehma li jistgħu jinstabu riżorsi umani addizzjonali billi titneħħa r-responsabbiltà maqsuma għall-iżvilupp bejn RELEX u DEV; jistieden lill-Kummissjoni attwali biex tieħu l-passi meħtieġa bil-għan li tiffaċilita din ir-rijorganizzazzjoni fil-Kummissjoni l-ġdida; jemmen li d-diviżjoni tax-xogħol attwali fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp bejn DEV u RELEX ma tippermettix lill-Kummissjoni biex tipparteċipa b’mod sħiħ fit-trawwim ta’ sforzi internazzjonali għall-promozzjoni ta’ koerenza fl-iżvilupp u fl-effettività tal-għajnuna; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-koperazzjoni għall-iżvilupp tkun iddedikata mingħajr ebda ambigwità għall-għan primarju li jinqered tal-faqar; |
|
64. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex iżżid l-għadd tal-persunal allokat lill-maniġment u lill-istrutturi ta’ kontroll tal-EDFs, fid-dawl taż-żieda antiċipata fil-volum tal-impenji għall-Għaxar EDF; |
Kummenti dwar il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti
|
65. |
Jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti irrikonoxxiet l-isforzi ta’ Europe Aid għall-iżvilupp ta’ strateġija ta’ kontroll; huwa tal-fehma li strateġija ta’ kontroll effiċjenti timmira li tevita l-iżbalji ex-ante u mhux primarjament li tirkupra fondi li tħallsu bla bżonn ex-post; jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tiżviluppa l-istrateġija tagħha ta’ kontroll fid-dawl ta’ dan l-approċċ, li hija prijorità għall-awtorità tal-kwittanza; |
|
66. |
Jaqbel kompletament mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti espressi fil-punti 55(a) sa (g) u 56(a) sa(f) tar-Rapport Annwali dwar l-EDFs; b’mod partikolari jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjoni stipulata fil-punt 56(a) li:
“il-konformità mal-Ftehim ta’ Cotonou għandha titkejjel mar-rekwiżiti bażiċi, bħad-disponibilità ta’ kontijiet ippubblikati u vverifikati fil-ħin, li għandhom ikunu ssodisfati qabel ma tingħata l-għajnuna baġitarja” u fil-punt 56(d), li: “Il-Europe Aid għandha tassigura, qabel il-bidu ta’ programm ta’ appoġġ baġitarju, li tkun saret valutazzjoni ċara u kompluta tal-immaniġġjar finanzjarju pubbliku u li l-pajjiż li jirċievi jkollu programm ta’ riforma kredibbli u rilevanti biex jindirizza n-nuqqasijiet sinifikanti kollha fuq medda ta’ żmien prevedibbli”; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni sabiex ma tagħtix appoġġ baġitarju jekk il-maniġment tal-infiq pubbliku ma jkunx trasparenti, responsabbli u effettiv, jew tal-anqas jekk dan ma jkunx se jsir hemm mal-implimentazzjoni fi żmien qasir ta’ programm ta’ riforma; jindika wkoll li l-għażla ta’ arranġamenti ta’ finanzjament għal settur speċifiku għandha tkun marbuta b’mod dirett mal-effiċjenza tagħhom f’dan il-qasam speċifiku ta’ azzjoni; |
|
67. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti prijorità lill-implimentazzjoni rapida ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, li l-awtorità ta’ kwittanza tathom importanza partikolari, peress li limiti ċari u miftiehma għad-diskrezzjoni eżekuttiva huma indispensabbli għal sorveljanza parlamentari sinifikattiva; |
Approċċ ġdid għal sitwazzjoni ġdida
|
68. |
Jenfasizza li l-mod ta’ kif il-pajjiż riċevitur juża l-fondi mogħtija bħala appoġġ baġitarju jinsab barra mill-kontroll dirett tal-Kummissjoni (u ta’ donaturi oħra) peress li huwa d-dritt sovran tal-pajjiż riċevitur ikkonċernat li jiġġestixxi l-baġit tiegħu skont ir-regoli speċifiċi tiegħu stess u skont il-proċeduri baġitarji nazzjonali; |
|
69. |
Ifakkar li l-funzjonijiet ta’ ġestjoni finanzjarja, kontroll intern u verifika esterna tas-settur pubbliku f’xi pajjiżi riċevituri sikwit mhumiex affidabbli biżżejjed biex jiżguraw li l-fondi tad-donaturi huma ġestiti b’mod adegwat u użati għall-għanijiet maħsuba; |
|
70. |
Jemmen li l-Kummissjoni, fid-dawl tal-attenzjoni dejjem akbar li tingħata lill-kwistjonijiet ta’ responsabbilizzazzjoni u l-interess dejjem jiżdied fost iċ-ċittadini tal-pajjiżi donaturi li jaraw riżultati konkreti fl-għajnuna għall-iżvilupp, għandha kull interess li tkun taf ir-riskji li jinvolvi l-għoti ta’ appoġġ baġitarju, u li taqsam dan l-għarfien mal-awtorità ta’ kwittanza, li l-Kummissjoni hi responsabbli lejha; |
|
71. |
Jemmen ukoll li l-Kummissjoni għandha tinforma lill-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi riċevituri dwar l-obbligi tagħha ta’ responsabbilizzazzjoni, u jitlob lil dawk li jamministraw il-fondi downstream li jkunu soġġetti għal obbligi simili; |
Stqarrija ta’ Żvelar tal-Pajjiżi
|
72. |
Huwa tal-fehma, għalhekk, li l-għajnuna għall-iżvilupp b’mod ġenerali u l-appoġġ baġitarju b’mod partikulari għandhom ikunu marbuta ma’ stqarrija ex-ante ta’ żvelar, maħruġa mill-gvern tal-pajjiż riċevitur u ffirmata mill-Ministru tal-Finanzi, dwar ċerti kwistjonijiet li jaffettwaw il-governanza u l-istruttura ta’ responsabbilizzazzjoni ta’ pajjiż benefiċjarju; |
|
73. |
Jemmen bis-sħiħ li l-valutazzjoni u l-fehim tal-pajjiż riċevitur stess tan-nuqqasijiet tal-kontroll jipprovdu motivazzjoni akbar għal titjib mill-verifiki u l-kontrolli imposti fuqu minn xi awtorità barranija; |
|
74. |
Huwa tal-fehma li Stqarrija ta’ Żvelar tal-Pajjiż ittejjeb it-trasparenza u r-responsabilità internazzjonali u tagħti informazzjoni prezzjuża lid-donaturi internazzjonali bil-ħsieb li jsir ġudizzju infurmat dwar it-trasparenza u l-affidabilità ġenerali tal-istruttura ta’ governanza u responsabbilizzazzjoni fil-pajjiż benefiċjarju; |
|
75. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tkun minn ta’ quddiem u tippreżenta din il-proposta lil donaturi oħra internazzjonali - b’mod partikolari l-Bank Dinji - bil-ħsieb li jiġi żviluppat u implimentat strument tali bi ftehim ma’ donaturi oħra; jenfasizza li n-natura tal-penali għal stqarrija ta’ żvelar deliberatament qarrieqa se teħtieġ attenzjoni partikolari; |
|
76. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tinfurmah dwar qafas taż-żmien possibbli għal dawn in-negozjati; |
L-Integrazzjoni tal-baġit tal-EDF fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea
|
77. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni li “terġa’ tqajjem għal darb’oħra l-proposta tagħha biex tinkorpora b’mod sħiħ lill-EDF fil-baġit waqt id-diskussjonijiet dwar il-qafas finanzjarju li jmiss” (14); jistieden lill-Kummissjoni biex iżżomm lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit kompletament infurmat dwar il-preparazzjoni ta’ din l-inizjattiva; |
|
78. |
Jerġa’ jafferma l-appoġġ tiegħu għall-inkorporazzjoni tal-EDF fil-baġit ġenerali tal-UE, li jqis li tagħmel possibbli titjib fil-koerenza, fit-trasparenza u fl-effettività tal-EDF u li tissaħħaħ is-sistema ta’ sorveljanza; |
Sorveljanza parlamentari speċifika għall-istrument
|
79. |
Huwa tal-fehma li r-rwol tiegħu fir-rigward tal-appoġġ baġitarju huwa li jżomm lill-Kummissjoni responsabbli għar-riżultati tal-infiq, u li l-appoġġ baġitarju huwa strument tal-għajnuna li jirrikjedi bidla tal-paradigma fil-mod ta’ kif issir is-sorveljanza minn kontroll fuq l-inputs għall-iċċekkjar tar-riżultati skont l-indikaturi; |
|
80. |
Jemmen li huwa obbligat li jiżviluppa l-mod attwali tal-ħidma sabiex jinkiseb dan; huwa tal-fehma li sotto-kumitat dwar is-superviżjoni tal-appoġġ baġitarju stabbilit mill-Kumitat tiegħu għall-Kontroll tal-Baġit ikun għodda effiċjenti biex jiżgura li l-infiq tal-appoġġ f’għajnuna tgawdih il-popolazzjoni tal-pajjiż riċevitur u li l-kontribuzzjonijiet taċ-ċittadini għall-infiq f’għajnuna ma jiġux miżapproprjati; |
Il-Faċilità ta’ Investiment
|
81. |
Ifakkar li, fil-paragrafi 20 sa 24 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ April 2008 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tas-Sitt, is-Seba’, it-Tmien u d-Disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2006 (15) huwa esprima t-tħassib tiegħu li l-ġestjoni tal-Faċilità ta’ Investiment mill-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) hi eskluża mill-kwittanza; ifakkar ukoll li riżorsi tal-EDF huma flus pubbliċi li kkontribwew għalihom iċ-ċittadini Ewropej li jħallsu taxxi u mhux is-swieq finanzjarji; |
|
82. |
Jiddispjaċih, kif għamlet il-Qorti fl-Opinjoni tagħha Nru 9/2007 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (16), dwar il-ħolqien ta’ żewġ oqsma separati ta’ ġestjoni, minħabba li dan jillimita l-ambitu tal-kwittanza, joħloq ħtiġijiet addizzjonali għal koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-EIB, u jagħmilha diffiċli li tinkiseb stampa kompluta tar-riżultati miksuba; |
|
83. |
Jinnota li r-rapport annwali tal-EIB dwar il-Faċilità ta’ Investiment prinċipalment fih informazzjoni finanzjarja u ftit li xejn - jekk hemm - informazzjoni dwar ir-riżultati tal-programmi differenti li ġew iffinanzjati; |
|
84. |
Jistieden lill-EIB biex jiffoka r-rappurtar tiegħu fuq ir-riżultati u biex jippreżenta informazzjoni kompluta, relevanti u oġġettiva dwar ir-riżultati, l-għanijiet stabbiliti, l-għanijiet milħuqa u r-raġunijiet għad-devjazzjoni possibbli, kif ukoll dwar l-evalwazzjonijiet imwettqa u sommarju tar-riżultati tal-evalwazzjoni; |
|
85. |
Jenfasizza li l-EIB qiegħed jopera fil-pajjiżi ACP skont il-Ftehim ta’ Cotonou, li l-għan ewlieni tiegħu hu li jinqered il-faqar u li jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli, u li għalhekk irid jirrispetta dawn l-għanijiet fir-rigward ta’ politika tas-self tiegħu lejn dawn il-pajjiżi; |
|
86. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tinfurmah dwar l-proċeduri speċifiċi li tkun stabbiliet mal-EIB sabiex jikkoordinaw l-isforzi taż-żewġ istituzzjonijiet sabiex jinkisbu l-objettivi tal-iżvilupp tal-UE, kif ukoll tal-effiċjenza ta’ dawn il-proċeduri; |
|
87. |
Jinsab imħasseb dwar l-immaġni tal-EIB bħala l-inqas istituzzjoni trasparenti u responsabbli u li għandha l-inqas kontroll demokratiku fost il-korpi kollha fdati bl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE kif ukoll l-istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi; |
|
88. |
Jistieden lill-EIB, fl-interessi tal-Unjoni Ewropea u l-valuri tagħha u bil-ħsieb li tittejjeb il-perċezzjoni pubblika tiegħu bħala istituzzjoni, biex jippreżenta evidenza li turi:
|
|
89. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex issegwi mill-qrib l-implimentazzjoni tal-Faċilità ta’ Investiment bil-għan li tiggarantixxi li din tissodisfa l-għan tagħha bħala għodda għall-żvilupp, u li tinforma lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fuq bażi regolari bis-sejbiet tagħha; |
|
90. |
Jistieden lill-Kumitat tiegħu għall-Kontroll tal-Baġit biex isaħħaħ l-attivitajiet tiegħu tal-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-EIB, li jaqa’ kompletament taħt ir-responsabilitajiet ta’ dan il-kumitat skont ir-Regoli ta’ Proċedura, Anness VI, Kapitolu V, punt 3. |
(1) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 273.
(2) ĠU C 277, 31.10.2008, p. 243.
(3) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(4) ĠU L 287, 28.10.2005, p. 1.
(5) ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1 u ĠU L 324, 7.12.2001, p. 1.
(6) ĠU L 109, 26.4.2007, p. 33.
(7) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
(8) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
(9) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.
(11) Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni konċernanti l-Artikolu 5 DCI, Anness għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ottubru 2006 (COM(2006) 628).
(12) ISBN 978-92-79-10115-1 at http://ec.europa.eu/commission_barroso/michel/Policy/key_documents/docs/NH8108406ENC_web.pdf
(13) Rapport mill-Kummissjoni. L-ippjanar u l-ottimizzar tar-riżorsi umani tal-Kummissjoni biex iservu l-prijoritajiet tal-UE (SEC(2007) 530), paġna 3 f’ http://www.europarl.europa.eu/meetdocs/2004_2009/documents/dv/sec_2007_5/sec_2007_530.pdf
(14) Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SEC(2008) 2579: Anness għar-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu tal-proċedura ta’ Kwittanza 2006, p. 86.
(15) ĠU L 88, 31.3.2009, p. 253.