12004V406

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU VI - IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - KAPITOLU II - DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI - Sezzjoni 2 - Il-Budget annwali ta' l-Unjoni - Artikolu III-406

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0176 - 0176


Artikolu III-406

Skond il-kondizzjonijiet previsti fil-liġi Ewropea msemmija fl-Artikolu III-412, kwalunkwe approprjazzjoni, barra minn dawk assenjati għall-ispejjeż tal-persunal, li ma tkunx ġiet użata fl-aħħar tas-sena finanzjarja tista' tiġi mgħoddija għas-sena finanzjarja li jmiss biss.

L-approprjazzjonijiet għandhom jiġu kklassifikati taħt kapitoli differenti li jiġbru partiti ta' ħruġ skond in-natura jew l-iskop tagħhom u jiġu suddiviżi skond il-liġi Ewropea prevista fl-Artikolu III-412.

L-infiq:

- tal-Parlament Ewropew,

- tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill,

- tal-Kummissjoni, kif ukoll

- tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea

għandu jitniżżel f'sezzjonijiet separati tal-budget, mingħajr preġudizzju għal xi arranġamenti speċjali għal ċerti partiti ta' nfiq li huma komuni.

--------------------------------------------------