|
16.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 231/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.10327 — Elexent/GP JOULE Connect/Elexent DACH JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 231/06)
1.
Fit-8 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Elexent Holding SAS (Franza, “Elexent”), li tappartjeni għall-Grupp Renault, |
|
— |
GP JOULE Connect GmbH (il-Ġermanja, “Connect”), li hija kkontrollata b’mod konġunt minn GP JOULE GmbH, Reußenköge (il-Ġermanja) u Minol Brunata GmbH (il-Ġermanja), |
Elexent u Connect jakkwistaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt ta’ Elexent Dach GmbH (“l-impriża konġunta”).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal Elexent: tgħin lill-klijenti fil-ħolqien ta’ strateġiji ottimizzati tal-enerġija billi tfassal l-aqwa infrastruttura tal-iċċarġjar li tissodisfa l-ħtiġijiet tagħhom, twettaq superviżjoni tal-installazzjoni u tal-implimentazzjoni, u tissorvelja l-operat u l-manutenzjoni. Elexent hija parti mill-manifattur globali tal-karozzi, il-Grupp Renault, |
|
— |
għal Connect: attiva fi proġetti ġodda ta’ mobilità. Connect tippjana u timplimenta proġetti relatati mal-prodotti ewlenin ta’ konsultazzjoni, infrastruttura tal-iċċarġjar, qsim/ġbir u ġestjoni tal-iċċarġjar u tal-enerġija għall-industrija tad-djar, flotot, fornituri tal-enerġija, operaturi tal-karozzi u tal-infrastruttura. Connect tappartjeni (i) għall-Grupp GP JOULE li huwa ffukat fuq is-settur tal-enerġija rinnovabbli u (ii) għall-Grupp Minol li huwa attiv b’mod predominanti fis-servizzi ta’ kejl, servizzi ta’ kontijiet, u IoT, fl-elettromobbiltà, u f’soluzzjonijiet ta’ kondiviżjoni, |
|
— |
għall-IK: L-IK għandha l-ħsieb li toffri soluzzjonijiet imfassla apposta u lesti biex jintużaw lill-klijenti professjonali ta’ OEMs sħab differenti f’termini ta’ ċċarġjar ta’ vetturi elettriċi (inkluż analiżi/reviżjoni tal-proġett, operat, appoġġ fil-finanzjament, l-installazzjoni, il-manutenzjoni u ottimizzazzjoni tal-iċċarġjar). Barra minn hekk, l-IK se tipprovdi pariri lill-klijenti dwar il-mobbiltà elettrika. L-IK se tkun attiva fil-Ġermanja u huwa previst li l-IK se tiżviluppa attivitajiet fl-Awstrija u/jew fl-Iżvizzera. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10327 — Elexent/GP JOULE Connect/Elexent DACH JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 122964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).