|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1479 |
25.7.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1479
tat-22 ta’ Mejju 2025
li tispeċifika l-kontributi prorata għall-objettiv tal-kapaċità tal-injezzjoni tas-CO2 tal-Unjoni sal-2030 mill-entitajiet li għandhom awtorizzazzjoni kif definita fl-Artikolu 1, il-punt 3, tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) 2024/1735 jipprevedu li l-entitajiet li pproduċew gass naturali u żejt grezz fit-territorju tal-Unjoni bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u l-31 ta’ Diċembru 2023 jridu jikkontribwixxu għall-mira fl-Unjoni kollha ta’ kapaċità tal-injezzjoni ta’ CO2 ta’ 50 miljun tunnellata sal-2030. |
|
(2) |
Sat-30 ta’ Settembru 2024, skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2024/1735, l-Istati Membri kienu meħtieġa jirrapportaw lill-Kummissjoni rigward l-entitajiet li tawhom l-awtorizzazzjoniet għall-produzzjoni tal-gass naturali u ż-żejt grezz, u l-volumi tal-produzzjoni ta’ dawk l-entitajiet bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u l-31 ta’ Diċembru 2023. |
|
(3) |
L-Istati Membri kollha rrapportaw l-informazzjoni dwar kull awtorizzazzjoni individwali fit-territorju tagħhom, kif definita fl-Artikolu 1, il-punt 3, tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), bħal liema entità jew entitajiet kellhom l-awtorizzazzjoni, il-volum tal-produzzjoni ta’ dawk l-entitajiet għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 u l-31 ta’ Diċembru 2023, u s-sehem ta’ dawk l-entitajiet fil-volumi tal-produzzjoni jekk aktar minn entità waħda kellha l-awtorizzazzjoni. L-informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet kienet komunikata permezz ta’ formola standardizzata, u l-Istati Membri bagħtu formola waħda għal kull awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, diversi Stati Membri bagħtu wkoll il-volum tal-produzzjoni aggregat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2023 għall-entitajiet kollha li kellhom mill-inqas awtorizzazzjoni waħda fit-territorju tal-Istat Membru rispettiv. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni vverifikat il-kompletezza tar-rapporti, u l-komparabbiltà tad-data mogħtija. Meta meħtieġ, talbet lill-Istati Membri biex jipprovdulha kwalunkwe informazzjoni nieqsa u biex jiċċaraw id-data fornuta. Meta l-Istati Membri bagħtu kemm il-formoli standardizzati għal kull awtorizzazzjoni kif ukoll il-produzzjoni aggregata għal kull entità, il-Kummissjoni qagħdet fuq din tal-aħħar. Meta l-Istati Membri ma kinux jistgħu jikkalkulaw il-produzzjoni għal kull awtorizzazzjoni, il-Kummissjoni qablet li toqgħod biss fuq il-produzzjoni aggregata għal kull entità. Wara li kisbet id-data rilevanti dwar il-produzzjoni mill-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għamlet kontroreferenza mas-sorsi esterni biex tiddetermina l-produzzjoni totali tal-Unjoni taż-żejt grezz u l-gass naturali fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2023. |
|
(5) |
Kif jaslulha r-rapporti msemmija fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2024/1735, u f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1477 (3), il-Kummissjoni trid tispeċifika l-ammont tal-kontributi tal-entitajiet obbligati. |
|
(6) |
Għalhekk, il-Kummissjoni meħtieġa tispeċifika l-ammont ta’ kontributi għall-objettiv tal-kapaċità tal-injezzjoni ta’ CO2 tal-Unjoni sal-2030 mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) 2024/1735. |
|
(7) |
F’konformità mal-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) 2024/1735, sat-30 ta’ Ġunju 2025, id-detenturi tal-awtorizzazzjoni jridu jippreżentaw pjan fid-dettall lill-Kummissjoni li jispeċifika kif beħsiebhom jiksbu l-kontribut tagħhom għall-objettiv tal-kapaċità tal-injezzjoni tas-CO2 tal-Unjoni sal-2030. Sabiex id-detenturi tal-awtorizzazzjoni jkollhom iċ-ċans iħejju u jippreżentaw dak il-pjan sat-30 ta’ Ġunju 2025, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ b’urġenza, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni li l-produzzjoni kombinata tagħhom ta’ żejt grezz u gass naturali fl-Unjoni tammonta għal 95 % tal-volum taż-żejt grezz u tal-gass naturali prodotti fl-Unjoni fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2023, għandhom jitqiesu entitajiet obbligati. Dawn l-entitajiet obbligati għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi ta’ kontribut kif stabbilit fl-Anness 1.
Artikolu 2
Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni b’volumi tal-produzzjoni taż-żejt grezz u tal-gass naturali li ammontaw għal 5 % tal-volumi kumulattivi tal-produzzjoni taż-żejt grezz u tal-gass naturali tal-Unjoni fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2023, għandhom jitqiesu entitajiet esklużi. Dawk l-entitajiet esklużi huma elenkati fl-Anness 2.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2024/1735, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1735/oj.
(2) Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/22/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1477 tal-21 ta’ Mejju 2025 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika r-regoli dwar l-identifikazzjoni tal-produtturi awtorizzati taż-żejt u tal-gass li huma meħtieġa jikkontribwixxu għall-objettiv li tintlaħaq il-mira tal-Unjoni għall-kapaċità tal-injezzjoni tas-CO2 disponibbli sal-2030, dwar il-kalkolu tal-kontributi rispettivi tagħhom, u dwar l-obbligi tar-rapportar tagħhom (ĠU L, 2025/1477, 25.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1477/oj).
ANNESS 1
Lista tal-entitajiet obbligati msemmija fl-Artikolu 1 u l-obbligi ta’ kontribut rispettivi tagħhom għall-objettiv tal-kapaċità tal-injezzjoni tas-CO2 tal-Unjoni sal-2030
|
Nru |
Entitajiet obbligati |
Numru tar-reġistrazzjoni tat-taxxa lokali |
Obbligu ta’ kontribut għall-kapaċità operazzjonali tal-injezzjoni tas-CO2 sal-2030 (f’kilotunnellati kull sena) |
|
1 |
Nederlandse Aardolie Maatschappij B.V. |
NL003014861B01 |
6 350 |
|
2 |
OMV PETROM SA |
RO 1590082 |
5 880 |
|
3 |
S.N.G.N ROMGAZ S.A. |
RO 14056826 |
4 120 |
|
4 |
ORLEN S.A. (poprzednio Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo S.A.) |
7740001454 |
4 100 |
|
5 |
Eni S.A. |
00484960588 |
3 230 |
|
6 |
Wintershall Dea Deutschland GmbH |
DE 814756974 |
1 980 |
|
7 |
TotalEnergies EP Nederland B.V. |
NL001766971B01 |
1 590 |
|
8 |
MOL Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt. |
10625790-4-44 |
1 560 |
|
9 |
SHELL ITALIA E&P |
05160421003 |
1 550 |
|
10 |
BlueNord Energy Denmark A/S |
78342714 |
1 340 |
|
11 |
Oldenburgische Erdölgesellschaft mbH |
DE 204823786 |
1 270 |
|
12 |
NAM Offshore B.V. |
NL863955058B01 |
1 220 |
|
13 |
INA-INDUSTRIJA NAFTE, d.d |
OIB-27759560625 |
1 150 |
|
14 |
TotalEnergies EP Danmark A/S concessionaire |
22757318 |
1 130 |
|
15 |
OMV Austria |
ATU57544036 |
960 |
|
16 |
Eni Energy Netherlands B.V. |
NL001649103B01 |
880 |
|
17 |
TOTALENERGIES EP ITALIA |
10569621005 |
830 |
|
18 |
Neptune Energy Deutschland GmbH |
DE 811127999 |
770 |
|
19 |
Nordsøfonden |
29435065 |
730 |
|
20 |
BEB Erdgas und Erdöl GmbH & Co. KG |
DE 282430970 |
630 |
|
21 |
Petrogas E&P Netherlands B.V. |
NL007409825B01 |
580 |
|
22 |
Nephin Energy Limited |
3514113IH |
550 |
|
23 |
ENI MEDITERRANEA IDROCARBURI |
12300000150 |
510 |
|
24 |
Vermilion Energy Corrib Ireland Limited |
8249996O |
470 |
|
25 |
Rockrose (NL) CS1 B.V. |
NL001799782B01 |
450 |
|
26 |
Vermilion Energy Netherlands B.V. |
NL812927254B01 |
450 |
|
27 |
TotalEnergies Denmark ASW, Filial af TotalEnergies Denmark ASW, INC., USA |
53592716 |
440 |
|
28 |
MITSUI E&P ITALIA B |
11835991008 |
420 |
|
29 |
ENERGEAN ITALY |
10245700967 |
410 |
|
30 |
Mobil Erdgas und Erdöl GmbH |
DE 811140133 |
400 |
|
31 |
VERMILION REP |
79410964837 |
390 |
|
32 |
Lakocsa Koncessziós Kft. |
25500002-2-44 |
390 |
|
33 |
Kistos NL2 B.V. |
NL855336717B01 |
370 |
|
34 |
Exxonmobil Producing Netherlands B.V. |
NL814970175B01 |
330 |
|
35 |
ONE-Dyas B.V. |
NL008848087B01 |
330 |
|
36 |
Vermilion Energy Germany GmbH & Co. KG |
DE 292 126 532 |
320 |
|
37 |
Wintershall Noordzee B.V. |
NL005614260B01 |
310 |
|
38 |
TAQA Offshore B.V. |
NL814079386B01 |
290 |
|
39 |
INEOS Energy (Syd Arne) ApS |
73589118 |
250 |
|
40 |
Black Sea Oil & Gas S.A. |
RO 21288144 |
250 |
|
41 |
INEOS E&P A/S |
73349613 |
250 |
|
42 |
Vermilion Energy Ireland Limited |
6602191R |
240 |
|
43 |
Dana Petroleum Netherlands B.V. |
NL005658214B01 |
170 |
|
44 |
B8 Sp. z o.o. BALTIC Sp. k. a. |
5833163579 |
160 |
ANNESS 2
Lista tal-entitajiet esklużi msemmija fl-Artikolu 2
|
Entitajiet esklużi |
|
AB “LOTOS Geonafta” |
|
ADX VIE GmbH |
|
AIMAG |
|
ALPHA METAL OIL AND GAS SRL |
|
AMROMCO ENERGY S.R.L. |
|
APENNINE ENERGY |
|
ARMAX GAZ SA |
|
Bendra Lietuvos–Švedijos įmonė uždaroji akcinė bendrovė “Genčių nafta” |
|
BRENT EXPLORATION & PRODUCTION S.R.L. |
|
BRIDGE ENERGIES |
|
CANOEL ITALIA |
|
CEPSA E.P. ESPAÑA, S.L. |
|
CH4 LIZZANO |
|
CNWL Oil España, S.A.U. |
|
Csanád Szénhidrogén Koncessziós Kft. |
|
DACIAN PETROLEUM S.A. |
|
Danoil Exploration A/S |
|
Darany Energy Kft. |
|
DNO North Sea (U.K.) Limited |
|
EAST WEST PETROLEUM CORPORATION |
|
EDISON STOCCAGGIO |
|
EMSZ Első Magyar Szénhidrogén Koncessziós Kft. |
|
ENERGEAN OIL & GAS S.A |
|
ENERGEAN SICILIA |
|
ENGAS s.r.o. |
|
Eni Energy Participation Netherlands B.V. |
|
Folyópart Energia Kft. |
|
FORA OIL AND GAS SRL |
|
FORAJ SONDE SA - CRAIOVA |
|
GAS PLUS DACIA SRL |
|
GAS PLUS ITALIANA |
|
GAZKOP-1 Sp. z o. o. |
|
GAZKOP-WILCHWY Sp. z o.o. |
|
GAZONOR BENELUX |
|
Gazprom International UK Ltd |
|
GEOENERGO d.o.o. |
|
GÉOPÉTROL |
|
Green Gas DPB, a.s. |
|
HEXUM Földgáz Zrt. |
|
HEYCO ENERGY IBERIA SLU |
|
HHE DrávaP Koncessziós Kft. |
|
HHE Gyulavari Kft. |
|
HHE Sarkad Kft. |
|
INEOS E&P Siri (UK) Limited |
|
IPC PETROLEUM |
|
IRMINIO |
|
KARBONIA S.A. |
|
KMSZ Kelet-Magyarországi Szénhidrogén Koncessziós Kft. |
|
LAMA GAS & OIL s.r.o. |
|
LAZZI GAS |
|
LFDE |
|
Lietuvos ir Danijos uždaroji akcinė bendrovė “MINIJOS NAFTA” |
|
LOTOS Petrobaltic S.A. |
|
Magyar Földgáztároló Zrt. |
|
Magyar Horizont Energia Kft. |
|
Mazarine Energy Romania S.R.L. |
|
Mercuria Hydrocarbons B.V. |
|
MND a.s. |
|
Mogyoród Koncessziós Kft. |
|
MOL Dráva Szénhidrogén Koncessziós Kft. |
|
NAFTA a.s. |
|
NAFTA Speicher GmbH & Co. KG |
|
O&GD Central Kft. |
|
OELWEG |
|
OGD Berettyóújfalu Koncessziós Kft. |
|
OGD Újléta Koncessziós Kft. |
|
Oil and Gas Exploration and Production Plc. |
|
OIL AND GAS SKILLS S.A. |
|
OILFIELD EXPLORATION BUSINESS SOLUTIONS S.A. |
|
ONEO GmbH & Co. KG |
|
ORLEN Upstream Sp. z o.o. |
|
Parkmead (E&P) Ltd. |
|
PETRO VENTURES RESOURCES SRL |
|
Petroceltic Bulgaria EOOD |
|
PETROLEUM OIL & GAS ESPAÑA, SA |
|
PETROREP ITALIANA S.R.L. IN LIQUIDAZIONE |
|
Production North Sea Netherlands Ltd. |
|
PSE Kinsale Energy Ltd |
|
PSE Seven Heads Ltd |
|
PSP d.o.o. |
|
PXOG Massey Limited |
|
RAFFLES ENERGY SRL |
|
RAG Austria AG |
|
REP GmbH |
|
REPSOL INVESTIGACIONES PETROLÍFERAS, S.A |
|
Rhein Petroleum GmbH |
|
Rockrose (NL) CS5 B.V. |
|
Römermann Insolvenzverwalter Rechtsanwaltsgesellschaft mbH |
|
S.C. BRENT OIL S.R.L. |
|
S.C. FORAJ SONDE S.A. - VIDELE |
|
S.C. HUNT OIL COMPANY OF ROMANIA S.R.L. |
|
S.C. Lotus Petrol S.R.L. |
|
S.C. MIHOC OIL S.R.L. |
|
S.C. NIS PETROL S.R.L. |
|
S.C. SERINUS ENERGY S.A. |
|
SIM |
|
Sociedad de Hidrocarburos de Euskadi, S.A. (SHESA) |
|
SOCIETÀ DI SALSOMAGGIORE S.R.L. IN LIQUIDAZIONE |
|
SOCIETÀ PADANA ENERGIA |
|
SOCOPLUS |
|
SPPE |
|
Stratum Energy Romania LLC |
|
Tápió Szénhidrogén Koncessziós Kft. |
|
TARBA ENERGIA, SL |
|
Tenaz Energy Netherlands Offshore B.V. |
|
Tenaz Energy Netherlands Offshore II B.V. |
|
TÉT-3 GÁZKÚT Kft. |
|
TXM Olaj- és Gázkutató Kft. |
|
UAB “LL investicijos” |
|
UAB “Manifoldas” |
|
UNION FENOSA GAS EXPLORACION Y PRODUCCION, SA |
|
Vermilion Exploration and Production Ireland Limited |
|
Vermilion Hungary Battonya-dél Koncessziós Kft. |
|
Wintershall Dea International GmbH |
|
Wintershall Nordzee B.V. |
|
ZENITH RESOURCES SRL |
|
ZOK Sp. z o.o. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1479/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)