European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/496

22.2.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 246/2021

tal-24 ta’ Settembru 2021

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/496]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2018/644 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ April 2018 dwar servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1263 tal-20 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi l-forom għat-tressiq ta’ informazzjoni minn fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti skont ir-Regolament (UE) 2018/644 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 5da (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/C 217/07) tal-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“5db.

32018 R 0644: Ir-Regolament (UE) 2018/644 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ April 2018 dwar servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini (ĠU L 112, 2.5.2018, p. 19).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

Ir-referenzi għad-dritt tal-Unjoni għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Ftehim dwar iż-ŻEE.

5dc.

32018 R 1263: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1263 tal-20 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi l-formoli għat-tressiq ta’ informazzjoni minn fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti skont ir-Regolament (UE) 2018/644 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 238, 21.9.2018, p. 65).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2018/644 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1263 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Settembru 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 136/2020 tal-25 ta’ Settembru 2020 (3), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2021.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Rolf Einar FIFE


(1)   ĠU L 112, 2.5.2018, p. 19.

(2)   ĠU L 238, 21.9.2018, p. 65.

(*1)  Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.

(3)   ĠU L 172, 6.7.2023, p. 37.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/496/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)