12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/97


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2323

tal-11 ta' Diċembru 2015

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5a(2) u (4), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 (2) jistabbilixxi l-għadd ta' azjendi prospettanti għal kull Stat Membru u għal kull taqsima tan-Netwerk tad-Dejta tal-Kontabilità Agrikola (FADN). Minħabba bidla strutturali fl-agrikoltura fil-Finlandja li wasslet għal tnaqqis fl-għadd ta' azjendi agrikoli, jixraq li l-għadd ta' azjendi prospettanti għall-Finlandja stabbiliti f'dak l-Anness jitnaqqas skont l-għadd attwali.

(2)

Skont l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009, il-Kroazja tikkostitwixxi taqsima waħda tal-FADN għat-tliet snin ta' wara l-adeżjoni tagħha fl-Unjoni. Peress li dak il-perjodu dalwaqt jiskadi, jeħtieġ li fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jiġi stabbilit l-għadd ta' azjendi prospettanti għal kull taqsima tal-FADN għal dak l-Istat Membru.

(3)

Fid-dawl tal-bidliet previsti f'dan ir-Regolament, il-Finlandja u l-Kroazja għandhom jitħallew jeżaminaw il-pjanijiet tal-għażla rispettivi tagħhom għas-sena fiskali 2016.

(4)

L-Anness VIII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jistabbilixxi t-tfassil u t-tqassim tal-fatturat tal-azjendi. F'ġieħ iċ-ċarezza, dak l-Anness għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar ċerti struzzjonijiet u definizzjonijiet.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għan-Netwerk ta' Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-Finlandja u l-Kroazja jistgħu jirrevedu l-pjanijiet tal-għażla rispettivi li nnotifikaw għas-sena fiskali 2016. Sal-31 ta' Marzu 2016, għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-pjanijiet tal-għażla rispettivi tagħhom għal dik is-sena fiskali.”

(2)

L-Annessi II u VIII huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mis-sena fiskali 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 tat-3 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 46, 19.2.2015, p. 1).


ANNESS

L-Annessi II u VIII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringiela li tikkonċerna l-Kroazja tinbidel b'dan li ġej:

 

“IL-KROAZJA

861

Jadranska Hrvatska

329

862

Kontinentalna Hrvatska

922

It-total tal-Kroazja

1 251 ”

(b)

ir-ringiela li tikkonċerna l-Finlandja tinbidel b'dan li ġej:

 

“IL-FINLANDJA

670

Etelä-Suomi

403

680

Sisä-Suomi

229

690

Pohjanmaa

208

700

Pohjois-Suomi

110

It-total tal-Finlandja

950”

(2)

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

fis-seba' paragrafu, it-tielet inċiż li jikkonċerna l-gradi ta' preċiżjoni tad-dejta dwar il-fatturat tal-azjendi jinbidel b'dan li ġej:

“—

erji: f'ares (1 a = 100 m2), ħlief fil-każ tal-faqqiegħ li jiġi espress f'metri kwadri tal-erja totali li jkun fiha l-uċuħ tar-raba' u ħlief fit-Tabella M ‘Sussidji’, li fiha l-unitajiet bażiċi jridu jiġu rreġistrati f'ha.”

(b)

fit-Tabella A, fit-Taqsima “A.CL. Klassijiet”, l-ewwel sentenza li tikkonċerna l-kategorija A.CL.180.C. tinbidel b'dan li ġej:

“A.CL.180.C. Żona koperta minn Fondi Strutturali: għandha tingħata indikazzjoni f'liema mir-reġjuni msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) tinsab il-biċċa l-kbira tal-art agrikola użata tal-azjenda agrikola.

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).” "

(c)

fit-Tabella B, fit-Taqsima “B.UT. EAU għall-biedja mill-inkwilin”, l-ewwel paragrafu tal-kategorija B.UT.20.A jinbidel b'dan li ġej:

“B.UT.20.A UAA (art li tinħadem, bur permanenti, uċuħ tar-raba' permanenti u ġonna kulinari) li tinħadem minn persuna li mhix is-sid, l-inkwilin għal għomru jew id-detentur tal-kirja u li l-art imsemmija hija mikrija lilu (il-kera għandha titħallas bi flus u/jew in natura; din ġeneralment tkun iffissata bil-quddiem, u normalment ma tvarjax skont ir-riżultati tal-biedja) u/jew iż-żona agrikola li tintuża maħduma b'kundizzjonijiet simili ta' pussess.”

(d)

fit-Tabella H, ir-ringiela tal-kategorija 5062 tinbidel b'dan li ġej:

“5062

FO

Taxxi u pagamenti oħrajn fuq art u bini

 

—”

(e)

fit-Tabella H, l-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tinbidel b'dan li ġej:

“Mhijiex obbligatorja li tingħata d-dejta msemmija fil-kodiċijiet 3031 sa 3033 għas-snin tal-kontabbiltà mill-2014 sal-2017 għal dawk l-Istati Membri li fil-passat użaw il-possibbiltà fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 385/2012 (*2).

(*2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 385/2012 tat-30 ta' April 2012 dwar il-prospett tal-biedja li għandu jintuża għall-iskop li jiġu ddeterminati l-introjti tal-azjendi agrikoli u li tiġi analizzata l-ħidma kummerċjali ta' tali azjendi (ĠU L 127, 15.5.2012, p. 1).” "

(f)

taħt it-Titolu “GRUPPI TA' INFORMAZZJONI FIT-TABELLA K”, wara t-tielet paragrafu, taħt it-terminu “Kwantità (kolonna Q)”, it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“Fil-każ tal-prodotti li ġejjin miż-żamma tan-naħal ħlief għall-għasel (kodiċi 700), il-kwantità hija espressa fi kwintali ta' ‘ekwivalenti ta' għasel’.”

(g)

taħt it-Titolu “GRUPPI TA' INFORMAZZJONI FIT-TABELLA L”, fit-Taqsima “L.SA. Bejgħ”, l-aħħar paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“L-għotjiet u s-sussidji riċevuti għall-prodotti matul is-sena ta' kontabbiltà mhumiex inklużi fit-total tal-bejgħ; għandhom jiddaħħlu fit-Tabella M ‘Sussidji’ fil-kategorija adegwata (kodiċijiet bejn l-2110 u l-2900). Meta l-ispejjeż tat-tqegħid fis-suq, jekk ikun hemm, ikunu magħrufa, dawn ma jitnaqqsux mit-total tal-bejgħ, iżda jitniżżlu fit-Tabella H ‘Mezzi ta' Produzzjoni’ fil-kategorija adegwata ta' spejjeż speċifiċi ta' attivitajiet oħra bi skop ta' qligħ (kodiċijiet mill-4010 sal-4090).”


(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).”

(*2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 385/2012 tat-30 ta' April 2012 dwar il-prospett tal-biedja li għandu jintuża għall-iskop li jiġu ddeterminati l-introjti tal-azjendi agrikoli u li tiġi analizzata l-ħidma kummerċjali ta' tali azjendi (ĠU L 127, 15.5.2012, p. 1).” ’